This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0260
Regulation (EU) No 260/2012 of the European Parliament and of the Council of 14 March 2012 establishing technical and business requirements for credit transfers and direct debits in euro and amending Regulation (EC) No 924/2009 Text with EEA relevance
Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 94, 30/03/2012, p. 22–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 08/04/2024
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/260/oj
30.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/22 |
REGOLAMENT (UE) Nru 260/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Marzu 2012
li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz ta’ att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
Il-ħolqien ta’ suq integrat għall-pagamenti elettroniċi bl-euro, mingħajr l-ebda distinzjoni bejn pagamenti nazzjonali u transkonfinali hu meħtieġ għall-funzjonament xieraq tas-Suq Intern. Għal dak il-għan, il-proġett taż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (“is-SEPA”) għandu l-għan li jiżviluppa servizzi ta’ pagamenti komuni għall-Unjoni kollha biex jieħdu post is-servizzi attwali ta’ pagament nazzjonali. B’konsegwenza tal-introduzzjoni ta’ standards, regoli u prassi komuni u miftuħa tal-pagamenti, u permezz tal-ipproċessar integrat tal-pagamenti, is-SEPA għandha tipprovdi liċ-ċittadini tal-Unjoni u lin-negozji b’servizzi ta’ pagament bl-euro sikuri, bi prezzijiet kompetittivi, faċli jintużaw u affidabbli. Dan għandu japplika għall-pagamenti SEPA fi ħdan u bejn il-fruntieri nazzjonali taħt l-istess kundizzjonijiet bażiċi u skont l-istess drittijiet u obbligi, jkunu fejn ikunu fl-Unjoni. Is-SEPA għandha titlesta b’tali mod li tiffaċilita l-aċċess għal dawk il-persuni ġodda li jidħlu fis-suq u l-iżvilupp ta’ prodotti ġodda, u għandha toħloq kundizzjonijiet favorevoli għal aktar kompetizzjoni fis-servizzi ta’ pagament u għall-iżvilupp mhux ostakolat u veloċi, tal-implimentazzjoni fl-Unjoni kollha ta’ innovazzjonijiet relatati mal-pagamenti. Konsegwentament, l-ekonomija ta’ skala imtejba, l-effiċjenza akbar tal-operat u l-kompetizzjoni msaħħa, għandhom iwasslu għal pressjoni ‘l isfel fuq il-prezzijiet fis-servizzi ta’ pagament elettroniċi bl-euro f’kull qasam abbażi “tal-aqwa fost l-aħjar”. L-effett ta’ dan għandu jkun sinifikanti b’mod partikolari fl-Istati Membri fejn il-pagamenti huma relattivament għaljin meta komparat ma Stati membri oħra. It-tranżizzjoni lejn is-SEPA għalhekk ma għandhiex tkun akkompanjata b’żidiet fil-prezzijiet ġenerali għall-utenti tas-servizzi tal-pagament (“PSUs”(payment service users)) inġenerali u għall-konsumaturi, b’mod partikolari. Minflok, fejn il-PSU jkun il-konsumatur, il-prinċipju li ma jiġux imposti tariffi ogħla għandu jiġi mħeġġeġ. Il-Kummissjoni għandha tkompli tissorvelja l-iżviluppi tal-prezzijiet fis-settur tal-pagament u għandha tipprovdi analiżi annwali ta’ dawn. |
(2) |
Is-suċċess tas-SEPA hu verament importanti fuq livell ekonomiku, u politiku. SEPA hija kompletament konformi mal-istrateġija tal-Europa 2020 li għandha l-għan li toħloq ekonomija aktar intelliġenti li fiha l-prosperità tirriżulta mill-innovazzjoni u minn użu iżjed effiċjenti tar-riżorsi disponibbli. Kemm il-Parlament Ewropew permezz tar-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2009 (4) u l-10 ta’ Marzu 2010 (5) dwar l-implimentazzjoni tas-SEPA, kif ukoll il-Kunsill fil-konklużjonijiet adottati fit-2 ta’ Diċembru 2009, issottolinjaw l-importanza tal-kisba rapida tal-migrazzjoni lejn is-SEPA. |
(3) |
Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Europew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern (6) tipprovdi bażi legali moderna għall-ħolqien ta’ suq intern għall-pagamenti, li minnhom is-SEPA hija element fundamentali. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità (7) jipprovdi wkoll għadd ta’ miżuri li jiffaċilitaw is-suċċess tas-SEPA bħall-estensjoni tal-prinċipju ta’ imposti ugwali għal debiti diretti transkonfinali u l-aċċessibilità għal debiti diretti. |
(5) |
L-isforzi awtoregolatorji tas-settur bankarju Ewropew permezz tal-inizjattiva tas-SEPA wrew li ma kinux suffiċjenti biex imexxu ’il quddiem b’mod mifthiem il-migrazzjoni lejn skemi għall-Unjoni kollha tat-trasferimenti tal-kreditu u tad-debiti diretti kemm fuq in-naħa tal-provvista kif ukoll tad-domanda. B’mod partikolari, l-interessi tal-konsumatur u ta’ utenti oħra ma ttiħdux inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti u trasparenti. Il-vuċi tal-partijiet interessati kollha għandha tinstema’. Barra minn hekk, dak il-proċess awtoregolatorju ma kienx soġġett għal mekkaniżmi ta’ governanza xierqa, ħaġa li tista’ parzjalment tispjega l-adozzjoni kajmana min-naħa tad-domanda. Filwaqt li t-twaqqif riċenti tal-Kunsill tas-SEPA jirrappreżenta titjib sinifikanti tal-governanza tal-proġett tas-SEPA, fundamentalment u formalment il-governanza xorta għadha, fil-maġġor parti f’idejn il-Kunsill Ewropew tal-Pagamenti (EPC). Il-Kummissjoni għandha għalhekk teżamina mill-ġdid l-arranġamenti ta’ governanza tal-proġett tas-SEPA kollu qabel tmiem l-2012 u, fejn ikun meħtieg, tagħmel proposta. Dak ir-rieżami għandu jeżamina, fost oħrajn, il-kompożizzjoni tal-EPC, l-interazzjoni bejn l-EPC u struttura globali ta’ governanza, bħall-Kunsill tas-SEPA, u r-rwol ta’ dik l-istuttura globali. |
(6) |
Hija biss migrazzjoni rapida u komprensiva lejn it-trasferimenti tal-krediti u d-debiti diretti fl-Unjoni kollha li se tiġġenera l-benefiċċji sħaħ ta’ suq tal-pagamenti integrat, sabiex l-ispejjeż għolja tat-tħaddim b’mod parallel tal-prodotti “li ilhom jintużaw” kif ukoll tas-SEPA jkunu jistgħu jiġu eliminati. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti regoli sabiex ikopru t-twettiq tat-trasferimenti tal-krediti kollha u t-tranżazzjonijiet tad-debiti diretti denominati fl-euro fl-Unjoni. Madankollu, tranżazzjonijiet bil-kards m’għandhomx ikunu koperti f’dan l-istadju, peress li l-istandards komuni għall-pagamenti bil-kard fl-Unjoni għadhom qed jiġu żviluppati. Rimessa ta’ flus, il-pagamenti pproċessati internament, tranżazzjonijiet ta’ pagament ta’ valur għoli, pagamenti bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament (PSPs) akkont tagħhom u l-pagamenti permezz tal-mowbajl jew ta’ kwalunkwe mezz ieħor ta’ telekomunikazzjoni jew, permezz ta’ strument diġitali jew tal-IT ma għandhomx jaqgħu taħt l-ambitu ta’ dawn ir-regoli peress li dawk is-servizzi ta’ pagament mhumiex komparabbli ma’ trasferimenti ta’ kreditu jew debiti diretti. Fejn kard ta’ pagament fil-punt tal-bejgħ jew xi mezz ieħor bħal mowbajl jintuża bħala l-mezz li tinbeda tranżazzjoni ta’ pagament, jew fil-post tal-bejgħ jew mill-bogħod, li tirriżulta direttament fi trasferiment ta’ kreditu jew debitu dirett għal u minn kont tal-pagament identifikat minn numru bażiku tal-kont bankarju nazzjonali eżistenti (BBAN) jew minn numru tal-kont bankarju internazzjonali (IBAN), dik it-tranżazzjoni ta’ pagament għandha, madanakollu, tkun inkluża. Barra minn hekk, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi ta’ pagamenti ipproċessati permezz ta’ sistemi ta’ pagament ta’ valur kbir, jiġifieri l-prijorità għolja, l-urġenza, u primarjament l-ammont kbir tagħhom, mhuwiex xieraq li tali pagamenti jkunu koperti b’dan ir-Regolament. Dik l-esklużjoni ma għandhiex tinkludi pagamenti ta’ debitu dirett, sakemm min iħallas ma jitlobx espressament li l-ħlas jingħadda minn sistema ta’ pagamenti ta’ valur kbir. |
(7) |
Attwalment jeżistu diversi servizzi tal-pagament, l-iżjed għal pagamenti permezz tal-Internet, li jużaw ukoll l-IBAN u l-kodiċi tal-identifikazzjoni tan-negozju (BIC) u huma bbażati fuq trasferimenti tal-kreditu jew debiti diretti li għandhom karatteristiċi addizzjonali. Huwa mistenni li dawk is-servizzi jespandu lil hinn mill-fruntieri nazzjonali attwali u jistgħu jissodisfaw id-domanda tal-konsumatur għal servizzi tal-pagament innovattivi, sikuri u rħas. Sabiex ma jiġux esklużi dawn is-servizzi mis-suq, ir-regolament tad-dati finali għat-trasferimenti tal-kreditu u debiti diretti previsti f’dan ir-regolament għandhom japplikaw biss għat-trasferimenti tal-kreditu jew id-debitu dirett sottostanti dawk it-tranżazzjonijiet. |
