Il-VAT fuq is-servizzi diġitali (l-iskema tal-MOSS)
Il-Mini One Stop Shop (MOSS) tal-VAT hija skema volontarja li tippermettilek tiddikjara l-VAT - normalment dovuta f'diversi pajjiżi tal-UE - f' pajjiż tal-UE wieħed biss.
Jekk inti tipprovdi servizzi transfruntieri tat-telekomunikazzjoni, ta' xandir televiżiv u bir-radju, jew diġitali lil persuni mhux taxxabbli, tista' tkun eliġibbli għall-iskema. Is-servizzi koperti mill-iskema tal-MOSS jinkludu:
- l-ospitar ta' siti web
- il-provvediment ta' software
- l-aċċess għal bażijiet tad-data
- id-dawnlowdjar ta' apps jew mużika
- il-logħob online
- it-tagħlim mill-bogħod
Bil-MOSS ma għandekx bżonn tirreġistra mal-awtoritajiet tat-taxxa f'kull pajjiż tal-UE fejn tagħmel il-bejgħ, minflok, tista' tirreġistra għall-VAT, tippreżenta d-dikjarazzjonijiet tal-VAT u tagħmel il-pagamenti f'post wieħed biss. Trid tapplika r-regoli tal-iskema tal-MOSS għall-klijenti tiegħek fil- pajjiżi kollha tal-UE fejn tipprovdi s-servizzi.
Hemm żewġ skemi li joperaw taħt il-MOSS:
- L- iskema tal-unjoni, għan-negozji stabbiliti fl-UE jew b'tal-anqas fergħa waħda bbażata f'pajjiż tall-UE
- L- iskema mhux tal-unjoni, għan-negozji mhux stabbiliti fl-UE mingħajr ebda fergħa bbażata fl-UE
Agħżel opzjoni biex tara liema skema tgħodd għalik.
Nota: Tista' wkoll tieħu vantaġġ mir- regoli tal-VAT issimplifikati għal fatturat annwali baxx mingħajr il-bżonn li tirreġistra mal-MOSS; iċċekkja biex tara intix eliġibbli.
Il-kumpanija tiegħek
- għandha l-uffiċċju prinċipali stabbilit fl-UE
- għandha biss fergħa (mhux l-uffiċċju prinċipali tagħha) stabbilita fl-UE
- la għandha uffiċċju prinċipali u lanqas fergħa stabbilita fl-UE
L-iskema tal-Unjoni
Tista' tuża l-iskema tal-Unjoni meta inti tipprovdi s- servizzi transfruntieri tat-telekomunikazzjoni, ta' xandir televiżiv u bir-radju, jew diġitali lil klijenti fil-pajjiżi kollha tal-UE minbarra:
- il-pajjiż tal-UE magħżul bħala l- istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek
- il-pajjiżi tal-UE fejn in-negozju tiegħek għandu fergħat stabbiliti ( stati membri ta' stabbiliment)
Il-pajjiżi tal-UE fejn tipprovdi s-servizzi nirreferu għalihom bħala l- istati membri tal-konsum.
Agħżel stat membru ta' identifikazzjoni
Inti trid tagħżel stat membru ta' identifikazzjoni. Dan huwa l-pajjiż tal-UE fejn hu stabbilit in-negozju tiegħek (fejn jinsab l-uffiċċju prinċipali).
Reġistrazzjoni
Tista' tirreġistra online permezz tal-portal tal-istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek.
Agħżel il-pajjiż
Hekk kif jaslu u jiġu vvalidati d-dettalji ta' reġistrazzjoni tiegħek, dawn se jinżammu f'bażi tad-data u se jintbagħtu mill-istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek lill-pajjiżi tal-UE l-oħra kollha.
Meta ssir attiva r-reġistrazzjoni tiegħek?
Sakemm ma tispeċifikax xort'oħra, ir-reġistrazzjoni tiegħek tibda fl-ewwel jum tat-trimestru tal-kalendarju wara li tkun tlabt biex tingħaqad fl-iskema.
Pereżempju, jekk l-applikazzjoni tiegħek biex tingħaqad fil-MOSS tiġi aċċettata fl-20 ta' Lulju (fit-3 trimestru), ir-reġistrazzjoni tiegħek se tibda fl-1 ta' Ottubru (fil-bidu tar-4 trimestru).
Attiva r-reġistrazzjoni tiegħek qabel
Tista' titlob biex tingħaqad fl-isekma qabel il-bidu tat-trimestru li jmiss. F'dan il-każ, trid tinforma l-istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek qabel l-10 jum tax-xahar ta' wara li tagħmel l-ewwel provvista ta' servizzi rilevanti.
