ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 345 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 51 |
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Kunsill |
|
|
|
2008/971/KE |
|
|
* |
||
|
|
2008/972/KE |
|
|
* |
||
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
2008/973/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE fir-rigward tad-data stipulata fl-Artikolu 21(3) sa meta l-Istati Membri huma awtorizzati jestendu l-validità tad-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza tal-patata taż-żrigħ minn pajjiżi terzi (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8135) ( 1 ) |
|
|
III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE |
|
|
|
ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE |
|
|
* |
||
|
* |
|
|
Corrigendum |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
23.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 345/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1322/2008
tat-28 ta’ Novembru 2008
li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2009
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd konformement mal-Politika Komuni dwar is-Sajd (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (3), u b’mod partikolari l-Artikoli 5 u 8(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jeħtieġ li l-Kunsill jadotta l-miżuri meħtieġin biex jiġu żgurati l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-iżvolġiment sostenibbli ta’ attivitajiet ta’ sajd b’kont meħud tal-pariri xjentifiċi disponibbli u, b’mod partikolari, ir-rapport imħejji mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, kif ukoll fid-dawl ta’ kwalunkwe parir li jasal mill-Kunsill Reġjonali Konsultattiv għall-Baħar Baltiku. |
(2) |
Taħt l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, huwa obbligu tal-Kunsill li jistabbilixxi l-limiti dwar l-opportunitajiet ta’ sajd abbażi tat-tip ta’ sajd jew gruppi ta’ tipi ta’ sajd u l-allokazzjoni ta’ dawn l-opportunitajiet lill-Istati Membri. |
(3) |
Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effettiva tal-opportunitajiet ta’ sajd, għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-operazzjonijiet ta’ sajd. |
(4) |
Jeħtieġ li l-prinċipji u ċerti proċeduri għall-ġestjoni tas-sajd jiġu stabbiliti f’livell Komunitarju, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżguraw il-ġestjoni tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom. |
(5) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jistabbilixxi d-definizzjonijiet rilevanti dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet ta’ sajd. |
(6) |
Taħt l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-istokkijiet li huma suġġetti għal miżuri varji msemmijin fih. |
(7) |
L-opportunitajiet ta’ sajd għandhom jintużaw konformement mal-leġislazzjoni tal-Komunità, u b’mod partikolari konformement mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta’ Settembru 1983 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-qabdiet ta’ ħut tal-Istati Membri (4), mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86 tat-22 ta’ Settembru 1986 li jiddefinixxi l-karatteristiċi tad-dgħajjes tas-sajd (5), mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1381/87 tal-20 ta’ Mejju 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljali dwar l-immarkar u dokumentazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd (6), mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3880/91 tas-17 ta’ Diċembru 1991 dwar is-sottomissjoni ta’ statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (7), mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (8), mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi disposizzjonijiet dettaljati dwar is-sistemi ta’ sorveljanza tal-vapuri bażata fuq satellita (9), mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound (10) u mar-Regolament (KE) Nru 1098/2007. |
(8) |
Sabiex jiġi żgurat li l-opportunitajiet annwali tas-sajd jiġu stabbiliti f’livell li jikkorrispondi għas-sostenibbiltà fl-isfruttar tar-riżorsi f’termini ambjentali, ekonomiċi u soċjali, ittieħed kont tal-prinċipji ta’ gwida għall-iffissar tal-Qabdiet Totali Permissibbli (total allowable catches, TACs) kif deskritt fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar l-opportunitajiet tas-sajd għall-2009: Dikjarazzjoni ta’ Politika mill-Kummissjoni Ewropea. |
(9) |
Biex jikkontribwixxu għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut, ċerti miżuri supplimentari dwar kondizzjonijiet tekniċi għas-sajd għandhom jiġu implimentati fl-2009. |
(10) |
Sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Komunità, huwa importanti li dawn iż-żoni tas-sajd jinfetħu fl-1 ta’ Jannar 2009. Minħabba l-urġenza ta’ din il-kwistjoni, huwa imperattiv li ssir eċċezzjoni għal perijodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-punt I(3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropea, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Ir-Regolament jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għas-sena 2009 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut fil-Baħar Baltiku u l-kondizzjonijiet assoċjati għall-użu ta’ dawn l-opportunitajiet ta’ sajd.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal bastimenti tas-sajd Komunitarji (bastimenti Komunitarji) li joperaw fil-Baħar Baltiku.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, dan ir-Regolament m’għandux japplika għal operazzjonijiet tas-sajd imwettqin biss għal finijiet ta’ investigazzjoni xjentifika li jsiru bil-permess u taħt l-awtorità tal-Istat Membru kkonċernat u li ġew infurmati bihom bil-quddiem il-Kummissjoni u l-Istat Membru li fl-ilmijiet tiegħu tkun qed issir ir-riċerka.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Addizzjonalment għad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
iż-żoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) huma kif definiti fir-Regolament (KEE) Nru 3880/91; |
(b) |
“Baħar Baltiku” tfisser is-Subdiviżjonijiet tal-ICES 22-32; |
(c) |
“qabda totali permissibli (TAC – Total Allowable Catch)” tfisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull stokk kull sena; |
(d) |
“kwota” tfisser proporzjon mit-TAC li tkun allokata lill-Komunità, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz; |
(e) |
“jum nieqes mill-port” tfisser kwalunkwe perijodu kontinwu ta’ 24 siegħa jew parti minnu li fih il-bastiment ikun nieqes mill-port. |
KAPITOLU II
OPPORTUNITAJIET TA’ SAJD U KONDIZZJONIJIET ASSOĊJATI
Artikolu 4
Limiti ta’ qbid u allokazzjonijiet
Il-limiti tal-qbid, l-allokazzjoni ta’ tali limiti fost l-Istati Membri, u kondizzjonijiet addizzjonali taħt l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 huma stabbiliti fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet
1. L-allokazzjoni tal-limiti tal-qbid fost l-Istati Membri, kif stabbilit fl-Anness I, għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:
(a) |
skambji magħmulin konformement mal-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002; |
(b) |
allokazzjonijiet mill-ġdid magħmulin konformement mal-Artikoli 21(4), 23(1) u 32(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93; |
(c) |
żbark addizzjonali permess taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96; |
(d) |
kwantitajiet miżmumin konformement mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96; |
(e) |
tnaqqis magħmul konformement mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96. |
2. Għall-finijiet taż-żamma tal-kwoti li jkunu ser jiġu ttrasferiti għall-2010, l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 jista’ japplika, permezz ta’ deroga minn dak ir-Regolament, għall-istokkijiet kollha suġġetti għal TAC analitiku.
Artikolu 6
Kondizzjonijiet għall-qabdiet u għall-qabdiet inċidentali
1. Ħut minn stokkijiet li għalihom il-limiti ta’ qbid huma stabbiliti għandhom jinżammu abbord jew jiġu żbarkati l-art biss jekk:
(a) |
il-qabdiet ittieħdu minn bastimenti ta’ Stat Membru bi kwota u dik il-kwota ma tkunx ġiet użata kollha; jew |
(b) |
speċi minbarra l-aringi u l-laċċa kaħla jkunu mħallta ma’ speċi oħra, u l-qabdiet ma jkunux ġew magħżulin abbord jew meta ġew żbarkati u l-qabdiet ikunu saru bit-tkarkir, it-tartaruni Daniżi jew irkaptu simili li d-daqs tal-malji tiegħu ikun inqas minn 32 mm. |
2. L-iżbark l-art kollu għandu jgħodd fil-konfront tal-kwota jew, jekk is-sehem Komunitarju ma jkunx tqassam fost l-Istati Membri permezz tal-kwoti, fil-konfront tas-sehem Komunitarju, ħlief għall-qabdiet magħmulin taħt paragrafu 1(b).
3. Meta l-kwota għall-aringi allokata lil Stat Membru tiġi eżawrita kompletament, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru u rreġistrati fil-Komunità, u li joperaw fiż-żoni tas-sajd li għalihom tapplika l-kwota rilevanti m’għandhomx jiżbarkaw l-art qabdiet li mhumiex magħżulin u li fihom l-aringi.
4. Meta l-kwota għal-laċċa kaħla allokata lil Stat Membru tiġi eżawrita kompletament, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru u rreġistrati fil-Komunità, u li joperaw fiż-żoni tas-sajd li għalihom tapplika l-kwota rilevanti m’għandhomx jiżbarkaw l-art qabdiet li mhumiex magħżulin u li fihom il-laċċa kaħla.
Artikolu 7
Limiti ta’ sforz tas-sajd
1. Il-limiti fuq l-isforz tas-sajd huma stabbiliti fl-Anness II.
2. Dawk il-limiti għandhom japplikaw għas-Subdiviżjonijiet tal-ICES 27 u 28.2 sakemm il-Kummissjoni għadha ma ħaditx deċiżjoni taħt l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 biex teskludi dawk is-Subdiviżjonijiet mir-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) u l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament.
3. Dawk il-limiti m’għandhomx japplikaw għas-Subdiviżjonijiet tal-ICES 28.1 sakemm il-Kummissjoni għadha ma ħaditx deċiżjoni taħt l-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 li r-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 għandhom japplikaw għal dik is-Subdiviżjoni.
Artikolu 8
Miżuri tekniċi transitorji
Il-miżuri tekniċi transitorji huma stabbiliti fl-Anness III.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 9
Trasmissjoni ta’ data
Meta l-Istati Membri jibagħtu data lill-Kummissjoni dwar żbarki ta’ kwantitajiet ta’ stokkijiet maqbudin, taħt l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, huma għandhom jużaw il-kodiċi tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(3) ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.
(4) ĠU L 276, 10.10.1983, p. 1.
(5) ĠU L 274, 25.9.1986, p. 1.
(6) ĠU L 132, 21.5.1987, p. 9.
(7) ĠU L 365, 31.12.1991, p. 1.
(8) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.
(9) ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.
(10) ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1.
ANNESS I
Il-limiti tal-qbid u l-kondizzjonijiet assoċjati għall-ġestjoni minn sena għall-oħra tal-limiti fuq il-qabdiet applikabbli għall-bastimenti tal-Komunità f’żoni fejn jeżistu l-limiti fuq il-qabdiet fua beżi tal-ispeċi u taż-żona
It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn speċifikat mod ieħor) abbażi tal-istokk, tal-allokazzjoni lill-Istati Membri u tal-kondizzjonijiet assoċjati għall-ġestjoni tal-kwoti minn sena għal sena.
F’kull żona, l-istokkijiet tal-ħut huma msemmijin fl-ordni alfabetiku li ġej tal-ismijiet tal-ispeċi bil-Latin. Għall-finijiet ta’ dawn it-tabelli l-kodiċi użati għall-ispeċi differenti huma kif ġej:
Isem xjentifiku |
Kodiċi Alpha-3 |
Isem Komuni |
Clupea harengus |
HER |
Aringi |
Gadus morhua |
COD |
Merluzz |
Platichthys flesus |
FLX |
Barbun |
Pleuronectes platessa |
PLE |
Barbun tat-tbajja’ |
Psetta maxima |
TUR |
Barbun imperjali |
Salmo salar |
SAL |
Salamun tal-Atlantiku |
Sprattus sprattus |
SPR |
Laċċa kaħla |
|
|
|||||||
Finlandja |
67 777 |
|
||||||
Żvezja |
14 892 |
|
||||||
KE |
82 669 |
|
||||||
TAC |
82 669 |
TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
|
|
|
|||||||
Danimarka |
3 809 |
|
||||||
Ġermanja |
14 994 |
|
||||||
Polonja |
3 536 |
|
||||||
Finlandja |
2 |
|
||||||
Żvezja |
4 835 |
|
||||||
KE |
27 176 |
|
||||||
TAC |
27 176 |
TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
|
|
|
|||||||
Danimarka |
3 159 |
|
||||||
Ġermanja |
838 |
|
||||||
Estonja |
16 134 |
|
||||||
Latvja |
3 982 |
|
||||||
Litwanja |
4 192 |
|
||||||
Polonja |
35 779 |
|
||||||
Finlandja |
31 493 |
|
||||||
Żvezja |
48 032 |
|
||||||
KE |
143 609 |
|
||||||
TAC |
Mhux rilevanti |
TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
|
|
|
|||||||
Estonja |
16 113 |
|
||||||
Latvja |
18 779 |
|
||||||
KE |
34 892 |
|
||||||
TAC |
34 892 |
TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
|
|
|
|||||||
Danimarka |
10 241 |
|
||||||
Ġermanja |
4 074 |
|
||||||
Estonja |
998 |
|
||||||
Latvja |
3 808 |
|
||||||
Litwanja |
2 509 |
|
||||||
Polonja |
11 791 |
|
||||||
Finlandja |
784 |
|
||||||
Żvezja |
10 375 |
|
||||||
KE |
44 580 |
|
||||||
TAC |
Mhux rilevanti |
TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
|
|
|
|||||||
Danimarka |
7 130 |
|
||||||
Ġermanja |
3 487 |
|
||||||
Estonja |
158 |
|
||||||
Latvja |
590 |
|
||||||
Litwanja |
383 |
|
||||||
Polonja |
1 908 |
|
||||||
Finlandja |
140 |
|
||||||
Żvezja |
2 541 |
|
||||||
KE |
16 337 |
|
||||||
TAC |
16 337 |
TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
|
|
|
|||||||
Danimarka |
2 179 |
|
||||||
Ġermanja |
242 |
|
||||||
Polonja |
456 |
|
||||||
Żvezja |
164 |
|
||||||
KE |
3 041 |
|
||||||
TAC |
3 041 |
TAC Prekawzjonali.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
|
|
|
|||||||
Danimarka |
64 184 (1) |
|
||||||
Ġermanja |
7 141 (1) |
|
||||||
Estonja |
6 523 (1) |
|
||||||
Latvja |
40 824 (1) |
|
||||||
Litwanja |
4 799 (1) |
|
||||||
Polonja |
19 471 (1) |
|
||||||
Finlandja |
80 033 (1) |
|
||||||
Żvezja |
86 758 (1) |
|
||||||
KE |
309 733 (1) |
|
||||||
TAC |
Mhux rilevanti |
TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
|
|
|
|||||||
Estonja |
1 581 (2) |
|
||||||
Finlandja |
13 838 (2) |
|
||||||
KE |
15 419 (2) |
|
||||||
TAC |
Mhux rilevanti |
TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
|
|
|
|||||||
Danimarka |
39 453 |
|
||||||
Ġermanja |
24 994 |
|
||||||
Estonja |
45 813 |
|
||||||
Latvja |
55 332 |
|
||||||
Litwanja |
20 015 |
|
||||||
Polonja |
117 424 |
|
||||||
Finlandja |
20 652 |
|
||||||
Żvezja |
76 270 |
|
||||||
KE |
399 953 |
|
||||||
TAC |
Mhux rilevanti |
TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
|
(1) Espress fl-għadd ta’ ħut individwali.
