Trattament ugwali fuq il-post tax-xogħol

Bħala ċittadin tal-UE int intitolat għal trattament ugwali fir-reklutaġġ, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-promozzjoni, il-paga, l-aċċess għal taħriġ vokazzjonali, il-pensjonijiet tax-xogħol u t-tkeċċija. Id-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol abbażi tal-età, il-ġeneru, id-diżabbiltà, l-oriġini etnika jew razzjali, ir-reliġjon jew it-twemmin, jew l-orjentazzjoni sesswali hi pprojbita fl-UE kollha kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat.

Bħala ċittadin tal-UE, trid tiġi ttrattat eżattament bl-istess mod bħall-kollegi lokali tiegħek li huma ċittadini tal-pajjiż f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tax-xogħol, il- benefiċċji soċjali u l-aċċess għas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi. Madankollu, il-pajjiż ospitanti tiegħek jista' jiddeċiedi li jżomm id-dritt tiegħek għall-appoġġ għad-dħul – jew benefiċċji oħrajn – għall-ewwel 3 xhur ta' residenza (pereżempju jekk tmur hemm bħala ħaddiem staġjonali, ħdimt xahar u mbagħad applikajt għall-appoġġ għad-dħul ta' flus), u anki għal żmien itwal jekk tasal fil-pajjiż bħala persuna li qed tfittex xogħol.

Kontra liema tipi ta' diskriminazzjoni inti protett?

Iċċekkja t-tipi ta' diskriminazzjoni

Akkomodazzjoni raġonevoli

Jekk għandek diżabbiltà, jista' jkollok bżonn aġġustamenti fl-impjieg jew il-post tax-xogħol tiegħek biex twettaq u tavvanza fil-funzjonijiet tax-xogħol jew twettaq taħriġ. F'dak il-każ, tista’ titlob li min iħaddmek jieħu passi raġonevoli biex jakkomoda l-kundizzjoni tiegħek. Dawn il-passi jistgħu japplikaw għall-attivitajiet kollha relatati max-xogħol, mill-proċess tal-applikazzjoni għax-xogħol sat-terminazzjoni, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-benefiċċji marġinali. tista' titlob li min iħaddmek jieħu passi raġonevoli biex jakkomoda l-kundizzjoni tiegħek. Dawn il-passi jistgħu japplikaw għall-attivitajiet kollha relatati max-xogħol, mill-proċess tal-applikazzjoni għax-xogħol sat-terminazzjoni, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-benefiċċji marġinali.

Kif tinforza drittijietek

Jekk temmen li ġejt diskriminat, tista' tressaq il-każ tiegħek quddiem korp nazzjonali tal-ugwaljanza en . Xi wħud jistgħu sempliċiment jipprovdulek informazzjoni utli dwar is-sitwazzjoni tiegħek, filwaqt li oħrajn jistgħu jgħinuk tressaq ilment. Huma jistgħu wkoll, bl-approvazzjoni tiegħek, jieħdu l-każ tiegħek quddiem il-qrati kompetenti.

Skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, tista' tkun intitolat/a għal kumpens, reintegrazzjoni f'impjieg, jew ordni li tirrikjedi lill-impjegatur jirrimedja għad-diskriminazzjoni u jipprovdi akkomodazzjoni raġonevoli.

Tista' tikkuntattja wkoll organizzazzjonijiet bħat-trade unions, l-NGOs u l-avukati għall-għajnuna u l-pariri.

Nacionalinę informaciją rasite toliau.

Ara wkoll:

Kif tista' tqiegħed fil-prattika akkomodazzjoni raġonevoli – gwida dwar prattiki promettenti Iftaħ bħala link estern

Mistoqsijiet frekwenti

Ara wkoll

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 04/09/2024
Ikkondividi din il-paġna