Pereżempju, jekk inti diġà qed tinnegozja fil-5 ta' Marzu u trid tinkludi s-servizzi pprovduti tiegħek fl-iskema tal-MOSS minn din id-data, l-ewwel trid tinforma lill-istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek li tixtieq tingħaqad fl-iskema qabel l-10 ta' April. Jekk dan isir, is-servizzi kollha li tipprovdi mill-5 ta' Marzu se jkunu koperti mill-iskema.
It-tneħħija tar-reġistrazzjoni
Jekk trid tneħħi r-reġistrazzjoni mill-iskema, trid tinforma lill-istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek. Dan għandu jsir mill-inqas 15-il jum qabel tmiem it-trimestru tal-kalendarju. It-trimestri tal-kalendarju huma minn:
- mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu
- mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju
- mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru
- mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru
Inti tiġi nnotifikat b'mod elettroniku meta t-talba tiegħek tkun ġiet aċċettata, u mhux se tkun tista' terġa' tirreġistra fl-iskema għal 6 xhur.
Esklużjoni mill-iskema
Inti tiġi eskluż mill-iskema jekk:
- ma tagħmel ebda provvisti rilevanti għal sentejn konsekuttivi
- ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-iskema
- b'mod persistenti tonqos milli tikkonforma mar-regoli tal-iskema
Esklużjoni temporanja (perjodu ta' kwarantina)
F'ċerti sitwazzjonijiet tista' tiġi eskluż milli tuża skema waħda tal-MOSS jew it-tnejn li huma għal ammont limitat ta' żmien (magħruf bħala perjodu ta' kwarantina):
- jekk tiddeċiedi li twaqqaf il-provvista tas-servizzi koperti bl-iskema – 6 xhur
- jekk tiddeċiedi li volontarjament titlaq mill-iskema – 6 xhur
- b'mod persistenti tonqos milli tikkonforma mar-regoli tal-iskema – sentejn
Ir-regoli tal-VAT
Inti trid tuża l-istess numru tal-VAT li qed tuża bħalissa għad-dikjarazzjonijiet tal-VAT domestiċi u żżomm il-VAT bir-rata tal-pajjiżi tal-UE fejn jgħixu l-klijenti tiegħek.
Trid tapplika l-istess regoli tal-fatturar bħall-istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek (mhix meħtieġa fattura fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi meta tipprovdi servizzi taħt l-iskema tal-MOSS). Dan huwa wkoll il-każ għal provvisti ta' servizzi minn stati membri ta' stabbiliment.
Il-provvisti kollha li mhumiex fil-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema tal-MOSS iridu jiġu ddikjarati bir- regoli tat-tassazzjoni normali għall-bejgħ domestiku.
dikjarazzjonijiet tal-VAT
Trid tissottometti dikjarazzjonijiet trimestrali tal-VAT dettaljati online fi żmien 20 jum mit-tmiem ta' kull perjodu ta' dikjarazzjoni. L-informazzjoni mbagħad tiġi trasferita b'mod sikur mill-istat membru ta' identifikazzjoni lill-istat membru ta' konsum rilevanti.
Twissija
Dawn id-dikjarazzjonijiet tal-VAT isiru flimkien mad-dikjarazzjonijiet tal-VAT domestiċi normali.
Ivverifika r-rati tal-VAT
Tista' tiċċekkja r-rati tal-VAT għall-provvista ta' telekomunikazzjonijiet, xandir u servizzi pprovduti elettronikament billi tuża l- bażi tad-data tal-Komunikazzjoni tal-Informazzjoni tat-Taxxa en .
Iż-żamma ta' rekords
Inti trid iżżomm ir-rekords tal-attivitajiet tiegħek għal 10 snin mit-tmiem tas-sena li fiha ġew ipprovduti s-servizzi u kopji diġitali tagħhom iridu jkunu disponibbli jekk mitluba, bla dewmien.
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fir-rekords li żżomm:
- l-istat membru tal-konsum fejn hu pprovdut is-servizz
- it-tip ta' servizz ipprovdut
- id-data meta ġie pprovdut is-servizz
- kull żieda jew tnaqqis sussegwenti tal-ammont taxxabbli
- ir-rata tal-VAT applikata
- l-ammont ta' VAT li għandu jitħallas b'indikazzjoni tal-munita użata
- id-data u l-ammont ta' ħlasijiet riċevuti
- kwalunkwe ħlas fuq il-kont riċevut qabel ma ġie pprovdut is-servizz
- fejn tinħareġ irċevuta, l-informazzjoni li tinsab fuq l-irċevuta
- l-isem tal-klijent, fejn ikun magħruf għall-persuna taxxabbli
- l-informazzjoni użata biex jiġi ddeterminat il-post fejn il-klijent huwa stabbilit jew għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn hu residenti normalment.