(2) Espress fl-għadd ta’ ħut individwali.
ANNESS II
Limiti tal-isforz tas-sajd
1. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, li jistadu b’tartaruni Daniżi jew irkaptu simili b’malji ta’ 90 mm jew akbar, li jistadu b’għeżula tat-tisqif, għeżula tat-tħabbil jew pariti li għandhom malji ta’ 90 mm jew akbar, jew li jistadu bil-konzijiet tal-qiegħ, konzijiet ħlief konzijiet mitluqa, xolfa tal-idejn u rkaptu tat-trejjix għandhom ikunu permessi għal għadd massimu ta’
|
2. |
In-numru massimu ta’ jiem assenti mill-port kull sena li fihom bastiment jista’ jkun preżenti fiż-żewġ żoni definiti fil-punt 1 (a) u (b) u jistad bl-irkaptu msemmi fil-punt 1 ma jistax ikun ogħla min-numru massimu ta’ jiem allokati għal żona waħda mit-tnejn. |
ANNESS III
Miżuri tekniċi transitorji
Restrizzjonijiet fuq is-sajd għall-barbun u għall-barbun imperjali
1. |
Iż-żamma abbord tal-ispeċi ta’ ħut li ġejjin li jinqabdu fiż-żoni ġeografiċi u matul il-perijodi msemmijin hawn taħt għandu jkun ipprojbit:
|
2. |
B’deroga mill-punt 1, meta jkun qed isir sajd bix-xbieki tat-tkarkir, b’tartaruni Daniżi u b’irkaptu simili bid-daqs ta’ malji daqs jew akbar minn 105 mm jew b’għeżula tat-tisqif, għeżula tat-tħabbil u pariti ta’ malji ta’ 100 mm jew akbar, qabdiet inċidentali ta’ barbun u barbun imperjali jistgħu jinżammu abbord jew jiġu żbarkati f’limitu ta’ 10 % tal-piż ħaj tal-qabda sħiħa miżmuma abbord jew żbarkata l-art matul il-perijodi ta’ projbizzjoni msemmijin fil-punt 1. |
23.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 345/10 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) Nru 1323/2008
tat-18 ta’ Diċembru 2008
li jaġġusta mill-1 ta’ Lulju 2008 r-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej u l-koeffiċjenti korrettivi applikati lilhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ Ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej, stabbiliti bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 63, 64, 65 u 82 u l-Annessi VII, XI u XIII tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20, u l-Artikoli 64 u 92 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-oħra,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
BILLI:
Sabiex jiġi garantit li l-poter ta’ akkwist tal-uffiċjali u tal-ħaddiema l-oħra tal-Komunità jiżviluppa b’mod parallel għal dik tal-impjegati taċ-ċivil nazzjonali tal-Istati Membri, il-pagi u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u tal-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet għandhom jiġu aġġustati abbażi tal-verifika annwali tas-sena 2008,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, id-data “1 ta’ Lulju 2007” li tidher fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi sostitwita bid-data “1 ta’ Lulju 2008”.