(8) |
Fil-parti l-kbira tat-tranżazzjonijiet tal-Unjoni, huwa possibbli li wieħed jidentifika kont tal-pagament uniku bl-użu biss tal-IBAN mingħajr ma jispeċifika wkoll il-BIC. B’riflessjoni ta’ din ir-realtà, il-banek f’għadd ta’ Stati Membri diġà stabbilixxew direttorju, bażi ta’ data jew mezzi tekniċi oħra għall-identifikazzjoni tal-BIC korrispondenti għal IBAN speċifiku. Il-BIC huwa meħtieġ biss f’għadd żgħir ħafna ta’ każijiet residwali. Jidher mhux ġustifikat u eċċessivament oneruż li tpoġġi obbligu fuq kull min iħallas u min jitħallas madwar l-Unjoni li jipprovdi l-BIC flimkien mal-IBAN għan-numru żgħir ta’ każijiet fejn dan huwa attwalment meħtieġ. Approċċ aktar sempliċi jkun li l-PSPs u partijiet oħra jsolvu u jeliminaw dawk il-każijiet fejn kont tal-ħlas ma jistax ikun identifikat mingħajr ambigwità minn IBAN speċifiku. Għalhekk għandhom jiġu żviluppati l-mezzi tekniċi neċessarji biex jgħinu lill-utenti kollha jidentifikaw mingħajr ambigwità kont tal-pagament mill-IBAN biss. |
(9) |
Għat-twettiq ta’ trasferiment tal-kreditu, il-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju għandu jkun aċċessibbli. Għaldaqstant, sabiex tiġi inkoraġġita l-adozzjoni b’suċċess madwar l-Unjoni kollha ta’ servizzi ta’ trasferiment ta’ kreditu u ta’ debitu dirett, għandu jiġi stabbilit obbligu tal-aċċessibbiltà fl-Unjoni kollha. Sabiex titjieb it-trasparenza, huwa wkoll xieraq li jiġu kkonsolidati f’att uniku dak l-obbligu u l-obbligu tal-aċċessibbiltà għad-debiti diretti li diġà huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 924/2009. Il-kontijet ta’ pagament tal-benefiċjarju kollha aċċessibbli għal trasferiment ta’ kreditu nazzjonali għandhom ikunu aċċessibbli wkoll permezz ta’ skema ta’ trasferiment ta’ kreditu applikabbli fl-Unjoni kollha. Il-kontijiet kollha ta’ pagament ta’ min iħallas aċċessibbli għal trasferiment ta’ debitu dirett nazzjonali għandhom ikunu aċċessibbli wkoll permezz ta’ skema ta’ debitu dirett applikabbli fl-Unjoni kollha. Dan għandu japplika ukoll jekk il-PSP jiddeċidi li jipparteċipa jew le għal skema partikulari ta’ trasferiment ta’ kreditu jew ta’ debitu dirett. |
(10) |
L-interoperabilità teknika hi prerekwiżit għall-kompetizzjoni. Sabiex jinħoloq suq integrat għas-sistemi ta’ pagament elettroniċi bl-euro, hu essenzjali li l-ipproċessar tat-trasferimenti tal-kreditu u d-debiti diretti ma jkunx imfixkel minn regoli tan-negozju jew ostakli tekniċi bħall-adeżjoni obbligatorja għal iktar minn sistema waħda għas-saldu ta’ pagamenti transkonfinali. Trasferiment ta’ kreditu u debiti diretti għandhom jitwettqu skont skema li r-regoli bażiċi tagħha għandhom jiġu addottati mill-PSPs li jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-PSPs fil-maġġoranza tal-Istati Membri u jikkostitwixxu il-maġġoranza tal-PSPs fl-Unjoni u li jkunu l-istess għat-trasferimenti tal-krediti u għat-tranżazzjonijiet tad-debiti diretti, kemm transkonfinali kif ukoll purament nazzjonali. Meta jkun hemm iżjed minn sistema waħda ta’ pagament għall-ipproċessar ta’ dawn il-pagamenti, dawk is-sistemi ta’ pagament għandhom ikunu interoperabbli permezz tal-użu ta’ standards għall-Unjoni kollha u internazzjonali sabiex il-PSUs u l-PSPs kollha jkunu jistgħu jgawdu l-benefiċċji tal-pagamenti bl-imnut bl-euro bla intoppi fl-Unjoni. |
(11) |
Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tas-suq tan-negozju, filwaqt li skemi ta’ trasferimenti tal-kreditu jew debiti diretti bejn negozju u ieħor iridu jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dan ir-Regolament, fosthom li jkun hemm l-istess regoli għal tranżazzjonijiet transkonfinali u nazzjonali, ir-rekwiżit li l-parteċipanti li jirrappreżentaw maġġoranza ta’ PSPs fi ħdan il-maġġoranza tal-Istati Membri għandu japplika biss safejn dawk il-PSPs li jipprovdu servizzi ta’ trasferimenti tal-kreditu jew debiti diretti bejn negozju u ieħor jirrappreżentaw maġġoranza ta’ PSPs fil-maġġoranza tal-Istati Membri fejn tali servizzi huma disponibbli, u jikkostitwixxu il-maġġoranza ta’ PSPs li qed jipprovdu servizzi bħal dawn fl-Unjoni. |
(12) |
Sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ pagament, huwa kruċjali li jiġu identifikati rekwiżiti tekniċi li bla ebda ambigwità jiddeterminaw il-karatteristiċi li għandhom jiġu rrispettati mill-iskemi ta’ pagament għall-Unjoni kollha li se jiġu żviluppati skont arranġamenti ta’ governanza xierqa. Dawn ir-rekwiżiti tekniċi ma għandhomx jirristrinġu l-flessibbiltà u l-innovazzjoni iżda għandhom ikunu miftuħa kif ukoll newtrali għal żviluppi ġodda u titjib potenzjali fis-suq tal-pagamenti. Rekwiżiti tekniċi għandhom jiġu ddisinjati biex iqisu l-karatteristiċi speċjali tat-trasferimenti tal-kreditu u d-debiti diretti, b’mod partikolari fir-rigward tal-elementi tad-data li jkun hemm fil-messaġġ tal-pagament. |
(13) |
Huwa importanti li jittieħdu miżuri biex tissaħħaħ il-fiduċja tal-PSUs fl-użu ta’ servizzi bħal dawn, speċjalment għal debiti diretti. Tali miżuri għandhom jippermettu lil dawk li jħallsu li jagħtu istruzzjonijiet lill-PSPs tagħhom biex jillimitaw il-ġbir tad-debitu dirett għal ċertu ammont jew għal ċerta perjodiċità u biex jistabbilixxu listi speċifiċi pożittivi jew negattivi ta’ min iħallas. Fil-qafas tal-istabbiliment ta’ skemi ta’ debitu dirett madwar l-Unjoni kollha, huwa xieraq li l-konsumaturi jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-verifiki. Madankollu għall-implimentazzjoni prattika ta’ tali kontrolli fuq il-benefiċjarju, huwa importanti li l-PSPs ikunu kapaċi jagħmlu tali verifiki fuq il-bażi tal-IBAN, u, għal perijodu transitorju iżda biss fejn meħtieġ, il-BIC, jew xi identifikatur uniku ieħor tal-kreditur ta’ persuni speċifiċi li għandhom jitħallsu. Drittijiet oħra rilevanti tal-utenti huma diġà stabbiliti fid-Direttiva 2007/64/KE u għandhom ikunu żgurati b’mod sħiħ. |
(14) |
L-istandardizzazzjoni teknika hija pass importanti fl-integrazzjoni tan-netwerks, bħas-suq tal-pagamenti tal-Unjoni. L-użu ta’ standards żviluppati minn korpi tal-istandardizzazzjoni internazzjonali jew Ewropej għandu jkun mandatorju minn data indikata għat-tranżazzjonijiet rilevanti kollha. Fil-kuntest tal-pagamenti, tali standards mandartorji jkunu l-IBAN, il-BIC, u l-istandard “ISO 20022 XML” għall-messaġġi tas-servizzi finanzjarji. L-użu ta’ dawk l-istandards mill-PSPs kollha hu għaldaqstant rekwiżit għall-interoperabilità sħiħa fl-Unjoni kollha. B’ mod partikolari, l-użu mandatorju tal-IBAN u l-BIC, fejn meħtieġ għandu jiġi promoss fl-Istati Membri permezz ta’ komunikazzjoni komprensiva u miżuri ta’ faċilitazzjoni ħalli t-tranżizzjoni lejn it-trasferimenti tal-krediti u d-debitti diretti fl-Unjoni kollha tkun tista’ ssir bla intoppi u b’mod faċli, partikolarment għall-konsumaturi. Il-PSPs għandhom ikunu jistgħu jaqblu, bilateralment jew multilateralment, fuq l-espansjoni tal-karattri Latini bażiċi stabbilita biex issostni varjazzjonijiet reġjonali ta’ messaġġi SEPA standard. |
(15) |
Huwa assolutament kruċjali li l-atturi kollha, u partikolarment iċ-ċittadini tal-Unjoni, ikunu informati kif suppost, b’mod f’waqtu, sabiex ikunu ppreparati bis-sħiħ għall-bidliet li se ġġib magħha s-SEPA. Partijiet interessati ewlenin bħall-PSPs, amministrazzjonijiet pubbliċi u banek ċentrali nazzjonali kif ukoll utenti oħra li jagħmlu użu kbir minn pagamenti regolari għandhom għalhekk iwettqu kampanji ta’ informazzjoni speċifiċi u estensivi, proporzjonati għall-ħtieġa u mfassla għall-udjenza tagħhom kif jista’ jkun meħtieġ, sabiex jissensibilizzaw lill-pubbliku u jippreparaw liċ-ċittadini għal migrazzjoni lejn is-SEPA. B’mod partikolari, hemm il-ħtieġa li ċ-ċittadini jiffamiljarizzaw ruħhom mal-migrazzjoni minn BBAN għall-IBAN. Il-kumitati nazzjonali ta’ koordinazzjoni tas-SEPA huma l-iktar indikati biex jikkoordinaw tali kampanji ta’ informazzjoni. |
