Mistoqsijiet frekwenti - Obbligi ta' manteniment - appoġġ għall-membri tal-familja
Ħadt il-manteniment - issa nixtieq inkun naf kif id-deċiżjoni se tkun infurzata jekk l-ex sieħeb tiegħi jirrifjuta li jħallas. Hemm xi regoli tal-UE li japplikaw?
LE - Dan huwa irregolat totalment mil-liġijiet nazzjonali, li huma differenti skont il-pajjiż.
F'xi pajjiżi, il-ħlasijiet tal-manteniment huma assigurati permezz ta' ordni ta' sekwestru fuq il-paga tal-ex konjugu tiegħek, li għandha titħallas minn min iħaddmu jew minn bank.
Jekk dan ma jirnexxix, il-flus jistgħu jinġabru mill-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali.
F'xi pajjiżi tal-UE, hemm fondi pubbliċi disponibbli jekk l-ex tiegħek ikun falla.
L-aħħar verifika: 13/06/2024