Artikolu 2
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, it-tabella tal-pagi bażiċi tax-xahar fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli għall-finijiet tal-kalkolu tal-pagi u l-pensjonijiet għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
1.7.2008 |
PASS |
||||
GRAD |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
16 |
16 299,08 |
16 983,99 |
17 697,68 |
|
|
15 |
14 405,66 |
15 011,01 |
15 641,79 |
16 076,97 |
16 299,08 |
14 |
12 732,20 |
13 267,22 |
13 824,73 |
14 209,36 |
14 405,66 |
13 |
11 253,14 |
11 726,01 |
12 218,75 |
12 558,70 |
12 732,20 |
12 |
9 945,89 |
10 363,83 |
10 799,33 |
11 099,79 |
11 253,14 |
11 |
8 790,51 |
9 159,90 |
9 544,81 |
9 810,36 |
9 945,89 |
10 |
7 769,34 |
8 095,82 |
8 436,01 |
8 670,72 |
8 790,51 |
9 |
6 866,80 |
7 155,35 |
7 456,03 |
7 663,46 |
7 769,34 |
8 |
6 069,10 |
6 324,13 |
6 589,88 |
6 773,22 |
6 866,80 |
7 |
5 364,07 |
5 589,48 |
5 824,35 |
5 986,40 |
6 069,10 |
6 |
4 740,94 |
4 940,16 |
5 147,76 |
5 290,97 |
5 364,07 |
5 |
4 190,20 |
4 366,28 |
4 549,76 |
4 676,34 |
4 740,94 |
4 |
3 703,44 |
3 859,06 |
4 021,22 |
4 133,10 |
4 190,20 |
3 |
3 273,22 |
3 410,76 |
3 554,09 |
3 652,97 |
3 703,44 |
2 |
2 892,98 |
3 014,55 |
3 141,22 |
3 228,61 |
3 273,22 |
1 |
2 556,91 |
2 664,35 |
2 776,31 |
2 853,56 |
2 892,98 |
Artikolu 3
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli taħt l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u tal-ħaddiema l-oħra għandhom ikunu kif stabbilit fil-kolonna 2 tat-tabella hawn taħt.
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli taħt l-Artikolu 17(3) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għat-trasferimenti li jsiru minn uffiċjali u ħaddiema oħra għandhom ikunu kif stabbilit fil-kolonna 3 tat-tabella hawn taħt.
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli taħt l-Artikolu 20(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għall-pensjonijet għandhom ikunu kif stabbilit fil-kolonna 4 tat-tabella ta’ hawn taħt.
B’effett mis-16 ta’ Mejju 2008, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli taħt l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u l-impjegati l-oħra għandhom ikunu kif stabbilit fil-kolonna 5 tat-tabella hawn taħt.
B’effett mill-1 ta’ Mejju 2008, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli taħt l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u tal-ħaddiema l-oħra għandhom ikunu kif stabbilit fil-kolonna 6 tat-tabella hawn taħt.
B’effett mis-16 ta’ Mejju 2008, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli taħt l-Artikolu 20(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għall-pensjonijet għandhom ikunu kif stabbilit fil-kolonna 7 tat-tabella ta’ hawn taħt:
Pajjiż/Post |
Remunerazzjoni 1.7.2008 |
Trasferiment 1.1.2009 |
Pensjoni 1.7.2008 |
Remunerazzjoni 16.5.2008 |
Remunerazzjoni 1.5.2008 |
Pensjoni 16.5.2008 |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
Il-Bulgarija |
|
62,5 |
100,0 |
70,5 |
|
|
Ir-Rep. Ċeka |
98,1 |
91,1 |
100,0 |
|
|
|
Id-Danimarka |
139,4 |
136,4 |
136,4 |
|
|
|
Il-Ġermanja |
98,9 |
99,4 |
100,0 |
|
|
|
Bonn |
98,0 |
|
|
|
|
|
Karlsruhe |
96,4 |
|
|
|
|
|
Munich |
105,3 |
|
|
|
|
|
L-Estonja |
|
81,9 |
100,0 |
85,0 |
|
|
Il-Greċja |
95,0 |
94,9 |
100,0 |
|
|
|
Spanja |
101,6 |
96,0 |
100,0 |
|
|
|
Franza |
115,5 |
106,3 |
106,3 |
|
|
|
L-Irlanda |
121,9 |
118,5 |
118,5 |
|
|
|
L-Italja |
111,5 |
107,6 |
107,6 |
|
|
|
Varese |
98,6 |
|
|
|
|
|
Ċipru |
89,2 |
91,9 |
100,0 |
|
|
|
Latvja |
|
79,8 |
100,0 |
|
85,1 |
|
Litwanja |
|
71,9 |
100,0 |
76,3 |
|
|
Ungerija |
94,0 |
81,6 |
100,0 |
|
|
|
Malta |
85,0 |
86,7 |
100,0 |
|
|
|
L-Olanda |
109,1 |
101,5 |
101,5 |
|
|
|
L-Awstrija |
107,8 |
106,9 |
106,9 |
|
|
|
Il-Polonja |
|
84,6 |
100,0 |
93,8 |
|
|
Il-Portugall |
91,7 |
91,0 |
100,0 |
|
|
|
Ir-Rumanija |
|
66,9 |
100,0 |
|
75,2 |
|
Is-Slovenja |
|
86,0 |
100,0 |
90,2 |
|
|
Slovakkja |
87,3 |
81,9 |
100,0 |
|
|
|
Il-Finlandja |
119,8 |
116,2 |
116,2 |
|
|
|
L-Iżvezja |
115,3 |
111,5 |
111,5 |
|
|
|
Ir-Renju Unit |
|
105,4 |
|
125,6 |
|
105,4 |
Culham |
|
|
|
100,9 |
|
|
Artikolu 4
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, l-ammont tal-benefiċċju għal-leave tal-ġenituri msemmi fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 42a tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’ EUR 878,32 u EUR 1 171,09 rispettivament għal familji b’ġenitur wieħed.
Artikolu 5
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, l-ammont bażiku għall-benefiċċju għall-familja msemmi fl-Artikolu 1(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’ EUR 164,27.
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, l-ammont għall-benefiċċju għat-tfal dipendenti msemmi fl-Artikolu 2(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’ EUR 358,96.
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, l-ammont għall-benefiċċju għall-edukazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa stabbilit għal EUR 243,55.
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, l-ammont għall-benefiċċju għall-edukazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 3(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa stabbilit għal EUR 87,69.
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, l-ammont minimu tal-benefiċċju għall-espatrijazzjoni msemmi fl-Artikolu 69 tar-Regolamenti tal-Persunal u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tiegħu għandu jkun ta’ EUR 486,88.
Artikolu 6
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, l-benefiċċju għall-kilometraġġ indikat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
EUR 0 għal kull kilometru bejn 0 u 200 km |
|
EUR 0,3651 għal kull kilometru bejn 201 u 1 000 km |
|
EUR 0,6085 għal kull kilometru bejn 1 001 u 2 000 km |
|
EUR 0,3651 għal kull kilometru bejn 2 001 u 3 000 km |
|
EUR 0,1216 għal kull kilometru bejn 3 001 u 4 000 km |
|
EUR 0,0586 għal kull kilometru bejn 4 001 u 10 000 km |
|
EUR 0 għal kull kilometru 'l fuq minn 10 000 km. |
Ma’ dan il-benefiċċju għal kull kilometru għandu jingħadd suppliment b’rata fissa, li jammonta għal:
— |
EUR 182,54 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impieg u l-post tal-oriġini hija bejn 725 km u 1 450 km, |
— |
EUR 365,04 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impieg u l-post tal-oriġini hija aktar minn 1 450 km. |
Artikolu 7
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, l-ammont għall-benefiċċju għall-għajxien ta’ kuljum imsemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’:
— |
EUR 37,73 għall-uffiċjali li għandhom dritt għall-benefiċċju tal-familja, |
— |
EUR 30,42 għall-uffiċjali li m’għandhomx dritt għall-benefiċċju tal-familja. |
Artikolu 8
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, il-limitu minimu għall-benefiċċju għall-installazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(3) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ ħaddiema oħra huwa ta’:
— |
EUR 1 074,14 għal ħaddiem intitolat għall-benefiċċju tal-familja; |
— |
EUR 638,68 għal impjegat li mhux intitolat għall-benefiċċju tal-familja. |
Artikolu 9
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, il-limitu minimu għall-benefiċċju għall-qgħad stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28a(3) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej, għandu jkun ta’ EUR 1 288,19, il-limitu massimu għandu jkun ta’ EUR 2 576,39 u l- benefiċċju standard għandu jkun ta’ EUR 1 171,09.
Artikolu 10
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, it-tabella tas-salarji bażiċi ta’ kull xahar fl-Artikolu 63 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ ħaddiema oħra għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
1.7.2008 |
|
PASS |
|||
KATEGORIJA |
GRUPP |
1 |
2 |
3 |
4 |
A |
I |
6 565,32 |
7 378,56 |
8 191,80 |
9 005,04 |
II |
4 765,00 |
5 229,31 |
5 693,62 |
6 157,93 |
|
III |
4 004,25 |
4 182,62 |
4 360,99 |
4 539,36 |
|
B |
IV |
3 846,60 |
4 223,18 |
4 599,76 |
4 976,34 |
V |
3 021,43 |
3 220,60 |
3 419,77 |
3 618,94 |
|
C |
VI |
2 873,61 |
3 042,79 |
3 211,97 |
3 381,15 |
VII |
2 571,98 |
2 659,49 |
2 747,00 |
2 834,51 |
|
D |
VIII |
2 324,67 |
2 461,59 |
2 598,51 |
2 735,43 |
IX |
2 238,75 |
2 269,94 |
2 301,13 |
2 332,32 |
Artikolu 11
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, it-tabella tas-salarji bażiċi ta’ kull xahar fl-Artikolu 93 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ ħaddiema oħra għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:
GRUPP OPERATTIV |
1.7.2008 |
PASS |
||||||
GRAD |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
|
IV |
18 |
5 618,70 |
5 735,55 |
5 854,82 |
5 976,58 |
6 100,87 |
6 227,74 |
6 357,25 |
17 |
4 965,96 |
5 069,23 |
5 174,64 |
5 282,26 |
5 392,10 |
5 504,24 |
5 618,70 |
|
16 |
4 389,04 |
4 480,31 |
4 573,49 |
4 668,59 |
4 765,68 |
4 864,79 |
4 965,96 |
|
15 |
3 879,15 |
3 959,82 |
4 042,17 |
4 126,23 |
4 212,03 |
4 299,63 |
4 389,04 |
|
14 |
3 428,49 |
3 499,79 |
3 572,57 |
3 646,87 |
3 722,70 |
3 800,12 |
3 879,15 |
|
13 |
3 030,19 |
3 093,21 |
3 157,53 |
3 223,19 |
3 290,22 |
3 358,65 |
3 428,49 |
|
III |
12 |
3 879,08 |
3 959,75 |
4 042,09 |
4 126,14 |
4 211,95 |
4 299,53 |
4 388,94 |
11 |
3 428,46 |
3 499,75 |
3 572,53 |
3 646,82 |
3 722,65 |
3 800,06 |
3 879,08 |
|
10 |
3 030,18 |
3 093,19 |
3 157,51 |
3 223,17 |
3 290,20 |
3 358,62 |
3 428,46 |
|
9 |
2 678,17 |
2 733,86 |
2 790,71 |
2 848,74 |
2 907,98 |
2 968,45 |
3 030,18 |
|
8 |
2 367,05 |
2 416,27 |
2 466,52 |
2 517,81 |
2 570,17 |
2 623,61 |
2 678,17 |
|
II |
7 |
2 678,11 |
2 733,81 |
2 790,67 |
2 848,71 |
2 907,97 |
2 968,45 |
3 030,19 |
6 |
2 366,93 |
2 416,16 |
2 466,42 |
2 517,72 |
2 570,08 |
2 623,54 |
2 678,11 |
|
5 |
2 091,91 |
2 135,42 |
2 179,84 |
2 225,18 |
2 271,46 |
2 318,70 |
2 366,93 |
|
4 |
1 848,85 |
1 887,30 |
1 926,56 |
1 966,63 |
2 007,53 |
2 049,29 |
2 091,91 |
|
I |
3 |
2 277,64 |
2 324,91 |
2 373,16 |
2 422,41 |
2 472,69 |
2 524,01 |
2 576,39 |
2 |
2 013,53 |
2 055,32 |
2 097,98 |
2 141,52 |
2 185,96 |
2 231,33 |
2 277,64 |
|
1 |
1 780,05 |
1 816,99 |
1 854,70 |
1 893,20 |
1 932,49 |
1 972,59 |
2 013,53 |
Artikolu 12
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, il-limitu minimu għall-benefiċċju għall-installazzjoni msemmi fl-Artikolu 94 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ ħaddiema oħra għandu jkun ta’:
— |
EUR 807,93 għal ħaddiem intitolat għall-benefiċċju tal-familja; |
— |
EUR 479,00 għal ħaddiem li mhux intitolat għall-benefiċċju tal-familja. |
Artikolu 13
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, il-limitu minimu għall-benefiċċju għall-qgħad imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(3) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ ħaddiema oħra, għandu jkun ta’ EUR 966,15, il-limitu massimu għandu jkun ta’ EUR 1 932,29 u l-benefiċċju standard għandu jkun ta’ EUR 878,32.
Artikolu 14
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, il-benefiċċji għal xogħol bix-xift kif stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 (2) għandhom ikunu ta’ EUR 368,17, EUR 555,70, EUR 607,58 u EUR 828,33.
Artikolu 15
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, l-ammonti li jidhru fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 (3) għandhom ikunu suġġetti għal koeffiċjent ta’ 5,314614.
