Ammissjoni u dħul f'università
Bħala ċittadin tal-UE, għandek id-dritt li tistudja fi kwalunkwe università tal-UE bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini nazzjonali. Madankollu, il-kundizzjonijiet ta' dħul ivarjaw b'mod sinifikanti bejn il-pajjiżi u l-universitajiet individwali.
Irrispettivament minn kundizzjonijiet oħrajn ta' dħul, int ma tistax tiġi rifjutat aċċess għat-taħriġ jew għall-edukazzjoni f'pajjiż ieħor tal-UE minħabba n-nazzjonalità tiegħek.
Japplikaw reġoli speċjali għall-miżati u l-għotjiet ta' flus.
Twissija
It-test tal-lingwa
L-għarfien tal-lingwa tal-pajjiż jista' jkun meħtieġ, għalhekk f'ċerti pajjiżi tal-UE tista' tintalab li tagħmel eżami tal-lingwa.
Is-sitemi tal-univesitajiet skont il-pajjiż
Jeħtieġlek tinforma ruħhek dwar is-sistema tal-edukazzjoni għolja fil-pajjiż fejn tixtieq titgħallem qabel ma tħalli pajjiżek.
Agħżel il-pajjiż
Storja bħala eżempju
Indaga dwar is-sistemi tar-reġistrazzjoni barranin
Battista mill-Italja xtaq jistudja fl-Irlanda. Minħabba li ma kienx jaf dwar is-sistema ċentralizzata għall-applikazzjonijiet fl-universitajiet (CAO) ta' hemmhekk, hu ma ndunax bid-data ta' għeluq għall-applikazzjonijiet u kellu jistenna s-sena akkademika li jmiss biex japplika.
Dan wasslu għal sena sabbatika li ma kinitx ippjanata, minflok ma daħal dritt l-università wara li spiċċa l-istudji postsekondarji.