(16) |
Sabiex ikun jista’ jkun hemm proċess ta’ tranżizzjoni miftiehem fl-interess taċ-ċarezza u s-sempliċità għall-konsumaturi, hu xieraq li tiġi stabbilita skadenza unika għall-migrazzjoni sa meta t-trasferimenti tal-kreditu u t-tranżazzjonijiet tad-debiti diretti kollha għandhom jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti tekniċi, filwaqt li jħallu s-suq miftuħ għal iżjed żvilupp u innovazzjoni. |
(17) |
Għal perijodu transitorju, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jippermettu lill-PSPs li jħallu lill-konsumaturi jkomplu jużaw il-BBAN għal tranżazzjonijiet nazzjonali ta’ pagament bil-kundizzjoni li l-interoperabilità tkun żgurata bil-konverżjoni tal-BBAN teknikament u b’mod sikur fl-identifikatur uniku tal-kont ta’ pagament rispettiv mill-PSP kkonċernat. Il-PSP m’għandux jimponi mposti diretti jew indiretti jew kwalunkwe tariffa oħra b’rabta ma’ dak is-servizz. |
(18) |
Għalkemm il-livell ta’ żvilupp ta’ servizzi ta’ trasferimenti tal-kreditu u debiti diretti jvarja minn Stat Membru għal ieħor, data ta’ skadenza komuni fl-aħħar ta’ perijodu ta’ żmien adegwat għall-implimentazzjoni, li tippermetti li l-proċessi kollha meħtieġa jseħħu tkun tikkontribwixxi għal migrazzjoni koordinata, koerenti u integrata għas-SEPA u tgħin fil-prevenzjoni tas-SEPA b’żewġ veloċitajiet, li tista’ toħloq konfużjoni akbar fost il-konsumaturi. |
(19) |
Il-PSPs u l-PSU għandu jkollhom ħin biżżejjed biex jadattaw għar-rekwiżiti tekniċi. Iżda, dan il-perijodu ta’ żmien ta’ adattament m’għandux mingħajr raġuni jittardja l-benefiċċji għall-konsumaturi jew jikkastiga l-isforz ta’ operaturi proattivi li diġà qalbu għall-SEPA. Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet nazzjonali u transkonfinali ta’ pagament, il-PSPs għandhom jipprovdu s-servizzi tekniċi neċessarji lill-klijent bl-imnut sabiex jiżguraw konverżjoni bla tfixkil u sikura għar-rekwiżiti tekniċi stipulati f’dan ir-Regolament. |
(20) |
Huwa importanti li tkun ipprovduta ċ-ċertezza legali għall-industrija tal-pagamenti fuq mudelli tan-negozju għad-debiti diretti. Ir-regolamentazzjoni ta’ tariffi multilaterali tal-interkambju (MIFs) għal debiti diretti hija essenzjali għall-ħolqien ta’ kundizzjonijiet newtrali tal-kompetizzjoni bejn PSPs u biex jippermetti l-iżvilupp ta’ suq uniku għad-debiti diretti. Tariffi bħal dawn għat-tranżazzjonijiet li jkunu rrifjutati, ma jiġux aċċettati, irritornati jew jiġu rriversjati minħabba li ma jkunux jistgħu jiġu eżekwiti sew jew jirriżultaw fi proċessar ta’ eċċezzjoni (l-hekk imsejħa “transazzjonjiet-R” fejn l-ittra R tista’ tfisser “twarrib”, “rifjut”, “ritorn lura”, “riversjar”, “revoka” jew “talbiet għall-kanċellazzjoni”), jistgħu jgħinu biex l-ispejjeż jiġu allokati b’mod effiċjenti fi ħdan is-suq intern. Għalhekk, jidher li jkun ta’ benefiċċju għall-ħolqien ta’ suq Ewropew effikaċi tad-debiti diretti li jiġu pprojbiti l-MIFs għal kull tranżazzjoni. Madanakollu, it-tariffi għat-tranżazzjonijiet-R għandhom ikunu permessi, sakemm ikunu konformi ma’ ċerti kundizzjonjiet. Il-PSPs iridu jipprovdu informazzjoni ċara u li tiftiehem lill-konsumaturi dwar it-tariffi għat-tranżazzjonijiet-R fl-interess tat-trasparenza u tal-protezzjoni tal-konsumatur. Fi kwalunkwe każ, ir-regoli tat-tranżazzjonijiet-R huma bla ħsara għall-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Barra minn hekk, ta’ min jinnota li b’mod ġenerali d-debiti diretti u l-ħlasijiet bil-kards għandhom karatteristiċi differenti, b’mod partikolari f’termini ta’ potenzjal ogħli għal benefiċjarju li jipprovdu inċentivi għall-użu tad-debitu dirett mingħand min iħallas permezz ta’ kuntratt pre-eżistenti bejn il-benefiċjarju u min iħallas, filwaqt li fil-pagamenti bil-kards ma jeżisti l-ebda kuntratt minn qabel bħal dan u t-tranżazzjoni ta’ pagament hija sikwit avveniment iżolat u irregolari. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet dwar l-MIFs għad-debiti diretti huma mingħajr preġudizzju għall-analiżi taħt ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni għall-MIFs għal tranżazzjonijiet ta’ pagament bil-kard. Servizzi obbligatorji addizzjonali mhumiex koperti mill-projbizzjoni taħt dan ir-Regolament fejn dawn ikunu distinti b’mod ċar u inekwivoku mis-servizzi ċentrali ta’ debitu dirett u fejn il-PSPs u l-PSUs huma kompletament liberi li joffru jew jużaw servizzi bħal dawn. Madankollu, dawn jibqgħu suġġetti għar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u dawk nazzjonali. |
(21) |
Għaldaqstant, il-possibbiltà li tiġi applikata MIF għal kull tranżazzjoni nazzjonali jew transkonfinali ta’ debiti diretti għandha tkun limitata fiż-żmien u għandhom jiġu stipulati kundizzjonijiet ġenerali għall-applikazzjoni ta’ tariffi għall-interkambju għat-tranżazzjonijiet-R. |
(22) |
Il-Kummissjoni għandha tissorvelja il-livell tat-tariffi tat-tranżazzjonijiet-R fl-Unjoni kollha. It-tariffi tat-tranżazzjonijiet-R fis-suq intern għandhom jikkonverġu maż-żmien sabiex ma jvarjawx minn Stat Membru għal ieħor sa ċertu punt li jheddu il-bażi komuni. |
(23) |
F’xi Stati Membri, hemm ċerti servizzi li ilhom jintużaw ta’ pagament li huma trasferimenti ta’ krediti jew debiti diretti iżda li għandhom funzjonalitajiet speċifiċi ħafna ta’ spiss minħabba raġunijiet storiċi jew legali. Il-volum tat-tranżazzjonijiet ta’ dawn is-servizzi huwa normalment marġinali. Tali servizzi jistgħu għaldaqstant jiġu kklassifikati bħala prodotti niċċa. Perjiodu tranżizzjonali għal dawn il-prodotti niċċa, twil biżżejjed biex jimminimizza l-impatt tal-migrazzjoni fuq l-PSUs, għandu jgħin liż-żewġ naħat tas-suq biex jiffukaw l-ewwel fuq il-migrazzjoni tal-biċċa l-kbira tat-trasferimenti tal-krediti u d-debiti diretti, biex b’hekk jippermetti li l-maġġoranza tal-benefiċċji potenzjali ta’ suq integrat tal-pagamenti fl-Unjoni jinkisbu qabel. F’xi Stati Membri jeżistu strumenti speċifiċi ta’ debitu dirett li jidhru simili ħafna għat-tranżazzjonijiet bil-kard tal-pagament peress li min iħallas juża l-kard fil-punt tal-bejgħ biex jibda t-tranżazzjoni ta’ pagament imma t-tranżazzjoni ta’ pagament sottostanti hija debitu dirett. F’każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament bħal dawn il-kard tintuża biss għal rendikont sabiex tiffaċilita l-produzzjoni elettronika tal-mandat, li jrid jiġi ffirmat minn min iħallas fil-punt tal-bejgħ. Għalkemm servizz ta’ pagament bħal dan ma jistax jiġi kklassifikat bħala prodott niċċa, hemm bżonn ta’ perijodu tranżizzjonali fir-rigward ta’ servizzi ta’ pagament bħal dawn minnħabba l-volum sostanzjali tat-tranżazzjonijiet involuti. Sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jimplimentaw sostitut adegwat għas-SEPA, dak il-perijodu ta’ tranżizzjoni għandu jkun twil biżżejjed. |
(24) |
Għall-funzjonament propju tas-suq intern għal-pagamenti hu essenzjali li jiġi żgurat li dawk li jħallsu bħal konsumaturi, negozji jew awtoritajiet pubbliċi jkunu jistgħu jibagħtu trasferimenti tal-kreditu għal kontijet ta’ pagament li l-benefiċjarji jkollhom għand PSPs li jinsabu fi Stati Membri oħra u li jkunu aċċessibbli skont dan ir-Regolament. |
(25) |
Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel għas-SEPA, kwalunkwe awtorizzazzjoni valida min-naħa tal-benefiċjarju biex jinġabru debiti diretti rikorrenti fi skema li ilha tintuża għandha tibqa’ valida wara d-data għall-migrazzjoni stabbilita f’dan ir-Regolament. Awtorizzazzjoni bħal din għandha titqies li tirrappreżenta l-kunsens lill-PSP ta’ min irid iħallas biex iħallas id-debiti diretti rikorrenti miġbura mill-benefiċjarju b’konformità ma’ dan ir-Regolament, fin-nuqqas ta’ liġi nazzjonali relatata mal-validità kontinwa tal-mandat jew ta’ ftehimiet tal-konsumatur li jbiddlu l-mandati ta’ debiti diretti biex jippermettu l-kontinwità tagħhom. Madankollu, id-drittijiet tal-konsumatur iridu jkunu mħarsa u fejn mandati ta’ debitu dirett eżistenti għandhom drittijiet bla kundizzjonijiet ta’ rimessa, tali drittjiet għandhom jinżammu. |
