Assigurazzjoni tas-Saħħa meta tgħix barra pajjiżek
Jekk inti ċittadin tal-UE u qed tippjana li tmur toqgħod f'pajjiż ieħor tal-UE, lesti ruħek għal sistemi ta' sigurtà soċjali differenti inkluża l-assigurazzjoni tas-saħħa. Dak li għandek tagħmel jiddependi fuq is-sitwazzjoni personali tiegħek, it-tul ta’ żmien li se dum barra pajjiżek u t-termini tal-assigurazzjoni tas-saħħa attwali tiegħek. Kun ċert li tifhem il-każ partikolari tiegħek qabel ma ssiefer.
L-għażliet għad-djar tal-kura residenzjali fit-tul (nursing homes) huma differenti f’kull pajjiż tal-UE, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-għajnuna finanzjarja biex jiġu koperti l-ispejjeż tal-kura fit-tul.
Jista’ jkun ukoll li tkun tista’ tieħu sehem fi programmi tal-kura tas-saħħa preventiva bħal skrinjar tal-mard jew kampanji ta’ tilqim.
Skopri aktar dwar:
- Il-kopertura tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek
- Iċ-ċaqliq lejn dar tal-kura residenzjali
- Il-kura tas-saħħa preventiva
Ara wkoll: