Reġistrazzjoni ta’ twelid
Ir-reġistrazzjoni ta’ twelid hija obbligatorja fil-pajjiżi kollha tal-UE iżda r-regoli u l-kundizzjonijiet biex isir dan ivarjaw minn pajjiż għal ieħor. F’xi pajjiżi, il-proċess ta’ reġistrazzjoni jista’ jitlesta online jew fl-isptar fejn titwieled it-tarbija. F’pajjiżi oħra, trid tirreġistra t-twelid tat-tarbija tiegħek personalment fl-uffiċċju tal-amministrazzjoni lokali rilevanti, u jista’ jkollok tħallas tariffa. Trid tirrispetta kwalunkwe skadenza għar-reġistrazzjoni li tapplika f’pajjiżek, inkella tista’ tkun soġġett għal penali.
Biex tlesti l-proċess ta’ reġistrazzjoni, se jkollok tipproduċi ċerti dokumenti u tipprovdi informazzjoni speċifika. Dan jinkludi informazzjoni personali dwar it-tarbija tiegħek (eż. isem/ismijiet u sess) u dwarek bħala ġenitur(i) (eż. isem, professjoni). Ir-regoli dwar min jista’ jirreġistra twelid u d-dokumenti meħtieġa jiddependu fuq is-sitwazzjoni partikolari tiegħek u huma definiti mir-regoli nazzjonali.
Ladarba jitlesta l-proċess ta’ reġistrazzjoni, normalment jinħariġlek ċertifikat tat-twelid
fuq il-post għal reġistrazzjonijiet wiċċ imb wiċċ. Għal reġistrazzjonijiet online
tirċievi ċ-ċertifikat tat-twelid bil-posta jew b’mod diġitali. F’xi każijiet, jista’
jkollok tħallas tariffa.
Jekk it-tarbija tiegħek titwieled barra pajjiżek, ikollok issegwi r-regoli ta’ reġistrazzjoni
tal-pajjiż fejn tkun twieldet it-tarbija tiegħek. Madankollu, normalment tkun tista’
tirreġistra t-twelid f’pajjiżek ukoll.
Biex issib aktar informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta’ twelid, iċċekkja s-sit web tal-pajjiż rilevanti tal-UE hawn taħt.