Menu

Tiġdid tal-liċenzja tas-sewqan f’pajjiż ieħor tal-UE

Jekk tmur tgħix f’pajjiż ieħor tal-UE u l-liċenzja tas-sewqan tiegħek tiskadi, se jkollok iġġedded il-liċenzja tiegħek fil-pajjiż fejn int għandek ir-residenza normali tiegħek.

Irrispettivament mit-tip ta’ liċenzja tas-sewqan li għandek – format ta’ stil antik jew ġdid – se tinħariġlek liċenzja ta’ format standard ġdid (plastik, kard b’ritratt ta’ daqs tal-karta ta’ kreditu) meta ġġeddidha. Il-liċenzja l-ġdida tiegħek jista' jkollha perjodu ta' validità differenti minn dik ta’ qabel u tkun suġġetta għal kwalunkwe restrizzjoni jew kundizzjoni li tapplika fil-pajjiż ġdid tiegħek.

Jekk il-liċenzja tas-sewqan tiegħek ġiet sospiża, ristretta, irtirata jew ikkanċellata fil-pajjiż tal-UE li ħariġha, ma tkunx tista’ ġġeddidha.

Twissija

Jekk tmur tgħix f’pajjiż ieħor tal-UE u tapplika biex iġġedded jew tiskambja l-liċenzja tas-sewqan tiegħek, tista’ tirċievi dokument provviżorju/temporanju waqt li l-awtoritajiet jipproċessaw l-applikazzjoni tiegħek. Jekk jogħġbok kun af li xi pajjiżi tal-UE ma jirrikonoxxux dawn id-dokumenti proviżorji jew temporanji. Dan jista’ joħloq problemi partikolari għas-sewwieqa professjonali li jaħdmu bejn il-fruntieri. Kun ċert li tiċċekkja r-regoli fil-pajjiż rilevanti tal-UE.

Twissija

Jekk il-liċenzja tas-sewqan tiegħek tintilef jew tinsteraqlek, trid tapplika għal waħda lokali biex tibdilha. Skopri x’għandek tagħmel jekk il-liċenzja tas-sewqan tiegħek tintiliflek jew tinsteraqlek waqt li tkun qed tivvjaġġa f’pajjiż ieħor.

Informazzjoni speċifika għall-pajjiż

Iċċekkja l-formalitajiet biex iġġedded il-liċenzja tiegħek jew tibdel waħda mitlufa fil-pajjiż fejn tgħix:

Agħżel il-pajjiż Iftaħ Agħlaq

Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli għall-kontenut tas-siti web esterni.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 19/08/2024
Ikkondividi din il-paġna