Prodotti soġġetti għad-dazji tas-sisa
Il-prodotti li ġejjin huma magħrufa bħala oġġetti tas-sisa:
- Alkoħol/xarbiet alkoħoliċi
- Prodotti tal-enerġija u l-elettriku
- Prodotti tat-tabakk
Id-dazji tas-sisa jridu jitħallsu fuqhom meta jiġu prodotti jew negozjati. L- UE tistabbilixxi l-ammont minimu ta' dazji tas-sisa pagabbligħal kull prodott u l- pajjiżi tal-UE jistgħu jimponu taxxi oħrajn ukoll.
Aqra aktar dwar ir-regoli f'kull pajjiż tal-UE.
Agħżel il-pajjiż
Skopri aktar dwar kif id-dazji tas-sisa huma applikati għal prodotti speċifiċi billi tagħżel mill-opzjonijiet t'hawn taħt.
Irrid insir naf aktar dwar
Alkoħol/Xarbiet alkoħoliċi
It-tipi ta' alkoħol u xarbiet alkoħoliċi li ġejjin huma soġġetti għad-dazji tas-sisa:
- Birra jew taħlitiet ta' birra ma' xarbiet mhux alkoħoliċi
- Inbid
- Xorb iffermentat ieħor bħas-sidru
- Prodotti intermedji bħax-sherry jew il-port.
- Alkoħol etiliku/Spirti
Ara l-lista sħiħa tar-rati tat-taxxa tas-sisa applikabbli fl-UE fuq l- alkoħol/xarbiet alkoħoliċi de en fr .
Rati mnaqqsa u eżenzjonijiet
Ċerti pajjiżi tal-UE jistgħu jagħżlu li jnaqqsu l-ammont tad-dazju pagabbli jew jaċċettaw eżenzjonijiet mill-ħlas tad-dazji:
Rati mnaqqsin
- Birreriji żgħar li jipproduċu massimu ta' 200 000 ettolitru (hl) ta' birra fis-sena, u distilleriji li jipproduċu massimu ta' 10 hl ta' alkoħol pur fis-sena, jistgħu jibbenefikaw sa 50% ta' tnaqqis mid-dazji standard.
- Rati mnaqqsa ta' dazju tas-sisa jistgħu japplikaw għall-inbid u xorb iffermentat b'volum ta' alkoħol ta' 8.5% jew anqas, birra b'volum ta' alkoħol ta' 2.8% jew anqas, prodotti intermedji b'volum ta' alkoħol ta' 15% jew anqas u alkoħol etiliku b'volum ta' alkoħol ta' 10% jew anqas.
Eżenzjonijiet
Id-dazju tas-sisa m'hemmx għalfejn jitħallas fuq il-biċċa l-kbira tal-prodotti li jsiru d-dar li mhumiex prodotti għal finijiet kummerċjali, ħlief għall-ispirti.
Alkoħol użat biex jiġu mmanifatturati prodotti oħrajn mhux intenzjonati għall-konsum tal-bniedemjew mhux tajbin għall-konsum tal-bniedem billi jiżdiedu kimika waħda jew aktar (denaturati) miegħu.
Prodotti tal-enerġija u l-elettriku
Il-prodotti tal-enerġija u l-elettriku huma soġġetti għad-dazji tas-sisa meta jintużaw bħala:
- fjuwil tal-magni
- fjuwil għat-tisħin
Prodotti tal-enerġija mhux koperti mir-regoli tad-dazju tas-sisa
Meta prodotti tal-enerġija huma użati bħala materja prima mhux maħduma, għal finijiet ta' tnaqqis kimiku jew fil-proċessi elettrolitiċi u metallurġiċi mhumiex koperti b'dawn ir-regoli.
F'dawn il-każijiet kull pajjiż tal-UE jista' jiddeċiedi jekk għandhiex titħallas taxxa jew le fuq l-użu tagħhom.
Il-prodotti ewlenin li l-pajjiżi tal-UE jistgħu jagħżlu li jintaxxaw huma:
- żjut minerali
- fjuwils solidi: faħam, kokk, linjite
- gass naturali
- elettriku
- alkoħols, jekk dawn huma intenzjonati għall-użu bħala fjuwil tat-tisħin jew fjuwil tal-karozzi
- żjut tal-annimali jew tal-ħxejjex, jekk ikunu intenzjonati għall-użu bħala fjuwil tat-tisħin jew fjuwil tal-magni
Ara l-lista sħiħa tar-rati ta' taxxa tas-sisa applikabbli fl-UE fuq il- prodotti tal-enerġija de en fi .
Rati ogħla, rati mnaqqsa u eżenzjonijiet
Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu li jagħżlu rata tat-taxxa 'l fuq mill-minimu tal-livelli bażiċi tal-UE, inaqqsu l-ammont tad-dazju pagabbli jew jaċċettaw eżenzjonijiet mill-ħlas tad-dazji.
Rati ogħla
Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jagħżlu rata tat-taxxa ogħla għal dawn l-użi li ġejjin:
- Trasport pubbliku
- Ambulanzi
- Użu kummerċjali taż-żejt tal-gass (HGVs)
- Differenzjazzjoni skont il-kwalità u l-kwantità tal-prodott tal-enerġija, (eż. il-kontenut tal-kubrit tal-fjuwil)
Rati mnaqqsin
Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jagħtu tnaqqis fit-taxxa jew eżenzjonijiet tat-taxxa għal dawn l-użi li ġejjin:
- Elettriku "ekoloġiku"
- Elettriku minn koġenerazzjoni effiċjenti ħafna ta' sħana u ta' enerġija
- Prodotti tal-enerġija użati f'koproduzzjoni ta' sħana u ta' enerġija
- Navigazzjoni f'passaġġi tal-ilma interni
- Elettriku, gass naturali, faħam u fjuwils solidi użati mid-djar
- Negozji li jużaw l-enerġija b'mod intensiv (ċerti regoli jeħtieġ li jiġu rispettati)
- Bijofjuwil (ċerti regoli jeħtieġ li jiġu rispettati)
Eżenzjonijiet mit-taxxa
L-eżenzjonijiet tat-taxxa għandhom jingħataw għal dawn li ġejjin:
- Prodotti tal-enerġija u elettriku użati biex jiġi prodott l-elettriku (dawn il-prodotti jistgħu jiġu intaxxati għal raġunijiet ambjentali).
- Prodotti tal-enerġija użati bħala fjuwil għan-navigazzjoni bl-ajru, ħlief meta użati għal titjir privat ta' divertiment
- Prodotti tal-enerġija użati bħala fjuwil għan-navigazzjoni fl-ilmijiet tal-UE, ħlief meta użati għal użu privat ta' divertiment
Prodotti tat-tabakk
It-tipi ta' prodotti tat-tabakk li ġejjin huma soġġetti għad-dazji tas-sisa:
- Sigaretti
- Sigarri
- Sigarillos
- Tabakk tat-tipjip (bħal tabakk tal-brim maqtugħ fin)
Ara l-lista sħiħa tar-rati tat-taxxa tas-sisa applikabbli fl-UE fuq il- prodotti tat-tabakk de en fr .