Mistoqsijiet frekwenti - Xiri u kiri fit-tul ta' karozza
X'formalitajiet irrid insegwi biex inġib il-karozza l-ġdida li xtrajt f'pajjiż ieħor, fil-pajjiż fejn ngħix?
Ikollok tmur fl- uffiċċju tad-dwana nazzjonali ta' pajjiżek, fejn tagħmel dikjarazzjoni speċjali tal-VAT u tħallas il-VAT applikabbli għall-karozza l-ġdida tiegħek.
Ikollok ukoll tagħmel assigurazzjoni għall-vettura, tgħaddi test ta' sikurezza tal-gvern jekk il-karozza tkun użata, tirreġistra l-karozza u tħallas kwalunkwe taxxi rilevanti oħra f'pajjiżek, bħat-taxxa tat-triq.

Ma nistax naqbad il-karozza li xtrajt u noħodha lura f'pajjiżi bil-pjanċi tal-karozza l-qadima tiegħi?
LE - Dak ikun illegali.
Kif nista' niskopri fejn tiġini l-irħas il-karozza li nixtieq nixtri?
Jekk qed tippjana li tixtri karozza ġdida, tista' faċilment tqabbel il-prezzijiet fuq l-internet. Meta tkun qed tqabbel il-prezz ta' xi mudell partikolari f'pajjiżi differenti, kun
ċert li tkun qed tqabbel karozzi bl-istess armar u extras. Elementi tekniċi (arja kundizzjonata, tisħin, eċċ) jistgħu jvarjaw skont fejn qed
tinbiegħ il-karozza.
Trid tikkunsidra wkoll l- ammont tal-VAT:
- għal karozza ġdida, il-prezz aħħari li jkollok tħallas huwa l- prezz nett fil-pajjiż fejn tixtri il-VAT f'pajjiżek.
- għal karozza użata, ma tħallasx VAT jekk il-bejjiegħ ikun individwu privat. Iżda jekk il-bejjiegħ ikun professjonali, ikollok tħallas ir- rata lokali tal-VAT fil-pajjiż fejn tixtri l-karozza.

Kif nikseb pjanċa u liċenzja temporanja biex insuq sa pajjiżi karozza li xtrajt barra?
Liċenzja jew pjanċa temporanja jippermettulek li ssuq karozza li għadek kif xtrajt
f'pajjiż ieħor sa pajjiżek biex tirreġistraha. Tista' tikseb pjanċa temporanja fil-pajjiż
tal-UE minn fejn tixtri l-karozza; il-bejjiegħ għandu jkun jista' jgħinek f'din il-kwistjoni.
Peress li l-pjanċi temporanji mhumiex rikonoxxuti b'mod reċiproku fl-UE, l-ewwel ara jekk il-pajjiżi kollha minn fejn se tgħaddi bil-karozza jaċċettawx il-pjanċa temporanja li nħarġet fil-pajjiż fejn tixtri l-karozza.
Imbagħad trid tikseb pjanċi permanenti fil-pajjiż fejn tirreġistra l-karozza.
Ikollok bżonn ukoll assigurazzjoni li tkun valida fil-pajjiżi kollha minn fejn tgħaddi bil-karozza.