(26) |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħa biex iwettqu dmirijiet tagħhom ta’ sorveljanza b’mod effikaċi u biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa inkluża l-kunsiderazzjoni ta’ lmenti sabiex jiżguraw li l-PSPs jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ilmenti kontra l-PSPs għar-raġuni li ma jikkonformawx ma dan ir-Regolament jistgħu jiġu ppreżentati u li dan ir-Regolament jista’ jiġi nfurzat b’mod effettiv u effiċjenti permezz ta’ meżżi amministrattivi jew ġuridiċi. Sabiex titrawwem konformità ma’ dan ir-Regolament l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri differenti għandhom jikkooperaw bejniethom u, fejn xieraq, mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri u awtoritajiet kompetenti rilevanti oħra, bħall-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) (ABE), maħtura skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali bħala applikabbli għall-PSPs. |
(27) |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għal ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawn il-penalitajiet ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi u li jiġu applikati. Dawk il-penalitajiet m’għandhomx ikunu applikati fil-konfront tal-konsumaturi. |
(28) |
Sabiex jiżguraw il-possibbilità ta’ rimedju meta dan ir-Regolament ma jiġix applikat sew, jew meta jinħoloq tilwim bejn il-PSUs u l-PSPs li jikkonċerna drittijiet u obbligi li joħorgu minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri lil hinn mill-qrati għall-ilmenti u għar-rimedji li huma xierqa u effikaċi. Għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jiddeċiedu li dawk l-Artikoli japplikaw biss għall-konsumaturi jew għall-konsumaturi u l-mikrointrapriżi. |
(29) |
Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-ABE u lill-BĊE dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn proposta għall-emendar ta’ dan ir-Regolament. |
(30) |
Sabiex ikun żgurat li dawk ir-rekwiżiti tekniċi għat-trasferimenti tal-kreditu u d-debitu dirett bl-euro jibqgħu aġġornati, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE għanda tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dawk ir-rekwiżiti tekniċi. Fid-Dikjarazzjoni (Nru 39) dwar l-Artikolu 290 TFUE, annessa mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta’ Lisbona, il-Konferenza ħadet nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tkompli tikkonsulta mal-esperti maħtura mill-Istati Membri fit-tħejjija ta’ abbozzi ta’ atti delegati fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, f’konformità mal-prattika stabbilita tagħha. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjoni xierqa u trasparenti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż mal-BĊE u l-partijiet interessati relevanti kollha. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(31) |
Peress li l-PSPs li jinsabu fl-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro jkollhom iwettqu xogħol preparatorju speċjali barra s-suq tal-pagamenti għall-munita nazzjonali tagħhom, dawn il-PSPs għandhom jitħallew jiddifferixxu l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi għal ċertu perijodu. L-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro għandhom, madankollu, jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi sabiex tinħoloq żona Ewropea ta’ pagament ta’ vera, li ssaħħaħ is-suq intern. |
(32) |
Sabiex jiġi żgurat appoġġ pubbliku wiesa’ għas-SEPA, huwa essenzjali li jkun hemm livell għoli ta’ protezzjoni għal min iħallas, b’mod partikolari għal tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett. L-unika skema ta’ debitu dirett għall-konsumaturi pan-Ewropea kurrenti żviluppata mill-EPC tipprovdi għal dritt ta’ rifużjoni “mingħajr mistoqsijiet”, bla kundizzjonijiet għall-pagamenti awtorizzati f’perijodu ta’ tmien ġimgħat mid-data li fiha l-fondi kienu debitati, waqt li dak id-dritt ta’ rifużjoni huwa suġġett għal diversi kondizzjonijiet skont l-Artikoli 62 u 63 tad-Direttiva 2007/64/KE. Fid-dawl tas-sitwazzjoni prevalenti tas-suq u tal-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, l-impatt ta’ dawk id-dispożizzjonijiet għandu jkun evalwat fir-rapport li, skont l-Artikolu 87 tad-Direttiva 2007/64/KE, il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Novembru 2012, tressaq quddiem il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-BĊE akkumpanjat, fejn ikun xieraq, minn proposta għar-reviżjoni tiegħu. |
(33) |
Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (9) tirregola l-ipproċessar tad-data personali mwettqa skont dan ir-Regolament. Il-migrazzjoni għas-SEPA u l-introduzzjoni ta’ standards u regoli komuni għall-pagamenti għandhom ikunu bbażati fuq il-konformità mal-liġi nazzjonali dwar il-protezzjoni ta’ data personali sensittiva fl-Istati Membri u għandha tissalvagwardja l-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni. |
(34) |
Il-messaġġi finanzjarji relatati mal-pagamenti u t-trasferimenti fis-SEPA huma barra mill-ambitu tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika tat-28 ta’ Ġunju 2010 dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ Data dwar Messaġġi Finanzjarji mill-Unjoni Ewropea għall-Istati Uniti tal-Amerika għall-finijiet tal-Programm dwar ir-Rintraċċar tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (10). |
(35) |
Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta’ rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għaldaqstant jista’, minħabba l-qies jew l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan. |
(36) |
Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 924/2009, l-Istati Membri għandhom ineħħu l-obbligi tar-rappurtar nazzjonali abbażi tas-saldi fuq PSPs, għall-istatistika tal-bilanċ tal-pagamenti li jirrelataw ma’ tranżazzjonijiet ta’ pagament tal-klijenti tagħhom sa EUR 50 000. Il-ġbir ta’ statisika dwar il-bilanċ tal-pagamenti abbażi tas-saldi ħareġ wara t-tmiem tal-kontrolli tal-kambju estern u sal-lum, ikkostitwixxa sors ewlieni tad-data flimkien ma’ oħrajn bħal stħarriġ dirett, b’hekk jikkontribwixxi għal statistika ta’ kwalità tajba. Mill-bidu tas-snin disgħin xi Stati Membri għażlu li jistrieħu aktar fuq informazzjoni rrappurtata direttament minn kumpaniji u familji milli fuq data rrappurtata permezz ta’ banek f’isem il-klijenti tagħhom. Għalkemm ir-rappurtar abbażi tas-saldi jirrappreżenta soluzzjoni li, f’termini tas-soċjetà kollha kemm hi, tnaqqas l-ispiża tal-kumpilazzjoni tal-bilanċ tal-pagamenti filwaqt li tiżgura statistika ta’ kwalità tajba, f’termini stretti ta’ pagamenti transkonfinali ż-żamma ta’ dan it-tip ta’ rappurtar f’xi Stati Membri jista’ jnaqqas l-effiċjenza u jżid l-ispejjeż. Peress li wieħed mill-għanijiet tas-SEPA huwa t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-pagamenti transkonfinali, ir-rappurtar tal-bilanċ tal-pagamenti abbażi tas-saldi għandu jkun abolit kompletament. |
(37) |
Sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali huwa xieraq li l-iskadenzi tat-tariffi tal-interkambju stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 924/2009 jiġu allinjati mad-dispożizzjonijet stipulati f’dan ir-Regolament. |
(38) |
Ir-Regolment (KE) Nru 924/2009 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u ambitu
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għat-tranżazzjonijiet ta’ trasferiment tal-kreditu u ta’ debiti diretti denominati fl-euro fi ħdan l-Unjoni meta kemm il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min iħallas kif ukoll il-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-benefiċjarju jkunu jinsabu fl-Unjoni, jew fejn il-fornitur tas-servizz ta’ pagament uniku (PSP) involut fit-tranżazzjoni tal-pagament ikun jinsab fl-Unjoni.
