Menu

Ilmenti u soluzzjoni ta' tilwim

Jekk taħseb li l-fornitur tal-elettriku tiegħek kiser drittijietek (il-kondizzjonijiet tal-kuntratt, il-kwalità tas-servizz, eċċ.), tista' tressaq ilment mal-fornitur tal-gass jew tal-elettriku tiegħek. Il-fornitur tal-enerġija jrid jipprovdilek l-informazzjoni dwar kif tista' tagħmel dan. Dan għandu jippermettilek soluzzjoni malajr għat-tilwim u rimborż u/jew kumpens jekk ikun rilevanti.

Jekk ma tkunx sodisfatt bil-mod kif l-ilment tiegħek hu mmaniġġjat, għandek ukoll id-dritt li tibgħat l-ilment tiegħek għand korp indipendenti għal soluzzjoni barra mill-qorti pereżempju ombudsman inkarigat mill-enerġija.

Dawn l-opzjonijiet ma jnaqqsulekx id-dritt li wara dan kollu ttella' l-każ tiegħek quddiem il-qorti.

Storja bħala eżempju

Ombudsman jista' jgħinek bl-ilment tiegħek

Helen minn Franza ma kinitx kuntenta bil-kont tal-elettriku tagħha. Ma setgħetx tifhem kif il-kumpanija kienet ikkalkolat l-ammont totali li għandu jitħallas u deher eċċessiv.

Hija lmentat bil-miktub mal-fornitur tal-elettriku iżda t-tweġiba ma kinitx sodisfaċenti. 8 ġimgħat wara l-ilment, li ma kienx solvut mill-kumpanija, Helen iddeċidiet li tirrapporta l-każ tagħha lill-Ombudsman inkarigat mill-Enerġija. L-Ombudsman talab lill-kumpanija tispjega x'ġara u biex tikkoreġi l-problema. Il-kumpanija ammettiet li hija kienet wettqet żball meta kkalkolat il-kont ta' Helen. Barra minn hekk, il-kumpanija bidlet il-format tal-kont standard, biex l-informazzjoni tkun tinftiehem aħjar mill-konsumaturi.

Punti ta' kuntatt nazzjonali tal-enerġija

F'pajjiżek għandu jkollok aċċess għal punt uniku ta' kuntatt minn fejn tkun tista' tikseb l-informazzjoni kollha li jkollok bżonn dwar id- drittijiet tal-enerġija, il-leġiżlazzjoni attwali u kif tittratta b'mod effettiv kwalunkwe tilwima ta' forniment tal-gass jew l-elettriku.

Awtoritajiet nazzjonali regolatorji

Id-drittijiet tiegħek bħala konsumatur tal-enerġija fl-UE għandhom ikunu stabbiliti fil-liġijiet nazzjonali ta' pajjiżek. Għal aktar tagħrif ikkuntattja l- awtorità regolatorja nazzjonali tiegħek. Dawn għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jkunu mħarsa skont il-liġi tal-UE.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 20/11/2023
Ikkondividi din il-paġna