Kuntratti ta’ impjieg

Meta timpjega staff għandek tirrispetta r-rekwiżiti minimi stabbiliti mil-liġi dwar l-impjiegi tal-UE dwar it-termini tal-impjieg għall-istaff, il-bidliet fil-kuntratti ta’ xogħol u l-konsultazzjoni tal-istaff.

Barra mill-kuntratt full-time, tista’ toffri lill-istaff tiegħek tipi oħrajn ta’ kuntratti ta’ xogħol. Ftakar li għandek issegwi l-prinċipju ta’ nondiskriminizzazzjoni meta tuża formoli nonstandard ta’ impjieg. Dawn it-tipi oħrajn ta’ kuntratti ta’ xogħol mhux standard jistgħu jinkludu:

Meta tagħti s-sensja lill-istaff, għandek obbligi speċifiċi rigward is-sensji kollettivi. Jekk tħaddem ħaddiema żgħażagħ, għandek tirrispetta r-regoli speċifiċi għall-impjieg ta’ ħaddiema taħt it-18-il sena. Hemm ukoll regoli speċifiċi tal-UE li japplikaw għall-impjieg ta’ ħaddiema staġonali mhux mill-UE.

Twissija

Xi pajjiżi tal-UE jistgħu jipprovdu livelli ogħla ta’ protezzjoni għal ħaddiema. Sabiex tifhem bis-sħiħ l-obbligi tiegħek bħala impjegatur jekk jogħġbok ikkuntattja l-awtorità tal-impjiegi nazzjonali f’pajjiżek.

L-aħħar verifika: 17/09/2024
Ikkondividi din il-paġna