2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal dawn li ġejjin:
(a) |
tranżazzjonijiet ta’ pagament imwettqa bejn u fi ħdan PSPs, inklużi l-aġenti u l-fergħat tagħhom, akkont tagħhom; |
(b) |
tranżazzjonijiet ta’ pagamenti proċessati u mħallsa permezz ta’ sistemi ta’ pagament ta’ valur għoli, esklużi t-tranżazzjonijiet ta’ pagament ta’ debitu dirett li min iħallas ma talabx espliċitament li jgħaddu minn sistema ta’ pagament ta’ valur għoli; |
(c) |
tranżazzjonijiet ta’ pagamenti permezz ta’ kard ta’ pagament jew strument simili, inkluż il-ġbid ta’ kontanti, sakemm il-kard ta’ pagament jew strument simili jintuża biss biex jiġġenera l-informazzjoni rikjesta biex jagħmel b’mod dirett trasferiment ta’ kreditu jew debitu dirett ġo u minn kont tal-pagament identifikat minn BBAN jew IBAN; |
(d) |
tranżazzjonijiet ta’ pagamenti bi kwalunkwe strument tat-telekomunikazzjoni, diġitali jew tal-IT, jekk tali tranżazzjonijiet ta’ pagament ma jirriżultawx fi trasferiment ta’ kreditu jew debitu dirett minn ġo u lejn kont tal-pagament identifikat minn BBAN jew IBAN; |
(e) |
tranżazzjonijiet ta’ ħlas ta’ flus kif iddefiniti fl-Artikolu 4(13) tad-Direttiva 2007/64/KE; |
(f) |
tranżazzjonijiet ta’ pagamenti li jittrasferixxu flus elettroniċi skont il-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi (11), sakemm tranżazzjonijiet bħal dawn ma jirriżultawx fi trasferiment tal-kreditu jew debitu dirett minn jew ġo kont ta’ pagament identifikat minn BBAN jew IBAN. |
3. Fejn l-iskemi ta’ pagament jkunu bbażati fuq it-tranżazzjonijiet ta’ pagament minn trasferimenti tal-kreditu jew debiti diretti iżda jkollhom karatteristiċi jew servizzi addizzjonali mhux obbligatorji, dan ir-Regolament japplika biss għat-trasferimenti tal-kreditu jew d-debiti diretti sottostanti.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“trasferiment ta’ kreditu” tfisser servizz ta’ pagament nazzjonali jew transkonfinali għall-ikkreditjar tal-kont tal-pagament ta’ benefiċjarju bi tranżazzjoni ta’ pagament jew sensiliet ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mill-kont tal-pagament ta’ min iħallas mill-PSP li jżomm il-kont ta’ pagament ta’ min iħallas, fuq il-bażi ta’ struzzjoni mogħtija minn min iħallas; |
(2) |
“debitu dirett” tfisser servizz ta’ pagament nazzjonali jew transkonfinali għad-debitu ta’ kont ta’ pagament ta’ min iħallas, meta tranżazzjoni ta’ pagament tinbeda mill-benefiċjarju abbażi tal-kunsens ta’ min iħallas; |
(3) |
“min iħallas” tfisser pesuna fiżika jew ġuridika li jkollha kont ta’ pagament u tippermetti ordni ta’ pagament minn dak il-kont ta’ pagament, jew, kont ta’ pagament fejn ma jkun hemm l-ebda kont ta’ pagament ta’ min iħallas, tkun persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel ordni ta’ pagament għall-kont ta’ pagament ta’ benefiċjarju; |
(4) |
“benefiċjarju” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li għandha kont tal-pagament u li tkun ir-reċipjent intiż tal-fondi li kienu s-suġġett tat-tranżazzjoni ta’ pagamenti; |
(5) |
“kont ta’ pagament” tfisser kont miżmum f’isem ta’ utent wieħed jew iżjed tas-servizz ta’ pagament li jintuża għat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagamenti; |
(6) |
“sistema ta’ pagament” tfisser sistema ta’ trasferiment ta’ fondi b’arranġamenti formali u standardizzati u regoli komuni għall-ipproċessar, l-ikklerjar jew saldu ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament; |
(7) |
“skema ta’ pagamenti” tfisser sett uniku ta’ regoli, prassi u standards u/jew linji gwida ta’ implimentazzjoni miftiehma bejn il-PSPs għat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagamenti madwar l-Unjoni u fl-Istati Membri, u li tkun separata minn kwalunkwe infrastruttura jew sistema ta’ pagament li ssostni t-tħaddim tagħha; |
(8) |
“PSP” tfisser fornitur tas-servizzi ta’ pagament li jaqa’ taħt kwalunkwe waħda mill-kategoriji msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2007/64/KE u l-persuni ġuridiċi u fiżiċi msemmija fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/64/KE, iżda esklużi l-korpi elenkati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Europew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (12) li jibbenefikaw minn rinunzja skont l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2007/64/KE; |
(9) |
“PSU” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel użu minn servizz ta’ pagament fil-kapaċità ta’ min iħallas jew ta’ benefiċjarju; |
(10) |
“tranżazzjoni ta’ pagament” tfisser azzjoni ta’ trasferiment ta’ fondi bejn kontijiet tal-pagament fl-Unjoni, mibdija minn min iħallas jew mill-benefiċjarju, irrispettivament minn kwalunkwe obbligu sottostanti bejn min iħallas u l-benefiċjarju; |
(11) |
“ordni ta’ pagament” tfisser struzzjoni minn min iħallas jew mill-benefiċjarju lill-PSP tiegħu li titlob it-twettiq ta’ tranżazzjoni ta’ pagament; |
(12) |
“tariffa tal-interkambju” tfisser tariffa mħallsa bejn il-PSPs ta’ min iħallas u l-PSP tal-benefiċjarju għal tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett; |
(13) |
“MIF” tfisser tariffa tal-interkambju multilaterali li hija suġġetta għal arranġament bejn iktar minn żewġ PSPs; |
(14) |
“BBAN” tfisser identifikatur tan-numru tal-kont tal-pagament, li mingħajr ambigwità jidentifika kont ta’ pagament individwali b’PSP fi Stat Membru u li jista’ jintuża biss għal tranżazzjonijiet nazzjonali ta’ pagament filwaqt li l-istess kont ta’ pagament ikun identifikat mill-IBAN għal tranżazzjonijiet ta’ pagament transkonfinali; |
(15) |
“IBAN” tfisser identifikatur tan-numru tal-kont ta’ pagament internazzjonali, li mingħajr ambigwità jidentifika kont tal-pagament individwali fi Stat Membru, li l-elementi tiegħu huma speċifikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO); |
(16) |
“BIC” tfisser kodiċi tal-identifikazzjoni tan-negozju li b’mod mhux ambigwu jidentifika PSP, li l-elementi tiegħu huma speċifikati bl-ISO; |
(17) |
“L-istandard ISO 20022 XML” tfisser standard għall-iżvilupp ta’ messaġġi finanzjarji elettroniċi kif definiti mill-ISO, li jkopri r-rappreżentazzjoni fiżika tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament fis-sintassi XML, skont ir-regoli tan-negozju u l-linji gwida tal-implimentazzjoni ta’ skemi għall-Unjoni kollha għal tranżazzjonijiet ta’ pagament li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament; |
(18) |
“sistema ta’ pagament ta’ valur għoli” tfisser sistema ta’ pagament li l-għan ewlieni tagħha hu li tipproċessa, tiklerja jew tħallas tranżazzjonijiet ta’ pagament ta’ prijorità għolja u ta’ urġenza, u primarjament ta’ kwantità kbira; |
(19) |
“id-data tal-ħlas” tfisser data li fiha l-obbligi rigward it-trasferiment ta’ fondi jitwettqu bejn il-PSP ta’ min iħallas u l-PSP tal-benefiċjarju; |
(20) |
“ġbir” tfisser parti minn debitu dirett li tibda mill-inizjazzjoni tiegħu mill-benefiċjarju sa tmiem it-tranżazzjoni permezz ta’ debitu normali tal-kont ta’ pagament ta’ min iħallas; |
(21) |
“mandat” tfisser l-espressjoni ta’ kunsens u awtorizzazzjoni mogħtija minn min iħallas lill-benefiċjarju u (direttament jew indirettament permezz tal-benefiċjarju) lill-PSP ta’ min iħallas biex jippermetti lill-benefiċjarju jibda jiġbor id-debitu tal-kont tal-pagament speċifikat ta’ min iħallas u biex il-PSP ta’ min iħallas ikun jista’ jikkonforma ma’ tali istruzzjonijiet; |
(22) |
“sistema ta’ pagament bl-imnut” tfisser sistema ta’ pagament li l-għan ewlieni tagħha huwa li tipproċessa, tikklerja jew tħallas trasferimenti ta’ kreditu jew debiti diretti, li ġeneralment jinġabru flimkien għat-trażmissjoni u primarjament huma ta’ ammont żgħir u għandhom prijorità baxxa, u mhijiex sistema ta’ pagament li tkopri valuri għoljin; |
(23) |
“mikrointrapriża” tfisser intrapriża, li fil-waqt tal-konklużjoni tal-kuntratt tas-servizz tal-pagament, tkun intrapriża kif definita fl-Artikolu 1 u fl-Artikolu 2(1) u (3) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE (13); |
(24) |
“konsumatur” tfisser persuna naturali li taġixxi għal għanijiet li mhumiex ta’ kummerċ, negozju jew professjoni fil-kuntratti ta’ servizz ta’ pagament; |
(25) |
“tranżazzjoni-R” tfisser tranżazzjoni ta’ pagament li ma tistax tkun eżegwita kif suppost minn PSP jew li tirriżulta fi proċessar ta’ eċċezzjoni, inter alia minħabba nuqqas ta’ fondi, revoka, ammont ħażin jew data ħażina, nuqqas ta’ mandat jew kont ħażin jew magħluq; |
(26) |
“tranżazzjoni ta’ pagament transkonfinali” tfisser tranżazzjoni ta’ pagament mibdija minn min se jħallas jew minn benefiċjarju fejn il-PSP ta’ min se jħallas u l-PSP tal-benefiċjarju jinsabu fi Stati Membri differenti; |
(27) |
“tranżazzjoni ta’ pagament nazzjonali” tfisser tranżazzjoni ta’ pagament mibdija minn min se jħallas jew minn benefiċjarju, fejn il-PSP ta’ min se jħallas u l-PSP tal-benefiċjarju jinsabu fl-istess Stat Membru; |
(28) |
“parti ta’ referenza” tfisser persuna naturali jew legali li f’ isimha, min iħallas jagħmel pagament jew benefiċjarju jirċievi pagament. |
Artikolu 3
Aċċessibbiltà
1. Il-PSP tal-benefiċjarju li huwa aċċessibbli għal trasferiment taħt skema ta’ pagament għandu jkun aċċessibbli, skont ir-regoli tal-iskema ta’ pagament applikabbli madwar l-Unjoni kollha, għat-trasferimenti tal-krediti mibdija minn min iħallas permezz ta’ PSP li jinsab fi kwalunkwe Stat Membru.