Nixtieq nixtri karozza minn pajjiż ġar fl-UE. X'tip ta' garanzija jkolli?
Meta tixtri karozza ġdida mingħand bejjiegħ professjonali tkun kopert b' garanzija legali minima ta' sentejn. Iż-żmien tal-garanzija jista' jitnaqqas għal mhux inqas minn sena jekk il-vettura tkun użata. Il-garanzija tkopri l-ħsarat tal-manifattura, li għalihom huwa responsabbli l-bejjiegħ.
Tista' tirċievi wkoll garanzija kummerċjali addizzjonali. Din tista' tagħtik protezzjoni aħjar iżda qatt ma tista' tieħu l-post jew tnaqqas il-garanzija legali minima ta' sentejn, li dejjem se jkollok taħt ir-regoli tal-UE.
Skont il-liġi tal-UE, tista' tuża l-garanzija għand kwalunkwe negozjant fin-netwerk tal-manifattur, ma jimpurtax f'liema pajjiż tal-UE tkun inxtrat il-karozza. Għaldaqstant, jekk tixtri karozza mill-Ġermanja u teħodha lura miegħek fi Franza, tista' tirrekorri għand in-negozjant tal-istess marka l-aktar viċin ta' fejn toqgħod int biex isewwilek xi ħsara (fil-perjodu tal-garanzija), u mhux toqgħod tmur lura l-Ġermanja.

X'jiġri jekk nixtri karozza second-hand mingħand negozjant f'pajjiż ieħor tal-UE u jkun fiha l-problemi?
Dan jiddependi fuq dak li qallek in-negozjant dwar il-karozza meta xtrajtha, u fuq
x'inhi l-problema.
Skont il-liġi tal-UE, il-kwalità u l-prestazzjoni tal-oġġetti għandha tkun sodisfaċenti. Anki jekk tixtri prodott second-hand, il-bejjiegħ għandu jagħtik il-prodott f'konformità mal-kuntratt ta' bejgħ. Il-prodott irid ikun konformi mad-deskrizzjoni mogħtija mill-bejjiegħ u jkun tajjeb għall-iskop partikolari tiegħek. Il-prodott għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet li tkun aċċettajt fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt.
Il-bejjiegħ mhux responsabbli għal difetti li diġà kont taf bihom fil-mument tax-xiri u dawk li jirriżultaw mid-deterjorament normali tal-karozza.
Jekk il-karozza jkollha difett kbir li ma kontx taf bih meta xtrajtha, tista' tkun intitolat għal rimedju.
Skont il-liġi tal-UE, għandek minimu ta' sentejn biex tuża l-garanzija jekk il-prodott li tkun xtrajt jinzerta difettuż jew mhux kif irreklamat. Iż-żmien tal-garanzija jista' jitnaqqas għal mhux inqas minn sena jekk il-vettura tkun użata. Dan għandu jintqal b'mod ċar meta jsir ix-xiri.
Jekk id-difett jidher fi żmien l-ewwel 6 xhur ta' użu, huwa preżunt li kien jeżisti fil-mument tal-kunsinna u ħareġ fid-dieher biss aktar tard.
Wara 6 xhur, xorta tista' tuża l-garanzija iżda, jekk in-negozjant jikkontesta li d-difett kien ilu jeżisti sa mill-bidu, tista' tintalab tagħti prova, probabbilment billi tinvolvi espert tekniku.
Meta tiskopri problema teknika, inti meħtieġ li tinnotifika lill-bejjiegħ malajr kemm jista' jkun iżda mhux aktar tard minn xahrejn.
Għandek l-ewwel nett tikkuntattja l-bejjiegħ biex tara jekk jaqbilx li inti tieħu l-karozza f'garaxx viċin tiegħek għat-tiswija. Din ġeneralment ma tkunx problema b'karozzi ġodda imma għal karozzi second-hand tista' tkun problema.

X'jiġri jekk nixtri karozza second-hand mingħand persuna privata u jkun fiha l-problemi?
F'dan il-każ, drittijietek ikunu limitati ferm. Il-liġi tal-konsumatur ma tapplikax
għal bejgħ privat - tapplika biss meta negozju jbigħ lil konsumatur. Għaldaqstant
għandek toqgħod b'seba' għajnejn meta tixtri mingħand individwu privat.
Jekk ma jirnexxilekx issolvi l-problema b'mod amikevoli, tista' tikkunsidra azzjoni ċivili kontra l-bejjiegħ, imma dan jista' jkun diffiċli u jiswik il-flus.

L-aħħar verifika: 28/05/2024