Tikketti u mmarkar
Tikketti obbligatorji
Ħafna prodotti jrid ikollhom il-marka CE qabel ma jkunu jistgħu jinbiegħu fl-UE – irrispettivament minn fejn ikunu ġew immanifatturati. Iċċekkja meta l-marka CE hija obbligatorja, jekk tapplikax għall-prodotti tiegħek u kif twaħħalha.
Jekk beħsiebek tbiegħ apparat elettriku, skopri x'inhuma r-responsabbiltajiet tiegħek u x'għandek tagħmel.
Il-biċċa l-kbira tax-xedd tas-saqajn mibjugħa fl-UE għandu jkollhom tikketta li tinforma lix-xerrejja potenzjali minn xiex ikunu saru.
Il-ħwejjeġ u prodotti oħra tat-tessuti li jinbiegħu fl-UE huma meħtieġa li jkollhom tikketta bl-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-fibri tat-tessuti. Dan jippermetti li l-klijenti tiegħek jieħdu deċiżjoni infurmata meta jixtru.
Tikketti volontarji
L-Ekotikketta tal-UE tista' titwaħħal ma' diversi prodotti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u li jirrispettaw rekwiżiti ekoloġiċi stretti. Iċċekkja jekk dan hux il-każ għall-prodott tiegħek.
L-e-marka turi li prodott jikkonforma mar-regoli tal-UE dwar l-indikazzjoni tal-volum jew il-piż u l-metodi ta' kejl li għandhom jintużaw min-negozji li jbigħu prodotti ppakkjati minn qabel.