2. Il-PSP ta’ min iħallas li huwa aċċessibbli għal debitu dirett nazzjonali taħt skema ta’ pagament għandu jkun aċċessibbli, skont ir-regoli tal-iskema ta’ pagament applikabbli madwar l-Unjoni kollha, għat-trasferimenti tad-debiti mibdija minn benefiċjarju permezz ta’ PSP li jinsab fi kwalunkwe Stat Membru.
3. Il-paragrafu 2 għandu japplika biss għad-debiti diretti li huma disponibbli għal min iħallas skont l-iskema ta’ pagament.
Artikolu 4
Interoperabilità
1. L-iskemi ta’ pagament li se jintużaw mill-PSPs bl-iskop li jitwettqu trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
ir-regoli tagħhom ikunu l-istess għat-tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu fl-Unjoni u b’ mod simili għal tranżazzjonijiet nazzjonali jew transkonfinali ta’ debiti diretti fl-Unjoni; u |
(b) |
il-parteċipanti fl-iskema ta’ pagament jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-PSPs fi ħdan il-maġġoranza tal-Istati Membri, u jikkostitwixxu maġġoranza tal-PSPs fl-Unjoni, filwaqt li jitqiesu biss il-PSPs li jipprovdu trasferimenti ta’ kreditu jew debiti diretti rispettivament. |
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, fejn la min iħallas u lanqas il-benefiċjarju mhu konsumatur, huma biss l-Istati Membri fejn tali servizzi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-PSPs u PSPs biss li jipprovdu servizzi bħal dawn għandhom jitqiesu.
2. L-operatur jew, fin-nuqqas ta’ operatur formali, il-parteċipanti f’sistema ta’ pagamenti bl-imnut fl-Unjoni għandhom jiżguraw li s-sistema ta’ pagament tagħhom tkun teknikament interoperabbli ma’ sistemi oħra ta’ pagament tal-konsumatur fl-Unjoni permezz tal-użu ta’ standards żviluppati minn korpi tal-istandardizzazzjoni internazzjonali jew Ewropej. Barra minn hekk, huma m’għandhomx jadottaw regoli tan-negozju li jirrestrinġu l-interoperabilità ma’ sistemi oħra ta’ pagament bl-imnut fl-Unjoni. Is-sistemi ta ’ pagament imsemmija fid-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (14) għandhom ikunu obbligati biss jiżguraw l-interoperabilità teknika ma’ sistemi ta’ pagament oħra magħżula taħt l-istess Direttiva.
3. L-ipproċessar tat-trasferimenti tal-kreditu u d-debiti diretti ma għandux jiġi mfixkel b’ostakli tekniċi.
4. Is-sid tal-iskema ta’ pagament, jew fejn ma jkunx hemm sid formali tal-iskema ta’ pagament, il-parteċipant ewlieni ta’ skema ta’ pagament bl-imnut ġdida li qed tidħol fis-suq li jkollha parteċipanti f’tal-inqas tmien Stati Membri, jista’ japplika lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn is-sid jew il-parteċipant ewlieni tal-iskema ta’ pagament jkun jinsab għal eżenzjoni temporanja mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1. Dawk l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra fejn l-iskema l-ġdida li dieħla fis-suq għandha parteċipant, il-Kummissjoni u l-BĊE, tali eżenzjoni għal massimu ta’ tliet snin. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq il-potenzjal tal-iskema l-ġdida li dieħla fis-suq li tiżviluppa fi skema ta’ pagament pan-Ewropea sħiħa u fuq il-kontribut tagħha biex ittejjeb il-kompetizzjoni jew tippromwovi l-innovazzjoni.
5. Bl-eċċezzjoni tas-servizzi ta’ pagament li jibbenefikaw minn eżenzjoni skont l-Artikolu 16(4), dan l-Artikolu għandu jidħol fis-seħħ sal-1 ta’ Frar 2014.
Artikolu 5
Rekwiżiti għat-trasferiment ta’ kreditu u għat-tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett
1. Il-PSPs għandhom iwettqu t-trasferiment tal-kreditu u tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett skont ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
huma iridu jużaw l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness għall-identifikazzjoni tal-kontijiet tal-pagament tkun fejn tkun il-lokazzjoni tal-PSP kkonċernat; |
(b) |
huma iridu jużaw il-formati tal-messaġġi speċifikati fil-punt (1)(b) tal-Anness, meta jittrasmettu tranżazzjonijiet ta’ pagament lil PSP ieħor jew permezz ta’ sistema ta’ pagament bl-imnut; |
(c) |
huma iridu jiżguraw li l-PSUs jużaw l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness għall-identifikazzjoni tal-kontijet ta’ pagament kemm jekk il-PSP ta’ min iħallas u kemm jekk il-PSP tal-benefiċjarju jew l-uniku PSP fit-tranżazzjoni ta’ pagament jinsabux fl-istess Stat Membru jew fi Stati Membri differenti; |
(d) |
huma jridu jiżguraw li fejn PSU li mhux konsumatur jew mikrointrapriża, jibda jew jirċievi trasferimenti ta’ kreditu individwali jew debiti diretti individwali li ma jkunux trasmessi individwalment, iżda jkunu mgħaqqda flimkien għat-trasmissjoni, jintużaw il-formati tal-messaġġi speċifikati f’punt (1)(b) tal-Anness. |
Mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-PSPs għandhom, fuq talba speċifika tal-PSU, jużaw il-formati tal-messaġġi speċifikati fil-punt (1)(b) tal-Anness fir-rigward ta’ dak il-PSU.
2. Il-PSPs għandhom jagħmlu trasferimenti ta’ kreditu skont ir-rekwiżiti li ġejjin, suġġett għal kwalunkwe obbligu stipulat fil-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE:
(a) |
il-PSP ta’ min iħallas irid jiżgura li min iħallas jipprovdi l-elementi tad-data speċifikati fil-punt (2)(a) tal-Anness; |
(b) |
il-PSP ta’ min iħallas irid jipprovdi l-elementi tad-data speċifikati fil-punt (2)(b) tal-Anness lill-PSP tal-benefiċjarju; |
(c) |
il-PSP tal-benefiċjarju irid jipprovdi jew iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju l-elementi tad-data speċifikati fil-punt (2)(d) tal-Anness. |
3. Il-PSPs għandhom iwettqu debiti diretti skont ir-rekwiżiti li ġejjin, suġġett għal kwalunkwe obbligu stipulat fil-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE:
(a) |
il-PSP tal-benefiċjarju irid jiżgura li:
|
(b) |
il-PSP tal-benefiċjarju irid jipprovdi lill-PSP ta’ min iħallas bl-elementi tad-data speċifikati fil-punt (3)(b) tal-Anness; |
(c) |
il-PSP ta’ min iħallas irid jipprovdi jew iqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ min iħallas l-elementi tad-data speċifikati fil-punt (3)(c) tal-Anness; |
(d) |
min iħallas irid ikollu d-dritt jagħti istruzzjonijiet lill-PSP tiegħu:
|
Meta la min iħallas u lanqas il-benefiċjarju ma jkun konsumatur, il-PSPs m’għandhomx l-obbligu li jikkonformaw mal-punti (d)(i), (ii) jew (iii).
Il-PSP ta’ min iħallas għandu jinforma lill min iħallas dwar id-drittijiet imsemmija fil-punt (d) skont l-Artikoli 41 u 42 tad-Direttiva 2007/64/KE.
Mal-ewwel tranżazzjoni ta’ debitu dirett jew tranżazzjoni ta’ debitu dirett ta’ darba u ma’ kull tranżazzjoni ta’ debitu dirett sussegwenti, il-benefiċjarju għandu jibgħat l-informazzjoni relatata mal-mandat lill-PSP tiegħu jew tagħha u l-PSP tal-benefiċjarju għandu jittrażmetti dik l-informazzjoni relatata mal-mandat lill-PSP ta’ min iħallas ma’ kull debitu dirett.
