Dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni
Skont il-liġi tal-UE, ikel ippakkjat minn qabel li jinbiegħ fl-UE għandu jkollu tikketta li tinforma lill-konsumaturi dwar il-kontenut tal-enerġija u n-nutrijenti tiegħu. Din tissejjaħ "dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni" u trid tidher direttament fuq il-pakkett jew fuq it-tikketta mwaħħla miegħu. Id-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni għandha tinkludi din l-informazzjoni:
- il-valur enerġetiku
- l-ammonti ta' xaħam, saturati, karboidrati, zokkor, proteini u melħ
Fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni jistgħu jiġu indikati b'mod volontarju n-nutrijenti li ġejjin:
- il-monoinsaturati
- il-poliinsaturat
- il-polioli
- il-lamtu
- il-fibra alimentari
- kwalunkwe vitamina jew minerali permessi bil-liġi
L-ikel li MA JKUNX jeħtieġ dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni hu elenkat fl-anness 5 tar-regolament.
Kif jiġu kkalkulati l-valuri tal-enerġija u l-ammonti ta' nutrijenti
Il-valuri fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni huma medji, ibbażati jew fuq l-analiżi tal-ikel mill-manifattur jew fuq kalkolu li juża wieħed minn dawn li ġejjin:
- il-valuri magħrufin jew medja attwali tal-ingredjenti użati
- id-data stabbilita b'mod ġenerali u aċċettata.
Il-valur enerġetiku u l-ammonti ta' nutrijenti fuq il-pakkett iridu jirriflettu l-valur u l-ammonti tal-ikel kif jinbiegħ. Jekk il-prodott jeħtieġ preparazzjoni qabel ma jiġi kkunsmat, tista' tipprovdi l-informazzjoni li tirrifletti l-valuri tan-nutrizzjoni tal-ikel bħala lest biex jittiekel.
Il-valur enerġetiku jrid ikun:
- ikkalkulat bl-użu tal-fatturi ta' konverżjoni pprovduti fl-anness 14 tar-regolament
- indikat f'kilo joules (kJ) u kilo kaloriji (kcal) għal kull 100 g jew għal kull 100 ml
L-ammonti tan-nutrijenti jridu jiġu indikati għal kull 100 g jew għal kull 100 ml.
F'xi każijiet, il-valuri tal-enerġija u l-ammonti ta' nutrijenti jistgħu jiġu espressi wkoll għal kull porzjon u/jew għal kull unità ta' konsum. Ara l- artikolu 33 tar-regolament .
Vitamini u minerali awtorizzati
L-ammonti tagħhom iridu jiġu espressi:
- għal kull 100 g jew għal kull 100 ml
- bħala perċentwal tal-konsum referenzjali
Kif turi d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni
Jekk jippermetti l-ispazju, għandek turi d-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni f'forma ta' tabella. Jekk il-pakkett ikun żgħir wisq, uri d-dikjarazzjoni f'format lineari. L-informazzjoni kollha trid tkun tidher faċilment, tinqara b'mod ċar u tinkiteb b'ittri twal mill-anqas 1.2 mm.
Unitajiet ta' kejl u l-ordni tagħhom fid-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni
enerġija |
kJ/kcal |
xaħam |
g |
li minnu | |
— saturati |
g |
— monoinsaturati |
g |
— poliinsaturat |
g |
karboidrati |
g |
li minnhom | |
— zokkor |
g |
— polioli |
g |
— lamtu |
g |
fibra alimentari |
g |
proteina |
g |
melħ |
g |
vitamini u minerali |