Standards fl-Ewropa

Il-pubblikazzjonijiet dwar l-istandards u standardizzazzjoni oħrajn huma linji gwida volontarji li jipprovdu speċifikazzjonijiet tekniċi għall-prodotti, is-servizzi u l-proċessi - mill-elmi tas-sikurezza industrijali jew iċ-ċarġers tat-tagħmir elettroniku, għal-livelli tas-servizz ta' kwalità fit-trasport pubbliku). L-istandards huma żviluppati minn organizzazzjonijiet privati ta' standardizzazzjoni ġeneralment fuq l-inizjattiva ta' partijiet ikkonċernati li jaraw il-ħtieġa li japplikaw standard.

Minkejja li l-istandards huma volontarji, l-użu tagħhom jagħti prova li l-prodotti u s-servizzi tiegħek jilħqu ċertu livell ta' kwalità, sikurezza u affidabbiltà.

Twissija

F'ċerti każijiet, l-istandards huma riferenzjati fil-leġiżlazzjoni bħala mod preferut jew anki bħala rekwiżit mandatarju biex jikkonformaw mal-liġijiet speċifiċi (jiġifieri l-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza jew ir-rekwiżiti tal-interoperabilità).

Benefiċċji prinċipali tal-użu tal-standards

Il- kwalità standardizzata u s- sikurezza tal-prodotti jgħinu lin-negozju tiegħek jibni l-fiduċja tal-konsumaturi. Pereżempju, l-għodda u t-tagħmir iddisinjat u ttestjat skont l-istandards biex tingħata protezzjoni aħjar għal professjonisti bħall-ħaddiema tat-tifi tan-nar u l-persunal tal-isptar.

Servizzi ddisinjati skont l-istandards tas-servizzi en , p.e. il-korsijiet tal-iddajvjar bl-iskuba, jiżguraw livell għoli ta' kwalità u ta' sikurezza għall-konsumatur.

L-istandards jgħinu jipproteġu l-ambjent u s- saħħa tal- konsumatur. Pereżempju, l-istandards jipprovdu metodi ta' kejl biex jiġi ssorveljat u kkontrollat it-tniġġis tal-arja. L-istandards tal-iġjene tal-ikel jipprovdu klassifikazzjoni u metodi ta' ttestjar għal materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel.

Aċċess aħjar għas-swieq: l-istandards jistgħu jiftħu s-swieq billi jagħmlu l-prodotti jew is-servizzi tiegħek kompatibbli u komparabbli.

L-istandards jistgħu jgħinu sabiex tittejjeb l- interoperabilità bejn il-prodotti jew is-servizzi. Pereżempju, l-istandards jagħtu parir dwar id-daqs tal-linji ferrovjarji biex jiżguraw is-sikurezza tal-ferroviji

Standards Ewropej

L-istandards Ewropej jiġu adottati minn waħda mit-3 organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni (ESOs):

  • Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN en )
  • Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec en )
  • L-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI en )

Fil-livell nazzjonali, l-istandardizzazzjoni hi mmaniġġjata mill- korpi tal-istandardizzazzjoni nazzjonali (NSBs) li jadottaw u jippubblikaw standards nazzjonali. L-NSBs jittrasponu wkoll l-istandards Ewropej kollha bħala standards nazzjonali identiċi u jirtiraw kwalunkwe standards nazzjonali konfliġġenti.

Agħżel pajjiż biex issib il-korp nazzjonali tal-istandardizzazzjoni rilevanti:

L-istandards Ewropej jiġu żviluppati f'kooperazzjoni mill-qrib mal-industrija u l-imsieħba jew membri rilevanti oħra tal-ESOs.

Intrapriżi żgħar u medji huma rappreżentati fil-proċess tat-tiswir tal-istandard mill-Assoċjazzjoni tal-Istandards tan-Negozji Żgħar en .

Standards armonizzati

L-istandards armonizzati en huma kategorija speċifika ta' standards Ewropej żviluppati mill-ESO wara talba, magħrufa bħala "mandat", mill-Kummissjoni Ewropea. Madwar 20% tal-istandards Ewropej kollha huma żviluppati skont talba ta' standardizzazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea.

Tista' tuża l-istandards armonizzati biex tipprova li l-prodotti jew is-servizzi tiegħek jikkonfermaw mar-rekwiżiti tekniċi tal-liġi rilevanti tal-UE.

Twissija

Ir- rekwiżiti tekniċi mogħtija fil-leġiżlazzjoni tal-UE huma mandatarji, filwaqt li l-użu tal-istandards armonizzati hu ġeneralment volontarju.

L-istandards armonizzati jistabblixxu speċifikazzjonijiet tekniċi li huma kkunsidrati adatti jew suffiċjenti sabiex tikkonferma mar-rekwiżiti tekniċi mogħtija fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

F'ħafna każijiet, l-użu tal-istandards armonizzati hu volontarju. Bħala manifattur jew provveditur ta' servizz tista' tagħżel soluzzjoni teknika oħra li tissodisfa r-rekwiżiti legali.

Kif issib standard

Biex tfittex għal standard Ewropew tista' tuża wieħed mill-muturi tat-tfittxija fil-portals tal-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropej:

  • Cenelec en għall-istandards elettrotekniċi
  • ETSI en għall-istandards tat-telekomunikazzjoni
  • CEN en għall-istandards l-oħrajn kollha tas-settur

Kull wieħed mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni (NSBs) għandu l-magna tat-tiftix tiegħu. Biex tiskopri aktar dwar l-istandards validi f'kull pajjiż, agħżel pajjiż mil-lista hawn fuq u segwi l-istruzzjonijiet.

Ara wkoll:

  • Leħen il-konsumatur Ewropew fl-istandardizzazzjoni en (ANEC)
  • il-Koalizzjoni Ambjentali dwar l-Istandards en (ECOS)
  • Istitut Ewropej tat-Trejdjunjins en (ETUI)

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Punt ta' Kuntatt tal-Prodott

Il-Punt ta’ Kuntatt tal-Prodott tiegħek jista’ jinfurmak dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-prodott u jgħinek fl-aċċess għal suq nazzjonali ieħor fl-UE.

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 15/11/2023
Ikkondividi din il-paġna