4. Barra mir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, il-benefiċjarju li jaċċetta trasferimenti ta’ kreditu għandu jikkomunika l-identifikatur tal-kont ta’ pagament tiegħu speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness u, sal-1 ta’ Frar 2014 għal tranżazzjonijiet ta’ pagament nazzjonali u sal-1 ta’ Frar 2016 għal tranżazzjonijiet ta’ pagamenti transkonfinali, iżda biss fejn ikun xieraq, il-BIC tal-PSP tiegħu lil min qed iħallsu, meta trasferiment ta’ kreditu jkun mitlub.
5. Qabel l-ewwel transazzjoni ta’ debitu dirett, min iħallas għandu jikkomunika l-identifikatur tal-kont tal-pagament tiegħu speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness. Il-BIC ta’ PSP ta’ min iħallas għandu jkun ikkomunikat sal-1 ta’ Frar 2014 għal tranżazzjonijiet ta’ pagament nazzjonali u sal-1 ta’ Frar 2016 għal tranżazzjonijiet ta’ pagament transkonfinali minn min iħallas imma biss fejn ikun meħtieġ.
6. Meta l-qafas ta’ ftehim bejn min iħallas u l-PSP ta’ min iħallas ma jipprovdix għad-dritt ta’ rifużjoni, il-PSP ta’ min iħallas għandu, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu (3)(a)(ii), jivverifika kull tranżazzjoni ta’ debitu dirett, biex jara jekk l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ debitu dirett sottomessa huwiex ugwali għall-ammont u l-perjodiċità miftehmin fil-mandat qabel ma jiġi ddebitat il-kont ta’ pagament ta’ min iħallas, fuq il-bażi tal-informazzjoni relatata mal-mandat.
7. Wara l-1 ta’ Frar 2014, għal tranżazzjonijiet ta’ pagamenti nazzjonali u wara l-1 ta’ Frar 2016 għal tranżazzjonijiet ta’ pagamenti transkonfinali l-PSPs m’għandhomx jirrikjedu l-PSUs biex jindikaw il-BIC tal-PSP ta’ min iħallas jew tal-PSP tal-benefiċjarju.
8. Il-PSPs ta’ min iħallas u l-PSP tal-benefiċjarju m’għandhomx jitolbu ħlasijiet jew tariffi addizzjonali fuq il-proċess tal-qari biex ikun awtomatikament iġġenerat mandat għal dwak it-tranżazzjonijiet ta’ pagament mibdija permezz jew bl-użu ta’ kard tal-pagament fil-punt tal-bejgħ, li jirriżultaw f’debitu dirett.
Artikolu 6
Skadenzi
1. Sal-1 ta’ Frar 2014, it-trasferimenti tal-kreditu jridu jibdew jitwettqu skont ir-rekwiżiti tekniċi stipulati fl-Artikolu 5(1), (2) u (4) u fil-punti 1 u 2 tal-Anness.
2. Sal-1 ta’ Frar 2014, id-debiti diretti jridu jibdew jitwettqu skont l-Artikolu 8(2) u (3) u skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1), (3), (5), (6) u (8) u fil-punti 1 u 3 tal-Anness.
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, debiti diretti jridu jibdew jitwettqu skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8(1) sal-1 ta’ Frar 2017 għal-pagamenti nazzjonali u sal-1 ta’ Novembru 2012 għal-pagamenti transkonfinali.
4. Għall-tranżazzjonijet ta’ pagament nazzjonali Stat Membru jew, bl-approvazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, il-PSPs ta’ Stat Membru jistgħu, wara li jqisu u jevalwaw kemm huma mħejjija u lesti ċ-ċittadini tagħhom, jistabbilixxu dati aktar kmieni minn dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 7
Il-validità tal-mandati u dritt għal rifużjoni
1. Awtorizzazjoni valida min-naħa tal-benefiċjarju biex jinġabru debiti diretti rikorrenti fi skema ta’ pagament li ilha tintuża qabel l-1 ta’ Frar 2014 għandha tibqa’ valida wara dik id-data u għandha titqies li tirrappreżenta l-kunsens lill-PSP ta’ min iħallas biex jeżegwixxi id-debiti diretti rikorrenti li nġabru minn dak il-benefiċjarju b’konformità ma’ dan ir-Regolament fin-nuqqas ta’ liġi nazzjonali jew ftehimiet tal-konsumatur li bihom jibqgħu validi l-mandati ta’ debitu dirett.
2. Mandati kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhu jippermetti rifużjonijiet mingħajr kundizzjonijiet u rifużjonijiet bid-data b’lura għad-data ta’ meta ngħatat ir-rifużjoni tal-pagament fejn tali rifużjonijiet kienu previsti fil-qafas tal-mandat eżistenti.
Artikolu 8
Tariffi tal-interkambju għal tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-ebda MIF għal kull tranżazzjoni ta’ debitu dirett jew rimunerazzjoni oħra miftiehma b’għan jew effett ekwivalenti ma għandha tapplika għal tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett.
2. Għat-tranżazzjonijiet-R tista’ tiġi applikata MIF sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
l-arranġament jimmira li l-ispejjeż jiġu allokati b’mod effiċjenti lill-PSP li, jew lill-PSU tiegħu, li jkun ikkawża t-tranżazzjoni-R, kif meħtieġ, filwaqt li titqies l-eżistenza tal-ispejjeż tat-tranżazzjoni u jiżgura li min iħallas ma jkunx iċċarġjat awtomatikament, u il-PSP jiġi projbit milli jimponi tariffa fuq il-PSU rigward ċertu tip ta’ tranżazzjoni-R li jeċċedu l-ispiża li jkun għamel il-PSP għal tranżazzjonijiet bħal dawn; |
(b) |
it-tariffi huma bbażati strettament fuq l-ispejjeż; |
(c) |
il-livell tat-tariffi ma jaqbiżx l-ispejjeż attwali tat-trattament ta’ tranżazzjoni-R mill-PSP komparabbli l-iżjed effiċenti meta mqabbel mal-ispejjeż li jkun parti rappreżentattiva fl-arranġament f’termini ta’ volum ta’ tranżazzjonijiet u n-natura tas-servizzi; |
(d) |
l-applikazzjoni tat-tariffi skont il-punti (a), (b) u (c) tipprevjeni lill-PSP milli jimponi tariffi addizzjonali relatati mal-ispejjeż koperti minn dawk it-tariffi tal-interkambju fuq il-PSUs rispettivi tagħhom; |
(e) |
m’ hemm l-ebda alternattiva prattika u ekonomikament vijabbli għall-arranġament li tista’ twassal għal trattament ugwalment effikaċi jew aktar tat-tranżazzjonijiet-R bi spejjeż indaqs jew anqas għall-konsumaturi. |
Għall-iskopijiet tal-ewwel subparagrafu, kategoriji tal-ispejjeż li huma biss direttament u b’mod inekwivoku rilevanti għat-trattament tat-tranżazzjoni-R għandhom jitqiesu fil-kalkolu tat-tariffi tat-tranżazzjoni-R. Dawk l-ispejjeż għandhom jiġu ddeterminati b’mod preċiż. It-tqassim tal-ammont tal-ispejjeż, inkluża l-identifikazzjoni separata ta’ kull waħda mill-komponenti tiegħu, għandhom jiffurmaw parti mill-arranġament sabiex jippermettu verifika u sorveljanza faċli.
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-arranġamenti unilaterali minn PSP u għall-arranġamenti bilaterali bejn il-PSPs li għandhom għan jew effett ekwivalenti għal dak ta’ arranġament multilaterali.
Artikolu 9
Aċċessibbiltà tal-pagamenti
1. Persuna li tagħmel trasferimenti ta’ kreditu lill-benefiċjarju li għandu kont ta’ pagament fl-Unjoni ma għandhiex tispeċifika l-Istat Membru li fih dak il-kont ta’ pagament għandu jkollu l-lokazzjoni tiegħu sakemm dak il-kont ta’ pagament ikun aċċessibbli skont l-Artikolu 3.
2. Benefiċjarju li jaċċetta trasferimenti ta’ kreditu jew juża’ debitu dirett biex jiġbor il-fondi minn min irid iħallas li għandu kont ta’ pagament fl-Unjoni ma għandhux jispeċifika l-Istat Membru li fih dak il-kont ta’ pagament għandu jinstab, sakemm dak il-kont ta’ pagament ikun aċċessibbli skont l-Artikolu 3.
Artikolu 10
Awtoritajiet kompetenti
1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw bħala l-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament awtoritajiet pubbliċi, korpi rikonnoxxuti mil-liġi nazzjonali jew awtoritajiet pubbliċi li espliċitament tingħatalhom is-setgħa għal dak il-għan mil-liġi nazzjonali, inklużi banek ċentrali nazzjonali. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw korpi eżistenti biex jaġixxu ta’ awtoritajiet kompetenti.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-korpi maħtura skont il-paragrafu 1 sal-1 ta’ Frar 2013. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (“ABE”) mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla sussegwenti li tikkonċerna lil dawn l-awtoritajiet.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 ikollhom il-poteri kollha meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom. Meta fuq it-territorju tagħhom ikun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda għall-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn l-awtoritajiet jikkooperaw mill-qrib ħalli jkunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom b’mod effikaċi.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw il-konformità bil-PSPs ma’ dan ir-Regolament b’mod effettiv u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw din il-konformità. Huma għandhom jikkooperaw bejniethom b’konformità mal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2007/64/KE u mal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 11
Penalitajiet
1. L-Istati Membri għandhom, sal-1 ta’ Frar 2013, jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawn il-penalitajiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u miżuri sal-1 ta’ Awwissu 2013 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.
