Mistoqsijiet frekwenti - Drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru

IVA - Għal titjira transfruntiera, tista' tikkuntattja ċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur ta' pajjiżek. Għal titjira domestika, ikkuntattja liċ-ċentru nazzjonali tal-konsumatur f'pajjiżek.

IVA - u l-ispiża għal kull oġġett (il-vjaġġ, it-taxxi, l-imposti, l-imposti miżjuda u t-tariffi) għandha tintwera b’mod ċar.

IVA - f’dan il-każ japplikaw id-drittijiet tal-passiġġieri tal-UE jekk it-titjira tiegħek titħaddem minn trasportatur liċenzjat f’pajjiż tal-UE. Jekk it-titjira tiegħek hija operata minn trasportatur mhux mill-UE, jista’ jkollok drittijiet skont il-liġi rilevanti tal-pajjiż fejn it-trasportatur huwa liċenzjat.

LE - peress li inti ma kkonformajtx mar-rekwiżit biex tippreżenta ruħek għaċ-check-in fil-ħin stipulat.

Dan jiddependi fuq il-liġi nazzjonali f’kull pajjiż Ewropew u għalhekk ivarja madwar l-UE. Iċċekkja mal-Korp tal-Infurzar Nazzjonali fil-pajjiż ikkonċernat jew maċ-ċentru nazzjonali tal-konsumatur għal aktar informazzjoni.

IVA - jekk it-titjiriet huma parti minn riżervazzjoni unika, u int tasal fid-destinazzjoni finali tiegħek b'dewmien ta’ 3 sigħat jew aktar, u d-dewmien ma ġiex ikkaġunat minn ċirkostanzi straordinarji, int intitolat għal kumpens finanzjarju.

IVA - għandek drittijiet skont ir-regoli tal-UE. Int intitolat għal rimborż tal-ispejjeż sħaħ tal-biljett għall-parti tal-vjaġġ ikkanċellat jew bdil tar-rotta mal-ewwel opportunità. Jekk diġà tinsab fl-ajruport u tagħżel rotta differenti, inti intitolat ukoll għal ikel u xorb skont il-ħin ta’ stennija tiegħek, u żewġ telefonati, sms jew emails. Int intitolat ukoll għal akkomodazzjoni għal lejl jekk tingħata rotta ġdida l-għada tat-titjira ppjanata tiegħek u, skont iċ-ċirkostanzi, għal kumpens monetarju.

LE – problema teknika li toħroġ waqt il-manutenzjoni normali tal-ajruplan jew li tiġi kkawżata min-nuqqas ta’ manutenzjoni tajba ta’ inġenju tal-ajru ma tistax titqies bħala “ċirkostanzi straordinarji”.
IVA - jekk id-difett tekniku kien relatat ma’ inċident li ma kienx ikkawżat mill-attività normali tal-linji tal-ajru u jaqa’ barra l-kontroll tagħhom minħabba n-natura jew l-oriġini tiegħu. Pereżempju difett tal-manifattura moħbi li ġie skopert mill-manifattur tal-ajruplan jew minn awtorità kompetenti, jew ħsara lill-inġenju tal-ajru kkawżata minn atti ta’ sabotaġġ jew terroriżmu jikkwalifikaw bħala ċirkostanzi straordinajri.

IVA - jekk tasal fid-destinazzjoni finali tiegħek b’dewmien ta’ 3 sigħat jew aktar, jista’ jkun li tkun intitolat għal kumpens finanzjarju, sakemm id-dewmien ma jkunx ġie kkważat minn ċirkostanzi straordinarji. Jekk it-titjira tiegħek tiġi affettwata minn dewmien ta’ sagħtejn jew aktar fil-ħin tat-tluq, il-linja tal-ajru trid toffrilek il-kura (ikel u xorb, u jekk ikun hemm bżonn, akkomodazzjoni). Jekk dan id-dewmien ifisser li inti tasal fid-destinazzjoni finali tiegħek b’dewmien ta’ aktar minn 3 sigħat, tista’ wkoll tkun intitolat għal kumpens finanzjarju.

IVA - kellek tirċievi r-rifużjoni tal-ispiża tal-biljett tiegħek fi żmien sebat ijiem tal-kanċellazzjoni. Il-ħlas ta’ kumpens jiddependi fuq ir-raġuni għall-kanċellazzjoni tat-titjira iżda r-regoli tal-UE ma jipprevedux limitu ta' żmien għall-ħlas ta’ kumpens.

