Kummerċjalizzazzjoni tal-proprjetà intellettwali
Jekk int sid ta' proprjetà intellettwali (IP), inti tista' tagħti d-drittijiet tal-użu lil persuna legali oħra, magħrufa bħala "liċenzjar tal-IP tiegħek". Tista' wkoll tkun tixtieq tiġġenera dħul billi tbigħha, dan magħruf aħjar bħala "ċessjoni" jew "trasferiment" tal-IP tiegħek.
Qabel ma tinnegozja ftehim ta' liċenzjar jew ċessjoni
F'ċerti każijiet, jista' jkun utli li ċerta informazzjoni tinżamm kunfidenzjali, bħal:
- il-parti tal-IP kkonċernata - pereżempju, it-teknoloġija li għaliha ma ġiet iffajlata ebda applikazzjoni għall- privattiv s'issa jew sigriet kummerċjali ieħor.
- il-liċenzjar jew il-ftehim ta' ċessjoni nnifsu, speċjalment l-aspetti finanzjarji tiegħu
Għal dan il-għan, int għandek tikkonkludi ftehim ta' kunfidenzjalità mad-detentur tal-liċenzja jew maċ-ċessjonarju ta' liċenzja.
Int tista' tiġbor ukoll l-informazzjoni u tivvaluta l-informazzjoni dwar l-IP tiegħek billi tissottomettiha għal investigazzjoni ta' diliġenza dovuta tal-IP; eżami fil-fond tal-aspetti kollha li jikkonċernaw l-IP tiegħek.
Liċenzjar tal-IP tiegħek
Bħala detentur tal-proprjetà intellettwali, int tista' tinnegozja ftehim ta' liċenzjar ma' entità oħra (detentur ta' liċenzja) li jagħtiha l-permess biex tuża l-proprjetà intellettwali tiegħek. Jista' jkollok detentur ta' liċenzja uniku ("liċenzja esklużiva") jew diversi detenturi ta' liċenzja. Jekk qed toffri liċenzji multipli, dawn jistgħu jkunu miftuħa jew limitati fl-ambitu għal industriji partikolari jew żoni ġeografiċi (bħall- franchising).
Bi tpattija, int (il-liċenzjatur) titħallas talli tagħti permess, tipikament permezz tar-"royalties" stabbiliti bħala perċentwal tal-bejgħ. Int tista' wkoll tistabbilixxi l-limiti għall-użu tal-IP (l-ambitu ġeografiku, il-qasam tal-użu, eċċ).
F'dan il-każ, int bħala l-liċenzjatur:
- żomm id-dritt tiegħek fuq l-IP li jfisser li ma jkun hemm l-ebda trasferiment tas-sjieda
- ibqa' responsabbli għaż-żamma (u, jekk ikun il-każ, il-prosekuzzjoni) tad-drittijiet tal-IP ikkonċernati.
Minkejja li l-ftehimiet ta' liċenzjar għandhom bżonn jitħejjew bl-għajnuna tal- avukati u l- professjonisti tal-IP, hemm xi klawżoli importanti tal-IP li jridu jiġu nnegozjati u inklużi qabel l-iffirmar tal-ftehim.
Kif tistabbilixxi ftehim ta' liċenzjar?
Biex tistabbilixxi ftehim ta' liċenzjar int għandek ta' mill-anqas:
- tagħmel il-ftehim bil-miktub
- tiċċara eżattament liema drittijiet tal-IP huma kkonċernati
- tikkomunika d-data tal-bidu, it-tul ta' żmien u t-tmiem tal-kuntratt
- tinnegozja u ssemmi fil-ftehim il-kumpens finanzjarju li għandu jitħallas mid-detentur tal-liċenzja lil-liċenzjatur (pereżempju, somma f'daqqa possibbli, royalties, eċċ.)
- stabbilixxi l-esklużività jew non-esklużività tal-ftehim ta' liċenzjar
- isemmi l-kundizzjonijiet kollha għall-użu tal-IP tiegħek
- tiddefinixxi f'liema territorji d-detentur tal-liċenzja jista' juża l-IP tiegħek
F'xi pajjiżi tal-UE, int għandek tirreġistra l-ftehim ta' liċenzjar, normalment fl- uffiċċju nazzjonali en tal-IP.
Għal aktar informazzjoni, iċċekkja l-iskeda informattiva dwar il-ftehimiet ta' liċenzjar en tal- Helpdesk Ewropew tal-IPR en .
Iċ-ċessjonijiet: il-bejgħ tal-privattivi, tat-trademarks u IP oħra
Int tista' tittrasferixxi s-sjieda tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tiegħek (privattiva, trademark, dritt tal-awtur, eċċ) billi tassenja/tittrasferixxi l-IP tiegħek. Iċ-ċessjoni tal-IP, int tittrasferixxi d-drittijiet kollha li inizjalment kienu fil-pussess tiegħek għall-biċċa tal-proprjetà intellettwali kkonċernata.
Meta ċ-ċessjoni tal-IP tiġi ffinalizzata, int ma jkollokx aktar responsabbiltà għal dak l-IP (bħall-ħlas ta' miżati ta' tiġdid), lanqas ma tibbenefika minn xi suċċess kummerċjali possibbli tal-prodott jew tas-servizz ikkonċernat.
Barra minn hekk, sakemm dan ma jkunx espliċitament permess fil-kuntratt ta' ċessjoni, int ma tkunx tista' tuża aktar l-IP ikkonċernat (invenzjoni, trademark, eċċ.), sakemm tibqa' protetta.
Kif tistabbilixxi ċessjoni tal-IP?
- Abbozza ċessjoni bil-miktub li int u d-detentur tal-liċenzja tridu tiffirmaw.
- Speċifika u identifika b'mod ċar l-IP li int trid tittrasferixxi, pereżempju, billi tindika n-numru tar-reġistrazzjoni (jekk hi IP rreġistrata).
- Innegozja u semmi fil-fethim il-kumpens finanzjarju li jrid jitħallas mid-detentur tal-liċenzja lilek.
- Iddiskuti l-garanziji possibbli għal dettalji speċifiċi u inkludihom fil-ftehim.
- Speċifika liema liġi għandha tintuża biex jiġi interpretat il-kuntratt (pereżempju, il-liġi tal-pajjiż tal-UE tiegħek) u l-ġurisdizzjoni għal kwalunkwe soluzzjoni tat-tilwim possibbli, sew jekk ikun bord tal-arbitraġġ u sew jekk tkun qorti lokali.
- Kun żgur li int tirreġistra ċ-ċessjoni fl-uffiċċju rilevanti tal-IP jekk ikun rekwiżit legali.