Emerġenza
Nemzeti Egészségbiztosítási Alapkezelő (NEAK)
(Istitut Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Fond tal-Assigurazzjoni Medika)
Tel: +36 1 350 1618
E-mail: [email protected]
Kura, kopertura u spejjeż
Biex tisfrutta sew il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea, trid tikkonsulta professjonisti tal-kura tas-saħħa li jkunu b'kuntratt mal-Nemzeti Egészségbiztosítási Alapkezelő (NEAK - Istitut Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Fond tal-Assigurazzjoni Medika). Dawn huma identifikabbli mid-deskrizzjoni: “A társadalombiztosítás egészségügyi szolgáltatásaira szerződött szolgáltató” (servizz tas-saħħa b'kuntratt mas-sistema tas-sigurtà soċjali operata mill-istat).
Tobba
- Biex tisfrutta sew il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea, trid tikkonsulta tabib li jkun b'kuntratt mal-Nemzeti Egészségbiztosítási Alapkezelő (NEAK - Istitut Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Fond tal-Assigurazzjoni Medika). Il-konsultazzjonijiet huma bla ħlas.
- Biex tikkonsulta speċjalista, se jkollok bżonn riferiment mingħand tabib.
Dentisti
- Biex tisfrutta sew il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea, trid tikkonsulta dentist b'kuntratt mal-Istitut Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Fond tal-Assigurazzjoni Medika NEAK.
- Id-dentisti ta' NEAK jistgħu jipprovdu dan li ġej mingħajr ħlas meta jkun hemm il-bżonn mediku:
- kura ta' emerġenza
- xi tipi ta’ kura mogħtija abbażi ta' riferiment mingħand speċjalista
- ċerti tipi ta’ kura għall-protezzjoni tas-snien
- kirurġija tas-snien
- kura tal-mard tal-ħanek
- Għal kull tip ieħor ta' kura tas-snien, ikun hemm tariffa, ħlief għall-persuni taħt it-18-il sena jew 'il fuq minn 62 sena jew għan-nisa tqal u n-nisa li jkunu welldu reċentement sad-90 jum wara l-ħlas.
- Qabel il-kura, aqra l-informazzjoni murija għand il-fornitur tas-servizzi tal-kura tas-saħħa jew staqsi bit-telefown dwar it-tariffi li japplikaw (l-informazzjoni xi kultant tkun disponibbli b'ilsna oħra apparti l-Ungeriż, iżda dan mhuwiex obbligatorju bil-liġi).
- Il-prezz tal-materjal normalment jitħallas mill-pazjent.
Kura fi sptar
- Ikollok bżonn riferiment mingħand tabib, ħlief fil-każ ta' emerġenza.
- Il-kura fi sptar ġeneralment tkun bla ħlas fi sptarijiet li għandhom kuntratt mal-Istitut Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Fond tal-Assigurazzjoni Medika NEAK.
- L-isptarijiet japplikaw tariffi addizzjonali għal servizzi oħra bħall-akkomodazzjoni ta' standard għoli jew ikel speċjali.
Riċetti tat-tabib
- Hemm tariffa fuq il-mediċini bir-riċetta.
- Int tista' jew tiġi ċċarġjat tariffa mnaqqsa jew tħallas il-prezz sħiħ, skont liema mediċina tkun. Din ma tiġix rimborżata fl-Ungerija, imma dejjem tista' titlob rimborż meta tasal lura f'pajjiżek.
Ambulanza
- It-trasport fl-Ungerija mis-Servizz Nazzjonali tal-Ambulanza hu bla ħlas.
Ambulanza bl-ajru
- Fl-Ungerija, is-Servizz Nazzjonali tal-Ambulanza bl-Ajru jista’ jipprovdi trasport bl-ajru li jkun medikament meħtieġ.
Rimborż
- Ma jeżistix rimborż fl-Ungerija, minħabba li l-pazjent jeħel biss il-parti tiegħu tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa li għaliha m'hemmx rimborż.
- Jekk ikollok tħallas għall-kura, ikkuntattja lill-fornitur tal-assikurazzjoni tas-saħħa tiegħek meta tirritorna f'pajjiżek biex titlob rimborż.
Kontribuzzjoni tal-pazjent
Istitut Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Fond tal-Assigurazzjoni MedikaDijaliżi, ossiġenu u kimoterapija
- Fuq is-sit web tal-Istitut Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Fond tal-Assigurazzjoni Medika hemm disponibbli lista ta' ċentri tad-dijaliżi (bl-Ungeriż biss)
- Għat-terapija tal-ossiġenu u l-kimoterapija ikkuntattja l-Istitut Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Fond tal-Assigurazzjoni Medika (bl-Ungeriż biss).
Kif napplika għal EHIC?
- Informazzjoni dwar kif tapplika għal EHIC (bl-Ungeriż biss)
- Formola pdf li trid timla biex tapplika għal EHIC (bl-Ungeriż biss)
Fejn jaċċettaw l-EHIC
- Fornituri tas-servizzi b’kuntratt (bl-Ungeriż biss)
Kard mitlufa jew misruqa
Kuntatti għal min għandu EHIC li nħarġet fl-Ungerija
Nemzeti Egészségbiztosítási Alapkezelő (NEAK)
(Istitut Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Fond tal-Assigurazzjoni Medika)
Tel: +36 1 350 1618
E-mail: [email protected]