Trademarks
X'tipproteġi trademark
Ir-reġistrazzjoni ta' trademerk tagħtik drittijiet esklużivi fuq sinjali distintivi – bħal ismijiet, logos, kuluri, immaġnijiet, disinji, forom, imballaġġi ta' oġġetti, jew ħsejjes – li jidentifikaw il-prodotti tiegħek u jiddistingwu l-oġġetti jew is-servizzi tiegħek minn oħrajn.
Għal kemm żmien tista' tipproteġi t-trademark tiegħek?
Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi, il-protezzjoni ta' trademark iddum 10 snin, mid-data tal-applikazzjoni tat-trademark tiegħek. Imbagħad tista' ġġedded il-protezzjoni tat-trademark tiegħek għal 10 snin kull darba, għaż-żmien kollu li trid. Meta tkun is-sid ta' trademark, tista' tbigħha li xi ħadd ieħor jew tagħtihom il-permess jużawha permezz ta' ftehim ta' liċenzjar ta' trademark.
Kif tirreġistra trademark
- Jekk inti tinnegozja f'pajjiż tal-UE wieħed biss, għandek bżonn protezzjoni f'dak il-pajjiż biss. F'dan il-każ, tista' tirreġistra trademark fil-livell nazzjonali. Ikkuntattja l- uffiċċju nazzjonali en tiegħek.
- Jekk inti tinnegozja fil-Belġju, in-Netherlands jew il-Lussemburgu biss, għandek tirreġistra t-trademark tiegħek en fr nl fl- Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Benelux en fr nl (BOIP). Dan jagħtik protezzjoni f'dawn it-tliet pajjiżi.
- Jekk għandek bżonn protezzjoni fil-pajjiżi kollha tal-UE, għandek tirreġistra t-trademark tiegħek mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). Is-sit web tal-EUIPO jinkludi wkoll uffiċċju diġitali , fejn tista' titgħallem aktar dwar it-trademarks fl-UE, u tikseb appoġġ personalizzat fuq il-proprjetà intellettwali.
- Għal protezzjoni internazzjonali, partikolarment jekk tinnegozja barra mill-UE, tista' tirreġistra t-trademark tiegħek mal- Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali en fr (WIPO).
Nacionalinę informaciją rasite toliau.