Dokumenti għall-minorenni li jivvjaġġaw fl-UE
Barra milli jkollhom il-passaport validu jew il-karta tal-ID valida tagħhom, it-tfal kollha li jkunu qed jivvjaġġaw:
- weħidhom; jew
- ma' adulti li mhumiex il-kustodji legali tagħhom; jew
- ma' ġenitur wieħed biss
jista' jkun jeħtiġilhom dokument (uffiċjali) ieħor iffirmat mill-ġenituri, mit-tieni ġenitur jew mill-kustodju(i) legali tagħhom li jawtorizzahom li jivvjaġġaw.
M'hemmx regoli tal-UE dwar din il-materja, kull pajjiż tal-UE jiddeċiedi jekk jirrikjedix lit-tfal ikollhom awtorizzazzjoni uffiċjali mill-ġenitur(i) jew mill-kustodju tagħhom. Iċċekkja r-regoli eżatti għall-pajjiżi li qed tivvjaġġa lejhom u minnhom.
Agħżel il-pajjiż
Ftakar li, anke fejn pajjiż ma jeiżiġix li l-minorenni jġorru tali awtorizzazzjoni uffiċjali biex jidħlu fit-territorju tiegħu jew joħorġu minnu, pajjiżi oħra li trid tgħaddi minnhom fi tranżitu xorta jistgħu jitolbuhom juru waħda.
Twissija
Meta tivvjaġġa bl-ajru huwa ferm irrakkomandat li tiċċekkja minn qabel ma titlaq mal-linji tal-ajru peress li bosta linji tal-ajru jeżiġu awtorizzazzjonijiet uffiċjali u għandhom formoli speċifiċi tagħhom għal dan.
Minħabba li r-regoli ta' kull pajjiż jistgħu jinbidlu mingħajr ma javżaw, inħeġġuk tiċċekkja mal-awtoritajiet stess jew mal- ambaxxati jew il-konsulati rispettivi.