Sit web tal-Kummissjoni Ewropea
Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-kontenut ippubblikat fid-dominju: “https://commission.europa.eu”
Ma tapplikax għall-kontenut jew għas-siti web oħrajn ippubblikati fis-sottodominji tiegħu. Dawn is-siti web u l-kontenut tagħhom se jkollhom id-dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà speċifika tagħhom stess.
Dan is-sit web huwa mmaniġġjat mid-Direttorat‑Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Huwa ddiżinjat biex jintuża minn kemm jista’ jkun nies, inklużi l-persuni b’diżabbiltà.
Għandek tkun tista’:
- tkabbar sa 200% mingħajr problemi
- tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web bil-keyboard biss
- tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web b’apparat modern li jaqra dak li jkun hemm fuq l-iskrin u b’software li jirrikonoxxi d-diskors (fuq il-kompjuter jew il-mobile tiegħek)
Dan is-sit web huwa ddiżinjat biex jikkonforma mal-istandard tekniku għas-siti web u l-apps tal-mobile, EN 301 549 v.3.2.1. Dan isegwi mill-qrib il-livell “AA” tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG).
Status tal-konformità
Dan is-sit web huwa parzjalment konformi mal-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1 u l-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) 2.1 Livell AA. Ara “Kontenut mhux aċċessibbli” għal iktar dettalji.
Is-sit web ġie ttestjat l-aħħar fl-10 ta’ Marzu 2023.
Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni
Din id-dikjarazzjoni tħejjiet fit-8 ta' Diċembru 2023.
Id-dikjarazzjoni hija bbażata fuq analiżi ta’ kampjun rappreżentattiv tal-paġni web minn espert tal-aċċessibbiltà kkwalifikat fl-IAAP, bl-użu ta’ taħlita ta’ ttestjar manwali u awtomatizzat.
Feedback
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Kummissjoni Ewropea. Jekk jogħġbok ibgħat għidilna jekk tiltaqa’ ma’ ostakli għall-aċċessibbiltà:
- Telefown: 00 800 6 7 8 9 10 11
- Formola ta’ kuntatt: Iktbilna (jekk jogħġbok żomm lura milli tipprovdi informazzjoni sensittiva fil-formola, eż. kwalunkwe informazzjoni li tiżvela informazzjoni finanzjarja personali, informazzjoni relatata ma’ saħħtek, jew kwalunkwe suġġett sensittiv ieħor).
Nippruvaw inwieġbu l-feedback fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mid-data tal-wasla tiegħu għand id-dipartiment responsabbli tal-Kummissjoni.
Kompatibbiltà ma’ browsers u teknoloġija assistiva
Is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea huwa ddiżinjat biex ikun kompatibbli mat-teknoloġiji assistivi li ġejjin li l-aktar li jintużaw:
- l-aħħar verżjoni tal-browsers Google Chrome, Microsoft Edge, Mozilla Firefox u Apple Safari;
- flimkien mal-aħħar verżjonijiet ta’ NVDA, VoiceOver u TalkBack.
Speċifikazzjonijiet tekniċi
L-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Kummissjoni Ewropea tiddependi fuq it-teknoloġiji li ġejjin biex taħdem bil-kombinament partikolari ta’ browser tal-internet u kwalunkwe teknoloġija assistiva jew plugin installati fuq il-kompjuter tiegħek:
- HTML
- WAI-ARIA
- CSS
- JavaScript
Kontenut mhux aċċessibbli
Minkejja l-aħjar sforzi tagħna biex niżguraw l-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, aħna konxji li hemm xi limitazzjonijiet, u qed naħdmu biex nirranġawhom. Hawn taħt hawn deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet magħrufa u tas-soluzzjonijiet potenzjali. Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk tiltaqa’ ma’ problema mhux elenkata hawn taħt.
Limitazzjonijiet magħrufa għas-sit web tal-Kummissjoni Ewropea:
- Video player – aċċessibbiltà bil-keyboard: Konxji li hemm xi kwistjonijiet bl-aċċessibbiltà tal-keyboard għall-video player tagħna (meta tagħżel il-lingwa tal-caption mill-menù, mhuwiex possibbli li tuża l-keys tal-vleġeġ biex tmur minn lingwa għal oħra, dan jista’ jsir biss bit-TAB).
- Deskrizzjoni awdjo: Il-videos fuq dan is-sit web m’għandhomx deskrizzjoni awdjo.
- Graffs u ċarts – użu tal-kulur: Xi graffs u ċarts fuq is-sit web jiddependu biiss fuq il-kulur biex jikkomunikaw l-informazzjoni, u dan ifixkel lin-nies daltoniċi. F’ċarts fejn it-tikketti ma jkunux assoċjati viżwalment mat-taqsima kkulurita korrispondenti, meta tikklikkja fuq it-tikketti fit-truf tad-didaskalija, dan iwassal biex il-linja, l-iżbarra jew it-taqsima korrispondenti tiġi attivata jew diżattivata, u dan jippermetti lill-utenti jiċċekkjaw liema tikketta tappartjeni għal liema parti tal-mappa. Qed nippjanaw li nsolvu din il-kwistjoni fl-2024.
- Ġerarkija tal-Intestaturi: Xi paġni ma jippreżentawx kontenut f’organizzazzjoni ġerarkika tal-intestaturi. Qed nippjanaw li nsolvu din fl-2024.
- Captcha li tiżżerżaq: Huwa importanti li wieħed jinnota li l-captcha li tiżżerżaq mhijiex aċċessibbli għall-utenti torox-għomja.
Ċart tal-organizzazzjoni: Il-verżjoni attwali taċ-ċart tal-organizzazzjoni mhijiex aċċessibbli għal persuni b’indeboliment fil-vista jew utenti li jiddependu fuq in-navigazzjoni bil-keyboard. Qed nippjanaw li nsolvu din il-kwistjoni fl-2024.