Menu

Ċaqliq lejn dar tal-kura residenzjali

Ċaqliq lejn dar tal-kura residenzjali

Il-faċilitajiet residenzjali tal-kura fit-tul (djar tal-kura) huma disponibbli fil-pajjiżi kollha tal-UE għal persuni bi ħtiġijiet ta’ kura fit-tul. Il-kura riabilitattiva għal żmien qasir hi disponibbli wkoll meta persuna tkun lesta li titlaq mill-isptar iżda tkun għadha ma rkupratx biżżejjed biex timmaniġġja waħidha d-dar, kemm jekk minħabba mard, diżabbiltà jew wara l-kirurġija.

Il-pajjiżi kollha tal-UE għandhom taħlita ta’ ambjenti tal-kura residenzjali pubbliċi jew privati, bi skop ta’ qligħ u mingħajr skop ta’ qligħ.

L-awtoritajiet f’kull pajjiż tal-UE huma responsabbli għar-regolamentazzjoni tad-djar tal-kura residenzjali (liċenzjar, ċertifikazzjoni, u l-istabbiliment u l-monitoraġġ tal-konformità mal-istandards ta’ kwalità), u biex jgħinu lill-persuni fil-bżonn ta’ kura fit-tul ikopru l-ispejjeż tal-kura tagħhom.

Ħlas għall-kura residenzjali

In-numru ta’ postijiet, l-ispiża, u l-kwalità u l-firxa tal-kura jistgħu jvarjaw ħafna. L-għażla ta’ dar ta’ kura residenzjali normalment tiddependi fuq il-post ġeografiku, il-livell jew l-ispeċjalità tal-kura, il-prezz u l-kwalità.

L-appoġġ finanzjarju jista’ jkun disponibbli biex jgħin fil-ħlas għall-ispiża tal-kura residenzjali, abbażi ta’ ċerti kriterji. Jista’ jkollok tgħaddi minn valutazzjoni finanzjarja bbażata fuq l-introjtu u l-assi tiegħek.


Sib aktar informazzjoni mis-sit web tal-awtoritajiet nazzjonali hawn taħt.

Agħżel il-pajjiż Iftaħ Agħlaq

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 03/07/2024
Ikkondividi din il-paġna