Addittivi tal-ikel
L-addittivi tal-ikel mibjugħa waħedhom jew bħala ingredjenti fil-prodotti tal-ikel iridu jsegwu regoli stretti tal-UE. L-addittivi jiġu f'għadd ta' klassijiet, inklużi:
- sustanzi li jagħtu l-ħlewwa
- preservattivi
- antiossidanti
- kuluri
F'lista ta' ingredjenti, il-biċċa l-kbira tal-addittivi tal-ikel u l-enzimi tal-ikel għandhom ikunu preċeduti bl-isem tal-kategorija li jappartjenu għaliha (eżempji: antiossidant, emulsifikant, preservattiv).
Lista tal-addittivi kollha – l-Anness 2, il-parti B tar-Regolament tal-UE dwar l-addittivi tal-ikel
Klassijiet ta' addittivi tal-ikel - l-Anness 1 tar-Regolament tal-UE dwar l-addittivi tal-ikel
Rekwiżiti tat-tikkettar
Ir-regoli tat-tikkettar ivarjaw skont jekk l-addittivi humiex maħsuba għal prodotti għall-konsumatur jew le. Esplora l-kontenut interattiv hawn taħt biex tara ma' liema regoli għandek tikkonforma.
Regoli dwar it-tikkettar skont is-suq maħsub
- Regoli għall-addittivi fi prodotti għall-konsumatur
- Regoli għal addittivi mhux maħsuba għall-konsumaturi
Jekk in-negozju tiegħek ibigħ prodotti tal-ikel lill-konsumaturi, għandek tikkonforma mar-regoli ġenerali dwar it-tikkettar tal-ikel. Il-prodotti li fihom l-addittivi għandhom juru:
- l-isem uffiċjali u/jew E-numru tal-addittiv – l-Anness 2, il-parti B tar-Regolament tal-UE dwar l-addittivi tal-ikel
- dikjarazzjoni "għall-ikel" jew "użu ristrett fl-ikel" jew referenza aktar speċifika għall-użu maħsub tagħhom fl-ikel
Huma għandhom juru wkoll kwalunkwe waħda mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin li japplikaw.
Il-prodott fih |
Dikjarazzjoni meħtieġa |
gassijiet tal-imballaġġ |
"ippakkjat f'atmosfera protettiva". |
sustanzi li jagħtu l-ħlewwa jew kemm zokkor kif ukoll taħliliet |
"b'sustanza/i li tagħti/jagħtu l-ħlewwa" jew "biz-zokkor u "sustanzi li jagħtu l-ħlewwa" |
aktar minn 10% polioli |
"konsum żejjed jista' jikkaġuna effetti lassattivi" |
aspartame/melħ tal-aspartame-acesulfame |
"fih l-aspartame (sors ta' fenilalanina)" jew "fih sors ta' fenilalanina" |
kuluri tal-ikel |
"jista' jkollu effett negattiv fuq l-attività u l-attenzjoni fit-tfal" |
Jekk in-negozju tiegħek ibigħ l-addittivi tal-ikel waħdu jew f'lottijiet imħallta, għandek tikkonforma mar-regoli fl-Artikolu 22 tar-Regolament. It-tikkettar għandu jkun fih:
- isem uffiċjali u/jew E-numru tal-addittiv
- dikjarazzjoni "għall-ikel" jew "użu ristrett fl-ikel" jew referenza aktar speċifika għall-użu maħsub tagħhom fl-ikel
- jekk rilevanti, indikazzjoni ta' kondizzjonijiet speċjali ta' ħażna u/jew użu
- marka li tidentifika l-lott
- struzzjonijiet għall-użu, jekk meħtieġ
- isem u indirizz tal-manifattur, ta' min jippakkja jew tal-bejjiegħ
- informazzjoni ċara dwar il-limiti ta' konsum
- kwantità netta
- informazzjoni dwar id-durabbiltà minima jew id-data "uża sa"
- lista tal-ingredjenti kollha f'ordni dixxendenti tal-perċentwal tagħhom skont il-piż, jekk il-prodott ikun fih taħlita ta' addittivi u/jew sustanzi oħra
- twissija "jista' jkollu effett negattiv fuq l-attività u l-attenzjoni fit-tfal", jekk il-prodott ikun fih il-kuluri tal-ikel
In-negozji bl-ingrossa jistgħu jipprovdu l-informazzjoni ta' hawn fuq fid-dokumenti mal-konsenja jew qabel. Dan huwa permess biss jekk l-indikazzjoni "mhux għall-bejgħ bl-imnut" tintwera b'mod ċar fuq l-imballaġġ tal-prodott.