It-tnejn li huma. B’titjiriet ikkanċellati/imdewma, ma tingħatax kumpens jekk il-kanċellazzjoni/id-dewmien kien dovut għal ċirkostanzi straordinarji pereżempju minħabba temp ħażin. Meta l-kanċellazzjoni/id-dewmien kien dovut għal ċirkostanzi straordinarji, jista’ ma jkollox dritt għal kumpens, iżda l-kumpanija tal-ajru xorta waħda għandha toffrilek għajnuna (rimborż jew rotta ġdida) u kura (ikel u/jew akkomodazzjoni) waqt li tkun qed tistenna trasport alternattiv.

Irrispettivament miċ-ċirkostanzi, jekk it-titjira tiegħek tiġi kkanċellata għandek dejjem id-dritt għal waħda mill-għażliet li ġejjin: rimborż tal-biljett tiegħek, rotta ġdida jew titjira ta’ ritorn kif ukoll id-dritt għall-assistenza.

Jista’ wkoll ikollok id-dritt għal kumpens (jekk ġejt infurmat anqas minn 14-il jum qabel id-data tat-tluq skedata). Madankollu, ma jingħatax kumpens jekk l-operatur tal-ajru jista’ juri li l-kanċellazzjoni ġiet ikkawżata minn ċirkostanzi staordinarji.

Strajk organizzat mill-istaff tat-trade union ta’ trasportatur tal-ajru maħsub biex isostni t-talbiet tal-ħaddiema ma jikkostitwixxix “ċirkustanza straordinarja”. Għalhekk, azzjoni ta’ strajk intern ma teħlisx lil-linja tal-ajru mill-obbligu tagħha li tħallas kumpens fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet. Madankollu, l-istrajks “esterni” għal-linja tal-ajru, bħal azzjoni ta’ strajk meħuda mill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru jew mill-istaff tal-ajruport, jistgħu jikkostitwixxu ċirkostanza straordinarja.

Jekk il-linja tal-ajru ma tagħtikx spjegazzjoni sodisfaċenti, tista’ tikkuntattja lill-awtorità nazzjonali PDF en PDF tiegħek għal aktar assistenza.

Il-linja tal-ajru operattiva tista’ ma tkunx dik li effettivament tieħdok fid-destinazzjoni tiegħek. Madankollu, huma responsabbli jekk xi ħaġa tmur ħażin, u għalhekk għandek dejjem tindirizza l-ilment tiegħek lil-linja tal-ajru operattiva.
Għal titjiriet ta’ code-sharing - titjiriet mibjugħa minn diversi linji tal-ajru iżda operati minn linja tal-ajru waħda - il-linja tal-ajru Y hija responsabbli.
Għal kiri bl-ekwipaġġ – arranġamenti ta’ kiri fejn il-linja tal-ajru operattiva X tikri ajruplan u l-ekwipaġġ kollu mil-linja tal-ajru Y – il-linja tal-ajru X hija responsabbli.

Titjira li tkun tressqet ’il quddiem b’aktar minn siegħa titqies bħala titjira kkanċellata. Għandek l-istess drittijiet bħal fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira.

Skont ir-regoli tal-UE, titjira li tiġi ddevjata lejn ajruport ieħor, li ma sservix l-istess belt jew reġjun bħall-ajruport li għalih ikun sar il-booking, għandha tiġi ttrattata bħala titjira kkanċellata. Bl-inżul f’Bologna minflok Venezja l-linja tal-ajru kkanċellat it-titjira tiegħek lejn Venezja, peress li l-ajruport ta’ Bologna ma jservix l-istess belt jew reġjun bħall-ajruport ta’ Venezja. Għandek l-istess drittijiet bħal fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira; barra minn hekk, tista’ titlob l-ispejjeż li ġarrabt biex tasal Venezja.
Li kieku l-linja tal-ajru pprovdiet għat-trasport tiegħek lejn Venezja, eż. b’xarabank jew b’taxi, it-titjira kienet titqies bħala ttardjata.

Is-sitwazzjoni fejn trasportatur jiddeċiedi li jkollu titjira titlaq minn ajruport differenti minn dak oriġinarjament skedat għandha tiġi ttrattata bl-istess mod bħal devjazzjoni ta’ titjira lejn ajruport differenti. It-titjira titqies bħala kkanċellata sakemm il-linja tal-ajru ma tipprovdix għat-trasferiment ta’ passiġġieri mill-ajruport oriġinarjament skedat għall-ajruport tat-tluq il-ġdid.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Staqsi l-amministrazzjonijiet nazzjonali
L-aħħar verifika: 01/07/2024
Ikkondividi din il-paġna