Menu

Kopertura tas-saħħa għal żjarat temporanji

Bħala ċittadin tal-UE, jekk timrad bla mistenni matul żjara temporanja f’pajjiż ieħor tal-UE - kemm jekk tkun fuq btala, vjaġġ tan-negozju jew ta' studju f’pajjiż ieħor - int intitolat għal kull trattament mediku li ma jistax jistenna sakemm tmur lura d-dar. Għandek l-istess drittijiet għall-kura tas-saħħa bħar-residenti assigurati fil-pajjiż li tinsab fih.

Dejjem għandek tieħu miegħek il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC) meta tivvjaġġa barra minn pajjiżek. Il-karta hija prova li int assigurat f'pajjiż tal-UE.

Jekk m'għandekx Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC), jew ma tistax tużaha (pereżempju, għal kura tas-saħħa privata), ma tistax tiġi rifjutat it-trattament, iżda jista' jagħti l-każ li jkollok tħallas għat-trattament tiegħek bil-quddiem u titlob rimborż meta tasal lura d-dar.

Applika għall-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC)

F'xi pajjiżi l-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC) tinħareġ flimkien mal-karta tas-saħħa nazzjonali. F'pajjiżi oħrajn, trid tapplika għaliha.

M'għandek tħallas xejn għall-EHIC tiegħek. Għandek iġġibha b'xejn mill-assiguratur tas-saħħa tiegħek qabel ma titlaq minn pajjiżek.

Twissija

Xi siti web illegali jitolbuk tħallas biex tordna l-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa mingħandhom. Qatt ma għandek tuża dawn is-siti: minflok ikkuntattja lill-assiguratur tas-saħħa tiegħek direttament en .

Kun ċert li tiċċekkja mal-assiguratur tas-saħħa tiegħek dwar sa liema ammont l-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek tkopri l-membri tal-familja tiegħek.

Sib aktar tagħrif dwar il-Karta tal-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC):

Agħżel il-pajjiż Iftaħ Agħlaq

Jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli għall-kontenut tas-siti web esterni.

Restrizzjonijiet dwar l-użu tal-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa

  • Iċ-ċittadini minn pajjiżi li mhumiex tal-UE ma jistgħux jużaw l-EHIC tagħhom għal trattament mediku fid-Danimarka, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera, sakemm mhumiex refuġjati residenti fi stat membru tal-UE jew huma koperti bħala membri tal-familja ta’ ċittadin tal-UE.
  • L-EHIC mhix se tgħinek fis-salvataġġ u r-ripatrijazzjoni - għal trasport bla ħlas lura lejn pajjiżek wara li timrad serjament jew wara xi aċċident f’pajjiż ieħor tal-UE, se jkollok bżonn kopertura tal-assigurazzjoni separata.
  • L-EHIC tiegħek ma tkoprix il-kura tas-saħħa privata. Tista’ tużaha biss għall-kura tas-saħħa minn fornituri li huma parti mis-sistema pubblika.
  • L-EHIC tiegħek ma tkoprix it-trattament ippjanat f’pajjiż ieħor tal-UE.

Storja bħala eżempju

Agħmel assigurazzjoni oħra għar-riskji tal-ivvjaġġar

Sven, Svediż, mar Franza għall-iskiing. Fit-tieni jum tal-vakanza tiegħu weġġa’ rkopptu waqt l-iskiing u kellu jiġi salvati minn fuq muntanja mis-servizzi ta’ salvataġġ Franċiżi. Meta wasal lura f’pajjiżu, irċieva kont kbir għall-ispiża tas-salvataġġ tiegħu. Sven kellu jħallas il-kont sħiħ, għax spejjeż għal tiftix u salvataġġ mhumiex koperti mill-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa.

Mistoqsijiet frekwenti

Ara wkoll

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 27/02/2024
Ikkondividi din il-paġna