Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

Germany

Emerġenza

Fil-Ġermanja d-dipartimenti tal-aċċidenti u l-emerġenza jissejħu "Notaufnahme".

Informazzjoni dwar il-kura tas-saħħa fil-Ġermanja: il-fuljett Mur il-Ġermanja bl-EHIC tiegħek


Kura, kopertura u spejjeż

Tobba u dentisti

  • Mur direttament għand tabib jew dentist li għandu kuntratt ma' fond tal-assigurazzjoni tas-saħħa fil-Ġermanja. Ħu l-EHIC miegħek (jew ċertifikat proviżorju ta' sostituzzjoni) u l-karta tal-identità jew passaport.
  • Barra l-ħinijiet normali tista' tikkuntattja t-tabib jew id-dentist li jkun xogħol dak il-ħin ("Notdienst").
  • Hekk kif tasal inti tagħżel fond tal-assigurazzjoni tas-saħħa Ġermaniż (bil-Ġermaniż biss) li tixtieq li jħallas tal-kura li tieħu.
  • Il-kura hi bla ħlas.
  • Fil-Ġermanja, it-tobba u d-dentisti normalment ikollhom tabella li tgħid "Kassenarzt" jew "Alle Kassen". Dan juri li jaħdmu fi ħdan is-sistema tal-istat.
  • Kwalunkwe servizz lil hinn minn dawk ipprovduti minn prattikant li għandu kuntratt ma' fond ta' assigurazzjoni tas-saħħa fil-Ġermanja jwassal għal spejjeż mhux koperti mill-EHIC. Dawn ikollok tħallashom int.

Sptarijiet

  • Ħlief f'emerġenza, ikollok turi riferiment mingħand tabib biex tieħu l-kura f'xi sptar.
  • Jekk ikollok 18-il sena jew aktar, trid tħallas €10 kuljum. Dan ma japplikax għal soġġorni fi sptar li jaqbżu t-28 jum fl-istess sena.
  • Il-kura fl-isptar tinkludi kwalunkwe servizz mediku li tista' tinħtieġ biex tikkura marda.
  • Trid tħallas għal kwalunkwe affarijiet apparti, per eżempju kamra tal-wieħed jew doppja.

Riċetti tat-tabib

  • Tista' tikseb kwalunkwe kura jew servizz li jordnalek it-tabib mingħand il-persuna li tkun qed tikkurak, eż. fiżjoterapista. Ikollok tħallas tariffa top-up ta' €10 għal kull riċetta apparti 10% tal-ispejjeż.
  • Tista' tikseb il-mediċini u l-faxex b'riċetta tat-tabib minn kwalunkwe spiżerija. Ġeneralment ikollok tħallas 10% tal-ispejjeż (tal-inqas €5, sa massimu ta' €10), iżda mhux aktar mill-ispiża nfisha. Din it-tariffa ma teħodhiex lura.
  • Trid tħallas għal mediċini ta' bla riċetta bħall-pilloli tal-uġigħ u l-mistura tas-sogħla. Jaf ikollok tħallas ukoll għal ċerti mediċini bir-riċetta (eż. għal riħ jew influwenza).
  • Tfal taħt it-18-il sena ma jħallsux għar-riċetti tat-tabib.
  • Barra l-ħinijiet tax-xogħol, tista' ssib il-mediċini mill-ispiżerija li tkun miftuħa dak il-ħin ("Apotheken-Notdienst"). Tista' ssib l-isem ta' din l-ispiżerija fit-tieqa ta' kull spiżerija fil-qrib, fil-gazzetta lokali jew fuq l-internet (sit web bil-Ġermaniż biss).

Ambulanza

  • Jekk tabib jgħidlek li teħtieġ kura immedjata - jiġifieri fl-emerġenza - it-trasport lejn l-isptar huwa b'xejn.
  • Normalment int tħallas 10% tal-ispejjeż tat-trasport, minn tal-inqas €5, sa massimu ta' €10, iżda mhux aktar mill-ispiża nfisha. Din it-tariffa ma teħodhiex lura.

Ambulanza bl-ajru

  • Japplikaw l-istess kundizzjonijiet bħat-trasport normali tal-ambulanza.

Rimborż

  • Bħala regola, fil-Ġermanja, m'għandekx tħallas bil-quddiem għall-biċċa l-kbira tas-servizzi tas-saħħa.
  • Jekk ma kienx hemm riċetta tat-tabib għall-kura, jew ingħataw servizzi addizzjonali, trid tħallas l-ispiża tagħhom inti stess.
  • Fil-Ġermanja, l-ispejjeż normalment ma jingħatawx lura.
  • Żammewlek il-flus għal xi kura? Meta tasal lura f'pajjiżek, applika għand l-organizzazzjoni nazzjonali tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek biex tieħu lura l-ispejjeż.

Kontribuzzjoni tal-pazjent

Kura terapewtika

  • Il-kopagament jammonta għal 10% tal-ispejjeż
  • Hemm tariffa addizzjonali ta' €10 għal kull riċetta tat-tabib

Mediċini u faxex

  • Kopagament li jammonta għal 10% tal-ispejjeż tal-inqas €5, sa massimu ta’ €10, iżda mhux aktar mill-ispiża nfisha

Kura fi sptar

  • €10 kuljum sa massimu ta' 28 jum fis-sena
  • Spiża sħiħa tas-servizzi opzjonali (bħall-kura mit-tabib prinċipali, kamra tal-wieħed jew doppja)

Ambulanza

  • Kopagament li jammonta għal 10% tal-ispejjeż, minn tal-inqas €5, sa massimu ta' €10, iżda mhux aktar mill-ispiża nfisha

Dijaliżi, ossiġenu u kimoterapija

  • Qabel tivvjaġġa, għandek tikkuntattja fornitur tal-kura tas-saħħa fil-post fejn tkun se toqgħod fil-Ġermanja u tikkjarifika jekk il-kura meħtieġa tistax titwettaq fuq l-EHIC għall-perjodu meħtieġ tal-kura.
  • Għal aktar informazzjoni tista' tikkuntattja lill-fond tal-assigurazzjoni tas-saħħa Ġermaniż (bil-Ġermaniż biss) li tixtieq li jħallas il-kura li se tieħu.

Kif napplika għal EHIC?


Fejn jaċċettaw l-EHIC


Kard mitlufa jew misruqa

Informazzjoni għal min għandu EHIC li nħarġet fil-Ġermanja

  • Il-fond tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek joħroġlok ċertifikat proviżorju ta' sostituzzjoni.
  • F'każijiet aktar urġenti, jistgħu jibagħtuhulek bil-faks jew bl-email fil-pajjiż fejn tkun qed toqgħod.

Ixxerja din il-paġna