UE-Renju Unit: kwalifiki professjonali
Karta Professjonali Ewropea (KPE)
Jekk int ċittadin tal-UE fir-Renju Unit jew ċittadin tar-Renju Unit fl-UE, ir-regoli u l-kundizzjonijiet rigward il-Karta Professjonali Ewropea (KPE) ikomplu japplikaw jekk int kont protett mill-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit.
Dan ifisser li jekk l-applikazzjoni tiegħek għal KPE għall-finijiet ta’ stabbiliment ġiet ippreżentata qabel il-31 ta’ Diċembru 2020 u eventwalment ingħatat, din tibqa’ valida kemm fir-Renju Unit kif ukoll fl-UE.
Kull KPE li nħarġet għall-forniment temporanju u okkażjonali ta’ servizzi ma għadhiex valida.
Kif tapplika għall-forniment temporanju ta’ servizzi
Kwalunkwe dikjarazzjoni biex tipprovdi s-servizzi tiegħek temporanjament fir-Renju Unit (jekk int ċittadin tal-UE) jew f’pajjiż tal-UE (jekk int ċittadin tar-Renju Unit) ippreżentata qabel il-31 ta’ Diċembru 2020 ma għadhiex valida.
Kif tapplika għall-forniment permanenti ta’ servizzi
Jekk int ċittadin tal-UE fir-Renju Unit jew ċittadin tar-Renju Unit fl-UE, ir-regoli u l-kundizzjonijiet għall-forniment permanenti ta’ servizzi ikomplu japplikaw jekk int kont protett mill-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit.
Dan ifisser li jekk l-applikazzjoni tiegħek għal KPE għall-finijiet ta’ stabbiliment ġiet ippreżentata qabel il-31 ta’ Diċembru 2020 u eventwalment ingħatat, din tibqa’ valida kemm fir-Renju Unit kif ukoll fl-UE.
Jekk tixtieq tibda taħdem fir-Renju Unit bħala ċittadin tal-UE, aqra l-gwida tar-Renju Unit dwar kif tikseb rikonoxximent ta’ kwalifika taż-ŻEE jew tal-Iżvizzera en . Biex il-kwalifika professjonali tar-Renju Unit tiġi rikonoxxuta u tibda taħdem fl-UE, japplikaw arranġamenti speċjali en .
Informazzjoni u pariri addizzjonali
Tista’ tikkuntattja lil:
- Iċ-Ċentri ta’ assistenza nazzjonali fl-UE
- Iċ-Ċentru għall-kwalifiki professjonali fir-Renju Unit en
- Servizzi ta' assistenza tal-UE
X’għandek tagħmel jekk taħseb li l-applikazzjoni tiegħek ġiet ittrattata ħażin
Jekk int ċittadin tal-UE fir-Renju Unit u tixtieq tilmenta dwar it-trattament tal-applikazzjoni tiegħek, għandek tfittex rimedju mal-awtoritajiet rilevanti tar-Renju Unit en . Jekk il-problema tippersisti, tista’ tirrapporta ksur tad-drittijiet tiegħek lill-Awtorità Indipendenti ta’ Monitoraġġ tar-Renju Unit .
Jekk int ċittadin tar-Renju Unit f’pajjiż tal-UE u tixtieq tilmenta dwar it-trattament tal-applikazzjoni tiegħek, għandek tfittex rimedju mal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti. Jekk il-problema tippersisti, tista’ tirrapporta ksur tad-drittijiet tiegħek lill-Kummissjoni Ewropea.