Menu

E-fatturazzjoni

Il-fatturazzjoni elettronika, magħrufa wkoll bħala e-fatturazzjoni, hija l-iskambju diġitali ta’ fattura bejn fornitur u xerrej ta’ oġġett jew servizz. E-fattura hija fattura maħruġa, mibgħuta, u riċevuta b’mod strutturat li jagħmilha faċli biex tiġi pproċessata b’mod awtomatiku u elettroniku.

Fl-UE, xi negozji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha jużaw l-istandard Ewropew en dwar l-e-fatturazzjoni. L-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha fl-UE jistgħu jirċievu fatturi elettroniċi għal kuntratti ta’ akkwist pubbliku, u xi wħud mill-pajjiżi tal-UE għamluha obbligatorja għall-fornituri li jissottomettu e-fatturi għall-istess proċedura. Huwa fakultattiv għan-negozju tiegħek li jadotta l-e-fatturazzjoni bħala standard ma’ negozji oħra.

L-e-fatturazzjoni fil-prattika

L-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha fl-UE jridu jkunu jistgħu jirċievu e-fatturi, u fil-biċċa l-kbira tal-każijiet jekk inti fornitur, hija l-għażla tiegħek jekk tibgħatx waħda jew le.

Madankollu, kull pajjiż tal-UE ddefinixxa r-regoli tiegħu dwar kif taħdem l-e-fatturazzjoni, u jista’ jkun obbligatorju li jintbagħtu e-fatturi għall-kuntratti pubbliċi f’xi pajjiżi. Tista’ tirrevedi r-regoli speċifiċi skont il-pajjiżfl-iskedi informattivi dwar l-e-fatturazzjoni en .

L-e-fatturazzjoni u n-negozju tiegħek

L-e-fatturazzjoni tista’ tgħin lin-negozju tiegħek billi:

  • tipproċessa malajr l-informazzjoni u d-data u ddaħħalha direttament fis-sistemi tal-ħlas u tal-kontabbiltà tan-negozju tiegħek
  • tissostitwixxi l-formoli fiżiċi stampati b’formola elettronika li tippermettilek tittratta u tarkivja l-fatturi aktar malajr
  • tiffrankalek l-istampar, il-posta u r-riżorsi umani.

Jekk tixtieq tibda tuża l-e-fatturazzjoni fin-negozju tiegħek, tista’ tuża dawn il-linji gwida en biex tibda.

Tista’ wkoll tikseb għajnuna minn fornitur ta’ servizzi u ta’ soluzzjonijiet, kumpanija li tipprovdi għodod elettroniċi jew fiżiċi biex tgħin lin-negozju tiegħek jistabbilixxi sistema ta’ e-fatturazzjoni, jew billi tuża l-pakkett tas-servizzi tal-e-fatturazzjoni en .

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 29/04/2024
Ikkondividi din il-paġna