Menu

Iċċekkja numru tal-VAT (VIES)

Tista' tiċċekkja jekk negozju huwiex irreġistrat biex jinnegozja bejn il-fruntieri tal-UE bil-VIES tal-UE fl-għodda tal-web.

X'inhi l-VIES?

Il-VIES (is-Sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni dwar il-VAT) hija magna tat-tiftix (mhux bażi tad-data) tal-Kummissjoni Ewropea. Id-data tinkiseb minn bażjijiet tad-data tal-VAT nazzjonali meta ssir tiftixa mill-għodda VIES.

Ir-riżultat ta' tiftix li jintwera fl-għodda VIES jista' jieħu waħda minn żewġ suriet; Teżisti informazzjoni dwar il-VAT tal-UE ( validu) jew ma teżistix ( mhux validu).

Rispons validu

Jekk jasal riżultat validu l-informazzjoni dwar il-VAT tal-UE tintwera fl-għodda VIES.

Rispons mhux validu

Jekk is-sistema turi status mhux validu dan ifisser li n-numru tal-VAT li qed tipprova tivvalida mhuwiex irreġistrat fil-bażi tad-data nazzjonali rilevanti. Dan jista' jkun minħabba waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

  • in-numru tal-VAT ma jeżistix
  • in-numru tal-VAT ma ġiex attivat għal tranżazzjonijiet intra-UE
  • ir-reġistrazzjoni għadha ma ġietx finalizzata (xi pajjiżi tal-UE jirrekkjedu reġistrazzjoni separata għat-tranżazzjonijiet intra-UE).

Dawn il-bidliet mhux dejjem jiġu riflessi immedjatament f'bażijiet ta' data nazzjonali u konsegwentement fil-VIES. Għal kwistijiet urġenti, nissuġġerulek tikkuntattja l-amministrazzjoni tat-taxxa lokali tiegħek.

Il-VIES hija disponibbli bi 23 lingwa tal-Unjoni Ewropea.

X'jiġri jekk numru li jeżisti ma jiġix verifikat?

Jekk il-klijenti tiegħek jgħidu li huma rreġistrati għall-VAT — iżda l-verifika permezz tal-VIES ma tikkonfermax dan — jistgħu jitolbu verifika mal-uffiċċju tat-taxxa f'pajjiżhom. Jista' jkollhom jagħmlu reġistrazzjoni addizzjonali għat-tranżazzjonijiet bejn pajjiż u ieħor fl-UE. Din il-proċedura tvarja bejn il-pajjiżi tal-UE.

Talba għal informazzjoni addizzjonali

Jekk ma tistax issib l-informazzjoni fuq il-VIES għandek titlob aktar informazzjoni fil- livell nazzjonali mal-awtoritajiet nazzjonali tiegħek. Imbagħad tkun tista' tikkonferma:

  • jekk in-numru tal-VAT huwiex validu jew le;
  • jekk in-numru tal-VAT huwiex "assoċjat ma'" ċertu isem u indirizz.

Il-mod kif tikkuntattja l- awtoritajiet nazzjonali jvarja minn pajjiż għal ieħor. F'xi pajjiżi hemm sistemi online, filwaqt li trid tikkuntattja oħrajn bit-telefown, bil-posta jew bil-faks.

Agħżel il-pajjiż Iftaħ Agħlaq

Minħabba l-protezzjoni tad-data, l-awtoritajiet nazzjonali ma jagħtux l-isem u l-indirizz li jikkorrispondu ma' numru tal-VAT. Jikkonfermaw biss jekk hemmx ċertu isem u ċertu indirizz assoċjat ma' numru speċifiku tal-VAT jew le.

Data mhix disponibbli

Is-sistema xi kultant ma tkunx disponibbli minħabba l-ħtieġa li jsir back-up tal-bażijiet tad-data nazzjonali. Il-Kummissjoni qed taħdem mal-Istati Membri biex tiżgura li t-tul ta' żmien li l-bażijiet tad-data tagħhom ma jaħdmux jinżamm f'livell minimu. Jekk tirċievi messaġġ ta' żball dwar dan għandek tistenna ftit minuti u mbagħad terġa' tipprova, jew tipprova f'xi mument ieħor tal-ġurnata.

Possibbiltajiet ta' nuqqas ta' preċiżjoni

Il-Kummissjoni Ewropea ma tistax taċċetta responsabbiltà għall-preċiżjoni tal-informazzjoni tal-VIES fuq il-web. Dan minħabba li l-informazzjoni ġejja minn bażijiet tad-data nazzjonali li fuqhom il-Kummissjoni ma għandha ebda kontroll. Il-Kummissjoni Ewropea ma tistax tivverifika, tikkoreġi, iżżid jew tħassar l-ebda reġistrazzjoni nazzjonali tal-VAT.

Informazzjoni Addizzjonali

Nirrakkomandaw li żżomm traċċa tal-validazzjoni minħabba l-kontroll tat-taxxa.

Tista' tikkonsulta l- paġna tal-FAQ Iftaħ bħala link estern fuq il-VIES għal aktar tagħrif.

Dikjarazzjoni ta' Ċaħda ta' Responsabbiltà Legali Iftaħ bħala link estern dwar il-validazzjoni tan-numri tal-identifikazzjoni tal-VAT permezz tal-VIES.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 27/11/2023
Ikkondividi din il-paġna