Kura tas-saħħa preventiva
Is-saħħa preventiva tirreferi għal attivitajiet tas-saħħa pubblika li għandhom l-għan li jżommu lin-nies f’saħħithom. Din tinkludi skrinjar għal mard komuni bħall-kanċer tas-sider, tal-prostata jew kolorettali, kif ukoll kampanji ta’ immunizzazzjoni (tilqim) u ttestjar ta’ rutina għal mard infettiv, bħall-HIV. Tinkludi wkoll kampanji u attivitajiet ta’ komunikazzjoni ta’ sensibilizzazzjoni. Kull pajjiż tal-UE għandu l-kriterji tiegħu għall-eliġibbiltà fil-programmi ta’ prevenzjoni tas-saħħa pubblika. Għal aktar informazzjoni, iċċekkja s-sit web nazzjonali tal-pajjiż tal-UE li int interessat fih.
Agħżel il-pajjiż
L-aħħar verifika: 04/09/2024