Sigrieti kummerċjali
Jekk għandek f'idejk informazzjoni prezzjuża dwar it-teknoloġija jew dwar kwalunkwe aspett ieħor tan-negozju tiegħek, int tista' tipproteġiha bħala sigiriet kummerċjali jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:
- l-informazzjoni la hi ġejja mill-pubbliku inġenerali u lanqas mill-esperti tas-settur inkwistjoni
- l-informazjzoni għandha valur kummerċjali
- ħadt passi biex iżżomm informazzjoni sigrieta: pereżempju, iżżommha f'ħażna sikura u ffirmajt ftehimiet ta' nuqqas ta' żvelar ma' kull min għandu aċċess għaliha jew li miegħu inti qsamt l-informazzjoni
Liema informazzjoni tista' tiġi koperta b'sigriet kummerċjali?
Sigrieti kummerċjali jistgħu jinkludu ammont vast ta' informazzjoni u għarfien espert li ma jistgħux jiġu protetti b'mod xieraq permezz tal- privattivi bħal:
- invenzjonijiet fi stadju bikri
- proċessi tal-manifattura
- listi ta' fornituri u klijenti
Informazzjoni protetta minn sigrieti kummerċjali jistgħu jkunu strateġiċi għat- terminu fit-tul, bħal riċetti jew komposti kimiċi, jew għat- terminu fil-qosor, bħal riżultati ta' studju ta' marketing, marka privata, prezz u data ta' tnedija ta' prodott ġdid jew prezz offrut fi proċedura ta' rkant.
Kif taħdem il-protezzjoni tas-sigiriet kummerċjali
Il-fatt li għandek sigriet kummerċjali ma jfissirx li int għandek drittijiet esklużivi fuq l-informazjzoni inkwistjoni. Jekk xi ħadd jiżviluppa l-istess informazzjoni, din il-persuna tista' tużaha b'mod liberu.
Madankollu, int protett minn aġir diżonest: Pereżmpju, jekk xi ħadd jaċċessa d-dokumenti relatati mal-informazzjoni sigrieta mingħajr l-awtorizzazzjoni tiegħek, jikkoppjahom għall-użu personali tiegħu jew jagħtihom lil xi ħaddieħor. Int protett ukoll jekk xi ħadd jikser il-ftehim ta' nuqqas ta' żvelar u jqiegħad għad-dispożizzjoni l-informazzjoni għal ħaddieħor.
F'sitwazzjonijiet ta' aġir diżonest, int intitolat għad- danni u rimedji oħra. Pereżmpju, qorti tista' tipprojbixxi l-użu jew l-iżvelar ulterjuri tas-sigriet kummerċjali mill-persuna li kienet kisbet, użat jew żvelat is-sigriet kummerċjali b'mod illegali.
Għal aktar informazzjoni, ikkonsulta l-paġna dwar is-sigrieti kummerċjali en tal- Helpdesk tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali Ewropea en .