Valutazzjoni

L-ECHA u l-Istati Membri jivvalutaw l-informazzjoni ppreżentata mill-kumpaniji biex jeżaminaw il-kwalità tad-dossiers ta’ reġistrazzjoni u tal-proposti ta’ ttestjar. L-għan huwa li jiġi ċċarat jekk sustanza partikolari tippreżentax riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent.

Il-valutazzjoni skont REACH tiffoka fuq tliet oqsma differenti:

  • Eżami tal-proposti ta’ ttestjar ippreżentati mir-reġistranti
  • Kontroll tal-konformità tad-dossiers ippreżentati mir-reġistranti
  • Valutazzjoni tas-sustanza

Ladarba tkun saret il-valutazzjoni, ir-reġistranti jistgħu jkunu meħtieġa jissottomettu aktar informazzjoni dwar is-sustanza.