Aktar informazzjoni dwar l-Iskema tal-MOSS hi disponibbli fil- portal tal-MOSS tal-VAT en u tista' taqra informazzjoni ddettaljata fil- gwidi en .
L-iskema tal-Unjoni
Inti tista' tuża l-iskema tal-Unjoni meta tipprovdi s- servizzi transfruntieri tat-telekomunikazzjoni, ta' xandir televiżiv u bir-radju, jew diġitali lil klijenti fil-pajjiżi kollha tal-UE minbarra:
- il-pajjiż tal-UE magħżul bħala l- istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek
- il-pajjiżi tal-UE fejn in-negozju tiegħek għandu fergħat stabbiliti ( stati membri ta' stabbiliment)
Il-pajjiżi tal-UE fejn tipprovdi s-servizzi nirreferu għalihom bħala l- istati membri tal-konsum.
Agħżel stat membru ta' identifikazzjoni
Inti trid tagħżel stat membru ta' identifikazzjoni.
Dan jista' jkun kwalunkwe pajjiż tal-UE fejn għandek fergħa stabbilita (stati membri ta' stabbiliment).
Ma tistax tibdel l-istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek għas-sena kurrenti u s-sentejn kalendarji li jmiss, sakemm inti ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet, pereżempju, jekk m'għadx għandek fergħa fl-istat membru ta' identifikazzjoni. F'dan il-każ, inti tista' tibdel l-istat membru ta' identifikazzjoni għal kwalunkwe pajjiż tal-UE fejn għad għandek fergħa stabbilita.
Tista' tagħmel il-bidla fl-istess jum iżda għandek tinforma kemm l-istat membru ta' identifikazzjoni l-antik kif ukoll lil dak ġdid dwar l-għażla tiegħek. Dan irid isir qabel l-10 jum tax-xahar wara li tagħmel il-bidla.
Ir-reġistrazzjoni
Tista' tirreġistra online permezz tal-portal tal-istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek.
Agħżel il-pajjiż
Hekk kif jaslu u jiġu vvalidati d-dettalji ta' reġistrazzjoni tiegħek, dawn se jinżammu f'bażi tad-data u se jintbagħtu mill-istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek lill-pajjiżi tal-UE l-oħra kollha.
Meta ssir attiva r-reġistrazzjoni tiegħek?
Sakemm ma tispeċifikax xort'oħra, ir-reġistrazzjoni tiegħek tibda fl-ewwel jum tat-trimestru tal-kalendarju wara li tkun tlabt biex tingħaqad fl-iskema.
Pereżempju, jekk l-applikazzjoni tiegħek biex tingħaqad fil-MOSS tiġi aċċettata fl-20 ta' Lulju (fit-3 trimestru), ir-reġistrazzjoni tiegħek se tibda fl-1 ta' Ottubru (fil-bidu tar-4 trimestru).
Attiva r-reġistrazzjoni tiegħek qabel
Tista' titlob biex tingħaqad fl-isekma qabel il-bidu tat-trimestru li jmiss. F'dan il-każ, trid tinforma l-istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek qabel l-10 jum tax-xahar ta' wara li tagħmel l-ewwel provvista ta' servizzi rilevanti.
Pereżempju, jekk inti diġà qed tinnegozja fil-5 ta' Marzu u trid tinkludi s-servizzi pprovduti tiegħek fl-iskema tal-MOSS minn din id-data, l-ewwel trid tinforma lill-istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek li tixtieq tingħaqad fl-iskema qabel l-10 ta' April. Jekk dan isir, is-servizzi kollha li tipprovdi mill-5 ta' Marzu se jkunu koperti mill-iskema.
It-tneħħija tar-reġistrazzjoni
Jekk trid tneħħi r-reġistrazzjoni mill-iskema, trid tinforma lill-istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek. Dan għandu jsir mill-inqas 15-il jum qabel tmiem it-trimestru tal-kalendarju. It-trimestri tal-kalendarju huma minn:
- mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu
- mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju
- mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru
- mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru
Inti tiġi nnotifikat b'mod elettroniku meta t-talba tiegħek tkun ġiet aċċettata, u mhux se tkun tista' terġa' tirreġistra fl-iskema għal 6 xhur.
