Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-kontenut ippubblikat fid-dominju: “https://european-union.europa.eu/index_mt”
Ma tapplikax għal kontenut jew siti web oħrajn ippubblikati fis-subdominji tiegħu. Dawn is-siti web u l-kontenut tagħhom se jkollhom id-dikjarazzjoni tal-aċċessibbiltà speċifika tagħhom stess.
Dan is-sit web huwa mmaniġġjat mill-Kummissjoni Ewropea f’isem l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea, taħt is-superviżjoni tal-Kumitat Interistituzzjonali tal-Komunikazzjoni Online (IOCC). Tfassal biex jintuża minn kemm jista’ jkun nies, inklużi persuni b’diżabbiltà.
Għandek tkun tista':
- tiżżummja sa 200% mingħajr problemi
- tuża l-biċċa l-kbira tas-sit b’keyboard biss
- tinnaviga l-biċċa l-kbira tas-sit web billi tuża apparat modern li jaqra l-iskrin u software li jirrikonoxxi d-diskors (fuq il-kompjuter jew it-telefown tiegħek)
Dan is-sit web tfassal biex jikkonforma mal-istandard tekniku għal siti web u apps tal-mobile, EN 301 549 v.3.2.1. Dan isegwi mill-qrib il-livell “AA” tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG).
Status tal-konformità
Dan is-sit web huwa parzjalment konformi mal-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1 u l-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) 2.1 Livell AA. Ara “Kontenut mhux aċċessibbli” għal aktar dettalji.
Is-sit web ġie ttestjat l-aħħar fl-10 ta’ Marzu 2023.
Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni
Din id-dikjarazzjoni tħejjiet fit-8 ta' Diċembru 2023.
Id-dikjarazzjoni hija bbażata fuq rieżami ta’ kampjun rappreżentattiv tal-paġni web minn espert tal-aċċessibbiltà kkwalifikat mill-IAAP, bl-użu ta’ taħlita ta’ ttestjar manwali u awtomatizzat.
Feedback
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Unjoni Ewropea. Jekk jogħġbok għarrafna jekk tiltaqa’ ma’ ostakli għall-aċċessibbiltà:
- Telefown: 00 800 6 7 8 9 10 11
- Formola ta’ kuntatt: Iktbilna (jekk jogħġbok tipprovdix informazzjoni sensittiva fil-formola, eż. kwalunkwe informazzjoni li tiżvela informazzjoni finanzjarja personali, informazzjoni relatata ma’ saħħtek, jew kwalunkwe suġġett sensittiv ieħor).
Nippruvaw inwieġbu l-feedback fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mid-data tal-wasla tal-mistoqsija mid-dipartiment responsabbli tal-Kummissjoni.
Kompatibbiltà ma’ browsers u teknoloġija assistiva
Is-sit web tal-Unjoni Ewropea tfassal biex ikun kompatibbli mat-teknoloġiji assistivi standard.
- l-aħħar verżjoni tal-browsers Microsoft Edge, Google Chrome, Mozilla Firefox u Apple Safari;
- flimkien mal-aħħar verżjonijiet ta’ NVDA, VoiceOver u TalkBack.
Speċifikazzjonijiet tekniċi
L-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Unjoni Ewropea tiddependi fuq it-teknoloġiji li ġejjin biex taħdem bil-kombinazzjoni partikolari ta’ browser tal-web u kwalunkwe teknoloġija assistiva jew plugins installati fuq il-kompjuter tiegħek:
- HTML
- WAI-ARIA
- CSS
- JavaScript
Kontenut mhux aċċessibbli
Minkejja l-aħjar sforzi tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Unjoni Ewropea, aħna konxji ta’ xi limitazzjonijiet, li qed naħdmu biex nirranġaw. Hawn taħt hawn deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet magħrufin u s-soluzzjonijiet potenzjali. Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk tiltaqa’ ma’ problema mhux elenkata hawn taħt.
Limitazzjonijiet magħrufin għas-sit web tal-Unjoni Ewropea:
- Captions tal-videos : Uħud mill-videos tagħna m’għandhomx captions. Qed naħdmu kontinwament biex inżiduhom ma’ aktar videos.
- Video player – aċċessibbiltà bil-keyboard: Aħna konxji li hemm xi kwistjonijiet mal-aċċessibbiltà tal-keyboard tal-video player tagħna (meta tagħżel il-lingwa tal-caption mill-menù, mhux possibbli li tuża l-keys tal-vleġeġ biex tmur minn lingwa għal oħra, dan jista’ jsir biss bit-TAB).
- Ġerarkija tal-intestaturi: Xi intestaturi ma jsegwux il-ġerarkija korretta tal-intestatura, li tista’ tikkawża problemi għall-utenti tal-qarrejja tal-iskrin. Qed nippjanaw li nsolvu dan matul l-2024.
- Captcha li tislajdja: Hu importanti li wieħed jinnota li l-captcha li tislajdja mhix aċċessibbli għall-utenti torox-għomja.