Illum, il-Kummissjoni adottat proposta emendata għal “Regolament dwar l-Iffaċilitar tas-Soluzzjonijiet Transfruntieri” biex tgħin lill-Istati Membri jegħlbu l-ħafna ostakli li qed ikollhom impatt fuq il-ħajja ta' kuljum ta' 150 miljun ċittadin Ewropew li jgħixu fir-reġjuni transfruntieri tal-Ewropa.
bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | ga | hr | hu | it | lt | lv | nl | pl | pt | ro | sk | sl | svKamra tal-aħbarijiet
L-aħħar Aħbarijiet
Illum, il-Kummissarju għall-Koeżjoni u r-Riformi Elisa Ferreira tat il-Premjijiet REGIOSTARS 2023 lil seba' proġetti eċċellenti u innovattivi madwar l-Ewropa li ġew appoġġati mill-fondi tal-Politika ta' Koeżjoni.
bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | ga | hr | hu | it | lt | lv | nl | pl | pt | ro | sk | sl | svIllum, waqt il-konferenza stampa li ħabbret it-tnedija tal-21 Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet, il-Kummissarju għall-Koeżjoni u -Riformi Elisa Ferreira u l-President tal-Kumitat tar-Reġjuni, Vasco Alves Cordeiro, iltaqgħu flimkien biex jenfasizzaw ir-rwol kruċjali li kellha l-Politika ta' Koeżjoni fil-mitigazzjoni tal-effetti tal-kriżi tal-enerġija u fil-provvediment ta' għajnuna lil dawk li qed jaħarbu l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, kif ukoll lill-persuni u lir-reġjuni li jilqgħuhom.
bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | ga | hr | hu | it | lt | lv | nl | pl | pt | ro | sk | sl | svIllum, il-Kummissjoni qed tħabbar 15 rebbieħ tal-Premjijiet tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB) tal-2023 u l-14 proġett magħżul, lijibbenefikaw minn EUR 65 miljun ta' investimenti mill-ewwel sejħa għal Azzjoni Urbana Ewropea — Azzjonijiet Innovattivi taħt il-Politika ta' Koeżjoni. Iċ-ċerimonja tal-Premjazzjoni se ssir matul l-avveniment “NEB fir-Reġjuni u l-Bliet”li għaddej bħalissa fi Brussell mal-Kummissarju Ferreira.
bg | cs | da | de | el | en | es | et | fr | ga | hr | hu | it | lt | lv | nl | pl | pt | ro | sk | sl | svIl-politika ta' Koeżjoni tal-UE tgħin fl-innovazzjoni tal-bliet tagħna. L-Inizjattiva Urbana Ewropea (EUI) illum qed tniedi t-tieni sejħa għal proposti b'valur ta' €120 miljun għal proġetti innovattivi li għandhom jiżviluppaw u jittestjaw soluzzjonijiet ġodda biex jiġu indirizzati l-isfidi urbani attwali.
bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | ga | hr | hu | it | lt | lv | nl | pl | pt | ro | sk | sl | svIl-finanzjament tal-Politika ta' Koeżjoni fl-2021-2027 mistenni jappoġġa l-ħolqien ta' 1.3 miljun impjieg, u jżid il-PDG tal-UE b'medja ta' 0.5 % sa tmiem id-deċennju, u sa 4 % f'xi Stati Membri.
bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | ga | hr | hu | it | lt | lv | nl | pl | pt | ro | sk | sl | svIllum, niċċelebraw it-30 sena anniversarju tal-Fond ta' Koeżjoni.
bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | ga | hr | hu | it | lt | lv | nl | pl | pt | ro | sk | sl | svIllum il-Kummissjoni ppubblikat l-Indiċi tal-Kompetittività Reġjonali (RCI), verżjoni kompletament riveduta ta' għodda li issa ilha stabbilita li tkejjel dimensjonijiet differenti tal-kompetittività għar-reġjuni kollha tal-UE.
bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | ga | hr | hu | it | lt | lv | nl | pl | pt | ro | sk | sl | svFl-2014-2020, il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE) ħarġu investiment totali ta' €731 biljun, li €535 biljun minnhom ġew iffinanzjati mill-UE, biex trawwem konverġenza soċjoekonomika dejjiema, koeżjoni territorjali, Ewropa soċjali u tranżizzjoni ekoloġika u diġitali bla xkiel.
bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | ga | hr | hu | it | lt | lv | nl | pl | pt | ro | sk | sl | svL-Ewropa għanda t-talent. Iżda t-talent jeħtieġ li jitrawwem, speċjalment hekk kif l-UE għaddejja minn tranżizzjoni demografika importanti. Dan huwa saħansitra aktar meħtieġ f'reġjuni li jbatu minn forza tax-xogħol li qed tonqos u sehem baxx ta' persuni b'edukazzjoni terzjarja, u f'reġjuni milquta mit-tluq taż-żgħażagħ.
bg | cs | da | de | el | en | es | et | fi | fr | ga | hr | hu | it | lt | lv | nl | pl | pt | ro | sk | sl | sv