Menu

L-użu tal-euro

L-ewro

Tista’ tuża l-euro f’20 pajjiż tal-UE: l-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja. Skopri iktar dwar l- ewro , liema pajjiżi jużawha u r- rati tal-kambju en .

Tista' tuża l-karti tal-flus u l-muniti kollha kullimkien fiż-żona tal-ewro, inklużi ħafna mit-territorji mbiegħda, bħall- Ażores, il-Gżejjer Kanarji, Ċewta u Melilla, il-Guyana Franċiża, il-Guadeloupe, Madeira, Martinique, Mayotte, Réunion, Saint Barthélemy, u Saint Pierre u Miquelon.

Andorra, Monako, San Marino u l-Belt tal-Vatikan jużaw l-ewro bħala l-munita nazzjonali tagħhom, bi ftehim mal-UE. Għadd ta' pajjiżi u territorji, bħall-il-Kosovo u l-Montenegro, jużaw l-ewro bħala l-munita de facto tagħhom.

Trasferimenti ta' flus kontanti u ħlas bil-kard

Waqt vjaġġ, il-biċċa l-kbira tan-nies ma jħobbux iżommu fuqhom ammonti kbar ta' flus. Normalment niddependu fuq il-karti tad-debitu/kreditu għall-ispejjeż regolari ta' waqt il-vjaġġ. Sakemm il-ħlasijiet li tagħmel ikunu fl-ewro u fl-UE, ma għandekx teħel iktar tagħhom minn kwalunkwe pagament proċessat eletettronikament nazzjonali tal-istess valur f'ewro.

Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal tranżazzjonijiet bl-euro (eż. bejn il-kontijiet tal-euro) f'pajjiżi 'l barra miż-żona tal-euro.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 01/07/2024
Ikkondividi din il-paġna