Esklużjoni mill-iskema
Inti tiġi eskluż mill-iskema jekk:
- ma tagħmel ebda provvisti rilevanti għal sentejn konsekuttivi
- ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-iskema
- b'mod persistenti tonqos milli tikkonforma mar-regoli tal-iskema
Esklużjoni temporanja (perjodu ta' kwarantina)
F'ċerti sitwazzjonijiet tista' tiġi eskluż milli tuża skema waħda tal-MOSS jew it-tnejn li huma għal ammont limitat ta' żmien (magħruf bħala perjodu ta' kwarantina):
- jekk tiddeċiedi li twaqqaf il-provvista tas-servizzi koperti bl-iskema – 6 xhur
- jekk tiddeċiedi li volontarjament titlaq mill-iskema – 6 xhur
- b'mod persistenti tonqos milli tikkonforma mar-regoli tal-iskema – sentejn
Ir-regoli tal-VAT
Inti trid tuża l-istess numru tal-VAT li qed tuża bħalissa għad-dikjarazzjonijiet tal-VAT domestiċi u żżomm il-VAT bir-rata tal-pajjiżi tal-UE fejn jgħixu l-klijenti tiegħek.
Trid tapplika l-istess regoli tal-fatturar bħall-istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek (mhix meħtieġa fattura fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi meta tipprovdi servizzi taħt l-iskema tal-MOSS). Dan huwa wkoll il-każ għal provvisti ta' servizzi minn stati membri ta' stabbiliment.
Il-provvisti kollha li mhumiex fil-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema tal-MOSS iridu jiġu ddikjarati bir- regoli tat-tassazzjoni normali għall-bejgħ domestiku.
dikjarazzjonijiet tal-VAT
Trid tissottometti dikjarazzjonijiet trimestrali tal-VAT dettaljati online fi żmien 20 jum mit-tmiem ta' kull perjodu ta' dikjarazzjoni. L-informazzjoni mbagħad tiġi trasferita b'mod sikur mill-istat membru ta' identifikazzjoni lill-istat membru ta' konsum rilevanti.
Twissija
Dawn id-dikjarazzjonijiet tal-VAT isiru flimkien mad-dikjarazzjonijiet tal-VAT domestiċi normali.
Ivverifika r-rati tal-VAT
Tista' tiċċekkja r-rati tal-VAT għall-provvista ta' telekomunikazzjonijiet, xandir u servizzi pprovduti elettronikament billi tuża l- bażi tad-data tal-Komunikazzjoni tal-Informazzjoni tat-Taxxa en .
Iż-żamma ta' rekords
Inti trid iżżomm ir-rekords tal-attivitajiet tiegħek għal 10 snin mit-tmiem tas-sena li fiha ġew ipprovduti s-servizzi u kopji diġitali tagħhom iridu jkunu disponibbli jekk mitluba, bla dewmien.
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fir-rekords li żżomm:
- l-istat membru tal-konsum fejn hu pprovdut is-servizz
- it-tip ta' servizz ipprovdut
- id-data meta ġie pprovdut is-servizz
- kull żieda jew tnaqqis sussegwenti tal-ammont taxxabbli
- ir-rata tal-VAT applikata
- l-ammont ta' VAT li għandu jitħallas b'indikazzjoni tal-munita użata
- id-data u l-ammont ta' ħlasijiet riċevuti
- kwalunkwe ħlas fuq il-kont riċevut qabel ma ġie pprovdut is-servizz
- fejn tinħareġ irċevuta, l-informazzjoni li tinsab fuq l-irċevuta
- l-isem tal-klijent, fejn ikun magħruf għall-persuna taxxabbli
- l-informazzjoni użata biex jiġi ddeterminat il-post fejn il-klijent huwa stabbilit jew għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn hu residenti normalment.
Aktar informazzjoni dwar l-Iskema tal-MOSS hi disponibbli fil- portal tal-MOSS tal-VAT en u tista' taqra informazzjoni ddettaljata fil- gwidi en .
L-iskema mhux tal-Unjoni
Inti tista' tuża l-iskema mhux tal-Unjoni meta tipprovdi s- servizzi transfruntieri tat-telekomunikazzjoni, ta' xandir televiżiv u bir-radju, jew diġitali lil klijenti fil- pajjiżi kollha tal-UE (inkluż il-pajjiż tal-UE magħżul bħala l- istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek).
