Elezzjonijiet, petizzjonijiet u konsultazzjonijiet
Għażliet
Jekk int ċittadin tal-UE li tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE, għandek id-dritt li tivvota u toħroġ bħala kandidat f'elezzjonijiet muniċipali u Ewropej f'dak il-pajjiż. Il-kundizzjonijiet huma l-istess għalik bħaċ-ċittadini tal-pajjiż.
Kull pajjiż tal-UE għandu regoli nazzjonali speċifiċi dwar il-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet minn pajjiż barrani.
Petizzjonijiet u konsultazzjonijiet
Kwalunkwe ċittadin, organizzazzjoni jew negozju fl-UE jista’ jikkontribwixxi għall-proċess tat-tfassil tal-liġijiet tal-UE billi jipparteċipa f’konsultazzjonijiet pubbliċi. Tista’ wkoll tniedi petizzjoni biex titlob lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi liġi ġdida, jew titlob lill-Parlament Ewropew iqajjem kuxjenza jew jieħu pożizzjoni dwar kwistjoni ta’ tħassib.