Irkupru ta' dejn transfruntier
Jekk kumpanija bbażata f'pajjiż ieħor tal-UE għandha d-dejn miegħek jew man-negozju tiegħek, il-qrati jistgħu jordnaw li l-fondi fil-kont bankarju tal-kumpanija jkunu ffriżati.
Meta tista' tintuża?
Tista' tieħu vantaġġ minn din ir-regola għall-każijiet transfruntieri, jiġifieri meta l-qorti li qed tordna, jew in-negozju tiegħek (f'dan il-każ, il-kreditur) hu bbażat f'pajjiż tal-UE differenti minn dak fejn id-debitur ikollu l-kont bankarju tiegħu.
Il-proċedura hija magħrufa bħala l- Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet (EAPO) u l-għan tagħha hu li d-dejn tal-UE jiġi rkuprat aktar malajr u aktar faċilment.
M'għandekx bżonn tinforma lid-debitur minn qabel: dan jiżgura li dawn ma jċaqalqux, jaħbu jew jonfqu l-fondi miżmuma fil-kont tagħhom qabel ma tkun tista' titlob lura l-flus dovuti lilek.
F'liema pajjiżi tapplika?
Tista' tapplika għall-EAPO fi kwalunkwe pajjiż tal-UE minbarra d-Danimarka.
Kif napplika?
Tista' tapplika permezz tal- formola onlajn. Kwalunkwe dokument ta' sostenn rilevanti għandu jintbagħat mal-applikazzjoni tiegħek.
Kontestazzjoni ta' Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet
Jekk inti d-debitur u ma taqbilx mal-EAPO li ħarġet kontrik, tista' tikkontesta d-deċiżjoni billi timla l- formola ta' applikazzjoni għal rimedju bg en (formola VII)
Iż-żewġ partijiet jistgħu jappellaw id-deċiżjoni ta' rimedju billi jużaw il- formola għal appell mir-rimedju el en pt (formola IX).