Menu

Xogħol temporanju permezz ta' aġenzija

Kundizzjonijiet tax-xogħol ugwali

Meta timpjega persunal temporanju permezz ta' aġenzija, għandek tagħtihom tal-anqas l-istess kundizzjonijiet bażiċi tax-xogħol u ta' impjieg bħall-persunal permanenti tiegħek. Dawn jinkludu l-paga, it-tul taż-żmien tax-xogħol, is-sahra, il-pawżi, il-perjodi ta' mistrieħ, ix-xiftijiet ta' billejl u l-vaganzi. Għandek tiggarantilhom l-istess aċċess għall- faċilitajiet kollettivi disponibbli għall-persunal permanenti tiegħek, bħall-kantins, il-faċilitajiet li jieħdu ħsieb it-tfal u s-servizzi ta' trasport, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet oġġettivi għal trattament differenti.

Għandek tinforma lill-persunal temporanju impjegat permezz ta' aġenzija bi kwalunkwe post tax-xogħol battal. Ladarba l-kuntratt temporanju tagħhom jispiċċa, inti tista' timpjega l-membru tal-persunal direttament jekk tixtieq.

Derogi

Huma permessi xi derogi limitati, taħt ċirkostanzi stretti, bħal:

  • meta l-persunal impjegat minn aġenzija ikollu kuntratt permenenti mal-aġenzija u jkomplu jitħallsu bejn kuntratt u ieħor (tapplika biss l-Irlanda, l-Ungerija u Malta u hi ristretta għall-paga)
  • Meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tippermenti lill-unions jew sħab soċjali oħrajn biex jikkonkludu ftehimiet kollettivi li jidderogaw mit-trattament ugwali, bil-kundizzjoni li dawk l-arranġamenti jirrispettaw il-protezzjoni ġenerali tal-ħaddiema temporanji impjegat permezz ta' aġenzija.

Saħħa u sikurezza

Qabel ma jibdew jaħdmu, għandek tinforma lill-impjegati tiegħek dwar kwalunkwe riskju possibbli involut fix-xogħol li se jagħmlu, inkluż kwalunkwe kwalifika, ħila jew sorveljanza medika speċjali meħtieġa.

Twissija

Fil-Belġju, il-Kroazja, Franza, il-Ġermanja, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, Spanja, ma tistax tuża ħaddiema temporanji impjegati minn aġenzija għal ċerti xogħlijiet li huma meqjusa bħala partikolarment perikolużi għas-saħħa u s-sikurezza tagħhom, bħal xogħol li jinvolvi t-tqattigħ jew it-tneħħija tal-asbestos, l-użu ta' fumiganti, l-esponiment għar-radjazzjonijiet jew għal sustanzi li huma karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Il-Konsulent EURES tiegħek

Il-Konsulent EURES tiegħek jista’ jinfurmak kemm dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll jgħinek fil-proċeduri ta’ reklutaġġ f’pajjiżek jew fir-reġjun bejn il-fruntieri tiegħek.

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 22/11/2023
Ikkondividi din il-paġna