Kummerċ elettroniku, bejgħ mill-bogħod u barra mil-lok tan-negozju

L-informazzjoni mogħtija f'din il-paġna tikkonċerna biss il-bejgħ lill-konsumatur finali (B2C), mhux lil negozji oħrajn (B2B).

Kummerċ elettroniku u barra mil-lok tan-negozju joffri bosta vantaġġi, iżda hu jinvolvi ċerti obbligi skont ir-regoli tal-UE.

It-transazzjonijiet soġġetti għal dawn ir-regoli tal-UE huma kuntratti ta' bejgħ u ta' servizzi lill-konsumaturi meta int ma tiltaqax wiċċ imb wiċċ mal-klijent tiegħek; p.e. ftehimiet kuntrattwali bl-internet, bit-telefown (bl-interazzjoni umana jew mingħajrha), bl-email, bil-faks jew b'ittra standard u kuntratti meta tikkonkludi kuntratt mal-klijenti barra mil-lok tan-negozju tiegħek tas-soltu.

Ir-regoli dwar il-kummerċ elettroniku, mill-bogħod u barra mil-lok tan-negozju ma jkoprux it-transazzjonijiet fl-oqsma li ġejjin:

  • servizzi soċjali u kura tas-saħħa
  • logħob tal-azzard
  • prodotti finanzjarji, assigurazzjoni u investiment
  • proprjetà immobbli u akkomodazzjoni b'kera residenzjali
  • ivvjaġġar b'kollox inkluż, timeshare u ċerti servizzi tal-vaganzi li huma soġġetti għal regoli speċifiċi
  • trasport tal-passiġġieri (apparti minn xi regoli speċifiċi)
  • kuntratti stabbiliti minn ċerti uffiċjali pubbliċi inkarigati, bħal nutara
  • ikel u xorb fornut b'konsenja regolari lill-klijent fid-dar jew fil-post tax-xogħol
  • prodotti mibjugħa minn magni tal-bejgħ
  • F' ċerti pajjiżi tal-UE r-regoli li ġejjin ma japplikawx għal kuntratti barra mil-lok tan-negozju għal valur ta' anqas minn EUR 50.

Ibda

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar

Sib soluzzjoni għal tilwim mal-fornituri jew mal-klijenti minn pajjiż ieħor tal-UE, għal talbiet li jammontaw sa EUR 2,000.

Punti ta' kuntatt uniku

Informazzjoni nazzjonali biex tespandi n-negozju tiegħek f’pajjiż ieħor tal-UE.

Punt ta' Kuntatt tal-Prodott

Il-Punt ta’ Kuntatt tal-Prodott tiegħek jista’ jinfurmak dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-prodott u jgħinek fl-aċċess għal suq nazzjonali ieħor fl-UE.

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 23/06/2022
Ikkondividi din il-paġna