European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/3146

18.12.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/3146

tal-10 ta’ Diċembru 2024

li taħtar membru tal-Qorti tal-Awdituri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 286(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Repubblika tal-Bulgarija,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-kariga tal-membru tal-Qorti tal-Awdituri li jinħatar fuq il-proposta tar-Repubblika tal-Bulgarija ilha vakanti mid-19 ta’ Settembru 2023. Il-mandat ta’ dak il-membru ser jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2024.

(2)

Għaldaqstant, jenħtieġ li jinħatar membru tal-Qorti tal-Awdituri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Iliana Naydenova IVANOVA hija b’dan maħtura bħala membru tal-Qorti tal-Awdituri għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2030.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

VARGA M.


(1)  Opinjoni tas-26 ta’ Novembru 2024 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3146/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)