2. Il-penalitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-konsumaturi.
Artikolu 12
Proċeduri ta’ lmenti u rimedju barra mill-Qorti
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri xierqa u effettivi ta’ lmenti u rimedji barra mill-Qorti għas-soluzzjoni ta’ tilwim dwar id-drittijiet u l-obbligi li joħorġu minn dan ir-Regolament bejn il-PSUs u l-PSPs tagħhom. Għal dawn il-finijiet, l-Istati Membri għandhom jinnominaw korpi eżistenti jew fejn xieraq, jistabbilixxu korpi ġodda.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-korpi msemmija fil-paragrafu 1 sal-1 ta’ Frar 2013. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla sussegwenti li tikkonċerna lil dawn il-korpi.
3. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li dan l-Artikolu japplika biss għall-PSUs li jkunu konsumaturi jew biss għal dawk li jkunu konsumaturi u mikrointrapriżi. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tali dispożizzjoni sal-1 ta’ Awwissu 2013.
Artikolu 13
Id-delega tas-setgħa
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-Anness, sabiex jitqies il-progress tekniku u l-iżviluppi tas-suq.
Artikolu 14
Eżerċizzju ta’ setgħat delegati
1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Id-delega tas-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti msemmija fl-Artikolu 13 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mill-31 ta’ Marzu 2012. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 13 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 13 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’i żmien perijodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 15
Rieżami
Sal-1 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-BĊE u l-ABE rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament akkompanjat, jekk ikun xieraq, bi proposta.
Artikolu 16
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. B’ deroga mill-Artikoli 6(1) u (2), l-Istati Membri jistgħu, sal-1 ta’ Frar 2016, jħallu lill-PSPs jipprovdu lill-PSUs, b’servizzi ta’ konverżjoni għal tranżazzjonijiet ta’ pagament nazzjonali, li jippermettu lill-PSUs li jkunu konsumaturi jkomplu jużaw BBAN minflok l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness bil-kundizzjoni li l-interoperabilità tiġi żgurata billi jiġi konvertit il-BBAN ta’ min iħallas u tal-benefiċjarju b’mod tekniku u sikur fl-identifikatur tal-kont ta’ pagament rispettiv speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness. Dak l-identifikatur tal-kont ta’ pagament għandu jingħata lill-PSU inizjali, meta jkun xieraq qabel ma jsir il-pagament. F’każ bħal dan, il-PSPs m’għandhom jimponu l-ebda imposta jew tariffa oħra fuq il-PSU marbuta direttament jew indirettament ma’ dawn is-servizzi ta’ konverżjoni.
2. Il-PSPs li joffru servizzi ta’ pagament denominati fl-euro u dak li jinsabu fi Stat Membru li ma għandux l-euro bħala l-munita tiegħu għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 3 meta jkunu qegħdin joffru servizzi ta’ pagament f’euro sal-31 ta’ Ottubru 2016. Jekk, madankollu, l-euro jiġi introdott bħala l-munita ta’ kwalunkwe minn dawn l-Istati Membri qabel il-31 ta’ Ottubru 2015, il-PSP li jinsab f’dak l-Istat Membru għandu jikkonforma mal-Artikolu 3 fi żmien sena mid-data li fiha l-Istat Membru konċernat jidħol fiż-żona euro.
3. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jirrinunzjaw għar-rekwiżiti kollha jew uħud minnhom imsemmija fl-Artikolu 6(1) u (2) għal dawk it-trasferimenti ta’ kreditu u tranżazzjoniijiet ta’ debitu dirett b’sehem kumulattiv fis-suq, fuq il-bażi tal-istatistika uffiċjali tal-pagamenti ppubblikata annwalment mill-BĊE, ta’ inqas minn 10 % tal-għadd totali tat-trasferimenti tal-kreditu jew ta’ tranżazzjoniijiet ta’ debitu dirett rispettivament, f’dak l-Istat Membru sal-1 ta’ Frar 2016.
4. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jirrinunzjaw għar-rekwiżiti kollha, jew uħud minnhom imsemmija fl-Artikolu 6(1) u (2) għal dawk it-tranżazzjonijiet ta’ pagament ġġenerati bl-użu ta’ kard ta’ pagament fil-punt fejn sar il-bejgħ li jirriżulta f’debitu dirett lejn u minn kont ta’ pagament identifikat minn BBAN jew IBAN sal-1 ta’ Frar 2016.
5. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 6(1) u (2) l-Istati Membri jistgħu, sal-1 ta’ Frar 2016, jħallu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jirrinunzjaw għar-rekwiżit speċifiku li jużaw il-formati tal-messaġġi speċifikati fil-punt (1)(b) tal-Anness stipulat fl-Artikolu 5(1)(d) għal PSUs li jagħtu bidu jew jirċievu trasferimenti individwali ta’ kreditu jew debiti diretti li jiġu trażmessi flimkien. Minkejja rinunzja possibbli, il-PSPs għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(d) meta PSU jitlob tali servizz.
6. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 6(1) u (2), l-Istati Membri jistgħu jiddeferixxu r-rekwiżiti rigward l-għoti ta’ BIC għal tranżazzjonijiet ta’ pagament nazzjonali fl-Artikolu 5(4), (5) u (7) sal-1 ta’ Frar 2016.
7. Meta Stat Membru jkun biħsiebu juża deroga kif previst fil-paragrafi 1, 3, 4, 5 jew 6, dak l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’dan sal-1 ta’ Frar 2013, u għandu sussegwentement jippermetti lill-awtorità kompetenti tiegħu jirrevoka, kif rilevanti, ir-rekwiżiti kollha jew uħud mir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5, fl-Artikolu 6(1) jew (2) u fl-Anness, għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament rilevanti msemmija fil-paragrafi jew fis-subparagrafi rispettivi u għal perijodu mhux itwal minn dak tad-deroga. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bit-tranżazzjonijiet ta’ pagament soġġetti għad-deroga u b’kull bidla sussegwenti.
8. Il-PSPs li jinsabu fi, u l-PSUs li jużaw servizz ta’ pagament fi Stat Membru li m’għandux l-euro bħala l-munita tiegħu għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikoli 4 u 5 sal-31 ta’ Ottubru 2016. L-operaturi tas-sistemi ta’ pagament bl-imnut għal Stat Membru li ma għandux l-euro bħala l-munita tiegħu għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4(2) sal-31 ta’ Ottubru 2016.
Jekk, madankollu, l-euro jiġi introdott bħala l-munita ta’ kwalunkwe minn dawn l-Istati Membri qabel il-31 ta’ Ottubru 2015, il-PSPs jew meta jkun rilevanti l-operaturi tas-sistemi ta’ pagamenti bl-imnut li jinsabu f’dak l-Istat Membru u l-PSUs li jużaw servizz ta’ pagament f’dak l-Istat Membru għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rispettivi fi żmien sena mid-data li fiha l-Istat Membru konċernat ikun daħal fiż-żona euro, iżda mhux qabel id-dati rispettivi speċifikati għall-Istati Membri li għandhom l-euro bħala l-munita tagħhom fil-31 ta’ Marzu 2012.
Artikolu 17
Emendi tar-Regolament (KE) Nru 924/2009
Ir-Regolment (KE) Nru 924/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2, il-punt (10) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-imposti mitluba minn fornitur tas-servizz ta’ pagament mill-utent tas-servizz ta’ pagament fir-rigward ta’ pagamenti transkonfinali għandhom ikunu l-istess daqs l-imposti mitluba minn dak il-fornitur tas-servizz ta’ pagament fuq dak l-utent tas-servizz ta’ pagament għal pagamenti nazzjonali korrispondenti tal-istess valur u fl-istess munita.”; |
(3) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. B’effett mill-1 ta’ Frar 2016, l-Istati Membri għandhom ineħħu l-obbligi tar-rappurtar nazzjonali abbażi tas-saldu fuq il-fornituri tas-servizz ta’ pagament, għall-istatistika tal-bilanċ ta’ pagamenti relatati ma’ tranżazzjonijiet ta’ pagament tal-klijenti tagħhom.”. |
(5) |
L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(6) |
L-Artikolu 8 huwa mħassar. |
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Marzu 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
N. WAMMEN
(1) ĠU C 155, 25.5.2011, p. 1.
(2) ĠU C 218, 23.7.2011, p. 74.
(3) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Frar 2012 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2012.
(4) ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 166.
(5) ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 43.
(6) ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.
(7) ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11.
(8) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
(9) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(10) ĠU L 195, 27.7.2010, p. 5.
(11) ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7.
(12) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
(13) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
(14) ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.
ANNESS
REKWIŻITI TEKNIĊI (ARTIKOLU 5)
(1) |
Barra mir-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Artikolu 5, ir-rekwiżiti tekniċi li ġejjin għandhom japplikaw għat-trasferiment ta’ krediti u ta’ tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett:
|
(2) |
Minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-punt (1), ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għal tranżazzjonijiet ta’ trasferiment tal-kreditu:
|
(3) |
Barra mir-rekwiżiti msemmija fil-punt (1), ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għal tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett:
|