Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ

Imprendituri ġodda – kif tikkwalifika għall-iskema

Jekk għadek kif bdejt negozju jew beħsiebek tibda wieħed, tista' tikkwalifika għall-iskema ta' skambju Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ.

L-iskema - li hi parzjalment iffinanzjata mill-UE - tippermettilek tqatta' xi żmien f'pajjiż ieħor tal-UE biex taħdem u titgħallem minn imprenditur tal-esperjenza. Jekk jogħġbok innota li din hi skema ta’ skambju, mhux impjieg bi ħlas.

Biex tikkwalifika għall-iskema, trid tkun tista' turi l-motivazzjoni tiegħek u l-intenzjoni soda li tibda negozju. Ikollok tippreżenta idea konkreta ta' negozju, inkluż pjan ta' negozju realistiku. Jeħtieġlek ukoll li tkun tista’ tikkomplementa l-fondi tal-programm kif ikun hemm bżonn biex tkopri l-ispejjeż tas-soġġorn tiegħek barra pajjiżek.

Tista’ xorta tapplika anke jekk tkun diġà bdejt negozju. L-importanti li ma tkunx ilek tmexxi n-negozju għal aktar minn 3 snin meta tapplika.

Irid ikollok aktar minn 18-il sena u resident f’pajjiż parteċipanti en .

Tul tal-iskema

It-tul tal-iskema hu ta' bejn xahar u 6 xhur. Hu rakkomandat li tagħmel l-iskambju kollu mingħajr interruzzjoni, iżda hu possibbli li taqsam iż-żjara tiegħek f’diversi partijiet, sakemm tispiċċa fi żmien 12-il xahar mill-bidu tal-programm.

Lil min għandek tikkuntattja

Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi hemm punti ta' kuntatt lokali (Organizzazzjoni Intermedjarja - OI). Dawn jiggwidawk fl-applikazzjoni u l-proċess ta' skambju u jħallsu l-appoġġ finanzjarju tiegħek. F’każ li ma jkunx hemm OI f’pajjiżek, tista’ tikkuntattja OI f’pajjiż ieħor.

Appoġġ finanzjarju tal-UE

Int se tirċievi għajnuna finanzjarja sabiex tgħinek fl-ispejjeż tal-ħajja tiegħek ta’ kuljum u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar waqt li qed tipparteċipa fil-programm. L-ammont li tirċievi jvarja minn pajjiż għal ieħor.

Żjarat fil-pajjiż fejn joqgħod l-imprenditur il-ġdid L-ammont li jingħata kull xahar waqt li tkun fil-pajjiż (f’euro minn Ġunju 2024)
L-Albanija 600
L-Armenja 850
L-Awstrija 1000
Il-Belġju 900
Il-Bosnja-Ħerżegovina 650
Il-Bulgarija 650
Il-Kanada 1050
Il-Kroazja 800
Ċipru 850
Iċ-Ċekja 750
Id-Danimarka 1200
L-Estonja 800
Il-Finlandja 1000
Franza 950
Il-Georgia 750
Il-Ġermanja 900
Il-Greċja

850

L-Ungerija 700
L-Iżlanda 1000
L-Italja 1000
Il-Kosovo* 650
Il-Latvja 700
Il-Liechtenstein 1200
Il-Litwanja 650
Il-Lussemburgu 900
Malta 750
Il-Moldova 700
Il-Montenegro 650
In-Netherlands 950
Il-Maċedonja ta’ Fuq 650
In-Norveġja 1200
Il-Polonja 650
Il-Portugall 850
Ir-Rumanija 650
Is-Serbja 650
Singapore 1150
Is-Slovakkja 700
Is-Slovenja 800
Spanja 900
L-Iżvezja 1000
It-Turkija 800
L-Ukrajna 600
Ir-Renju Unit 1100
L-Istati Uniti tal-Amerka 1200
Imprendituri minn/għal: Ir-Reġjuni Ultraperiferiċi u l-Pajjiżi u t-Territorji Ekstra-Ewropej tal-UE 1200
Intraprendituri b’diżabbiltà (irrispettivament mill-pajjiż ta’ soġġorn) 1200

*Din id-deżinjazzjoni hi mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hi konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

Kif tapplika

Dokumenti meħtieġa biex tapplika:

  • Is-CV tiegħek
  • L-ittra ta’ motivazzjoni tiegħek
  • Il-pjan ta' negozju tiegħek

Għal aktar tagħrif tista' tikkonsulta l-Gwida ta' reġistrazzjoni għall-imprendituri ġodda PDF en

Kif issir ospitant u tilqa' imprenditur ġdid

Jekk inti imprenditur ta' suċċess u bl-esperjenza jew is-sid ta’ negozju żgħir, tista’ tikkwalifika biex tospita imprenditur ġdid. Tista’ tibbenefika int stess meta tkun parti minn din l-iskema b’diversi modi, pereżempju:

  • Li taħdem ma’ imprenditur ħerqan ġdid jista' jwassal għal ideat innovattivi, għarfien u ħiliet ġodda għan-negozju tiegħek.
  • Jista’ jkollok il-possibbiltà li titgħallem dwar swieq barranin, dan jista’ jwassal għal opportunitajiet ta’ tkabbir tan-negozju tiegħek u involviment f’attivitajiet transkonfinali.
  • Jista’ jkollok l-opportunità biex ittejjeb il-ħiliet lingwistiċi tiegħek.

Kif tapplika bħala l-parti li tospita

X’għandek bżonn biex tipparteċipa bħala ospitant fil-programm

  • Jeħtieġ li tkun resident permanenti f'Pajjiż Membru tal-UE jew xi pajjiż ieħor parteċipanti.
  • Trid tipprovdi s-CV tiegħek (li tispeċifika l-esperjenza imprenditorjali tiegħek – minimu ta' 3 snin - u informazzjoni dwar in-negozju attwali).
  • Trid tkun kapaċi turi l-motivazzjoni tiegħek li tipparteċipa fl-iskema

Tista' taqra aktar dwar xi jkun jinvolvi r-rwol tiegħek fil-gwida għall-imprendituri ospitanti PDF en

Ara wkoll

Għal intrapriżi u intraprendituri
Għal konsumaturi u impjegati

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 04/09/2024
Ikkondividi din il-paġna