Il-pajjiżi tal-UE fejn tipprovdi s-servizzi nirreferu għalihom bħala l- istati membri tal-konsum.
Agħżel stat membru ta' identifikazzjoni
Inti trid tagħżel stat membru ta' identifikazzjoni. Dan jista' jkun kwalunkwe pajjiż tal-UE li tagħżel.
Tista' tibdel l-istat membru ta' identifikazzjoni f'data aktar tard jekk tixtieq. Dan jista' jkun kwalunkwe pajjiż tal-UE li tagħżel.
Biex tagħmel il-bidla, trid tikkanċella r-reġistrazzjoni fl-istat membru ta' identifikazzjoni attwali tiegħek u tirreġistra mill-ġdid fl-istat membru ta' identifikazzjoni magħżul ġdid.
Ir-reġistrazzjoni
Tista' tirreġistra online permezz tal-portal tal-istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek.
Agħżel il-pajjiż
Hekk kif jaslu u jiġu vvalidati d-dettalji ta' reġistrazzjoni tiegħek, dawn se jinżammu f'bażi tad-data u se jintbagħtu mill-istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek lill-pajjiżi tal-UE l-oħra kollha.
Meta ssir attiva r-reġistrazzjoni tiegħek?
Sakemm ma tispeċifikax xort'oħra, ir-reġistrazzjoni tiegħek tibda fl-ewwel jum tat-trimestru tal-kalendarju wara li tkun tlabt biex tingħaqad fl-iskema.
Pereżempju, jekk l-applikazzjoni tiegħek biex tingħaqad fil-MOSS tiġi aċċettata fl-20 ta' Lulju (fit-3 trimestru), ir-reġistrazzjoni tiegħek se tibda fl-1 ta' Ottubru (fil-bidu tar-4 trimestru).
Attiva r-reġistrazzjoni tiegħek qabel
Tista' titlob biex tingħaqad fl-isekma qabel il-bidu tat-trimestru li jmiss. F'dan il-każ, trid tinforma l-istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek qabel l-10 jum tax-xahar ta' wara li tagħmel l-ewwel provvista ta' servizzi rilevanti.
Pereżempju, jekk inti diġà qed tinnegozja fil-5 ta' Marzu u trid tinkludi s-servizzi pprovduti tiegħek fl-iskema tal-MOSS minn din id-data, l-ewwel trid tinforma lill-istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek li tixtieq tingħaqad fl-iskema qabel l-10 ta' April. Jekk dan isir, is-servizzi kollha li tipprovdi mill-5 ta' Marzu se jkunu koperti mill-iskema.
It-tneħħija tar-reġistrazzjoni
Jekk trid tneħħi r-reġistrazzjoni mill-iskema, trid tinforma lill-istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek. Dan għandu jsir mill-inqas 15-il jum qabel tmiem it-trimestru tal-kalendarju. It-trimestri tal-kalendarju huma minn:
- mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu
- mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju
- mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru
- mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru
Inti tiġi nnotifikat b'mod elettroniku meta t-talba tiegħek tkun ġiet aċċettata, u mhux se tkun tista' terġa' tirreġistra fl-iskema għal 6 xhur.
Esklużjoni mill-iskema
Inti tiġi eskluż mill-iskema jekk:
- ma tagħmel ebda provvisti rilevanti għal sentejn konsekuttivi
- ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-iskema
- b'mod persistenti tonqos milli tikkonforma mar-regoli tal-iskema
Esklużjoni temporanja (perjodu ta' kwarantina)
F'ċerti sitwazzjonijiet tista' tiġi eskluż milli tuża skema waħda tal-MOSS jew it-tnejn li huma għal ammont limitat ta' żmien (magħruf bħala perjodu ta' kwarantina):
- jekk tiddeċiedi li twaqqaf il-provvista tas-servizzi koperti bl-iskema – 6 xhur
- jekk tiddeċiedi li volontarjament titlaq mill-iskema – 6 xhur
- b'mod persistenti tonqos milli tikkonforma mar-regoli tal-iskema – sentejn
Ir-regoli tal-VAT
Inti tiġi allokat numru tal-VAT mill-pajjiż tal-UE li għażilt biex ikun l-istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek u tiċċarġja l-VAT bir-rata tal-pajjiżi tal-UE fejn il-klijenti tiegħek għandhom ir-residenza tagħhom.
Trid tapplika l-istess regoli tal-fatturar bħall-istat membru ta' identifikazzjoni tiegħek (mhix meħtieġa fattura fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi meta tipprovdi servizzi taħt l-iskema tal-MOSS).