Artikolu 16
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, it-tabella fl-Artikolu 8(2) tal-Anness XIII għar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej:
1.7.2008 |
PASS |
|||||||
GRAD |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
16 |
16 299,08 |
16 983,99 |
17 697,68 |
17 697,68 |
17 697,68 |
17 697,68 |
|
|
15 |
14 405,66 |
15 011,01 |
15 641,79 |
16 076,97 |
16 299,08 |
16 983,99 |
|
|
14 |
12 732,20 |
13 267,22 |
13 824,73 |
14 209,36 |
14 405,66 |
15 011,01 |
15 641,79 |
16 299,08 |
13 |
11 253,14 |
11 726,01 |
12 218,75 |
12 558,70 |
12 732,20 |
|
|
|
12 |
9 945,89 |
10 363,83 |
10 799,33 |
11 099,79 |
11 253,14 |
11 726,01 |
12 218,75 |
12 732,20 |
11 |
8 790,51 |
9 159,90 |
9 544,81 |
9 810,36 |
9 945,89 |
10 363,83 |
10 799,33 |
11 253,14 |
10 |
7 769,34 |
8 095,82 |
8 436,01 |
8 670,72 |
8 790,51 |
9 159,90 |
9 544,81 |
9 945,89 |
9 |
6 866,80 |
7 155,35 |
7 456,03 |
7 663,46 |
7 769,34 |
|
|
|
8 |
6 069,10 |
6 324,13 |
6 589,88 |
6 773,22 |
6 866,80 |
7 155,35 |
7 456,03 |
7 769,34 |
7 |
5 364,07 |
5 589,48 |
5 824,35 |
5 986,40 |
6 069,10 |
6 324,13 |
6 589,88 |
6 866,80 |
6 |
4 740,94 |
4 940,16 |
5 147,76 |
5 290,97 |
5 364,07 |
5 589,48 |
5 824,35 |
6 069,10 |
5 |
4 190,20 |
4 366,28 |
4 549,76 |
4 676,34 |
4 740,94 |
4 940,16 |
5 147,76 |
5 364,07 |
4 |
3 703,44 |
3 859,06 |
4 021,22 |
4 133,10 |
4 190,20 |
4 366,28 |
4 549,76 |
4 740,94 |
3 |
3 273,22 |
3 410,76 |
3 554,09 |
3 652,97 |
3 703,44 |
3 859,06 |
4 021,22 |
4 190,20 |
2 |
2 892,98 |
3 014,55 |
3 141,22 |
3 228,61 |
3 273,22 |
3 410,76 |
3 554,09 |
3 703,44 |
1 |
2 556,91 |
2 664,35 |
2 776,31 |
2 853,56 |
2 892,98 |
|
|
|
Artikolu 17
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, l-ammont għall-benefiċċju għat-tfal dipendenti msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun kif ġej:
1.7.08–31.12.08 |
344,55 |
Artikolu 18
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, l-ammont għall-benefiċċju għall-edukazzjoni msemmi fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 15 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun kif ġej:
1.7.08–31.8.08 |
70,14 |
Artikolu 19
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, għall-finijiet tal-Artikolu 18(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-ammont tal-benefiċċju fiss imsemmi fl-Artikolu 4a tal-Anness VII tiegħu fis-seħħ qabel l-1 ta’ Mejju 2004 għandu jkun ta’:
— |
EUR 127,01 fix-xahar għall-uffiċjali fi gradi C4 jew C5, |
— |
EUR 194,73 fix-xahar għal uffiċjali kklassifikati fil-gradi C1, C2 jew C3. |
Artikolu 20
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
(2) Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 tad-9 ta’ Frar 1976 li jistabbilixxi l-kategoriji ta’ uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom (ĠU L 38, 13.2.1976, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tad-29 ta Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, tal-4.3.1968, p. 8).
23.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 345/17 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) Nru 1324/2008
tat-18 ta' Diċembru 2008
li jaġġusta mill-1 ta’ Lulju 2008 r-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ Ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej, stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u partikolarment l-Artikolu 83a u l-Anness XII tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Konformement mal-Artikolu 13 tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Eurostat ippreżenta, fl-1 ta’ Settembru 2008, rapport dwar l-evalwazzjoni attwarja tal-2008 tal-iskema tal-pensjonijiet, li taġġorna l-parametri msemmija f’dak l-Anness. Joħroġ minn dik l-evalwazzjoni li r-rata tal-kontribuzzjoni meħtieġa sabiex jiġi żgurat bilanċ attwarju tas-sistema tal-pensjonijiet hija ta’ 10,9 % tas-salarju bażiku. |
(2) |
Bil-ħsieb li jinżamm il-bilanċ attwarju tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet, r-rata tal-kontribuzzjoni għanda għalhekk tiġi aġġustata għal 10,9 % tas-salarju bażiku. |
(3) |
Taħt l-Artikolu 12 tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, ir-rata tal-kalkolu tal-imgħax kompost għandha tkun ir-rata effettiva msemmija fl-Artikolu 10 ta’ dak l-Anness u għandha għalhekk tiġi aġġustata, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, ir-rata tal-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għanda tkun 10,9 %.
Artikolu 2
Mill-1 ta’ Jannar 2009, ir-rata fl-Artikoli 4(1) u 8 ta’ Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, u fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 40 u fl-Artikolu 110(3) rispettivament tal-Kondizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ Ħaddiema oħra, għall-kalkolu tal-imgħax kompost għandha tkun 3,1 %.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il- Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
23.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 345/18 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1325/2008
tat-22 ta’ Diċembru 2008
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Diċembru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
CR |
110,3 |
MA |
79,8 |
|
TR |
84,6 |
|
ZZ |
91,6 |
|
0707 00 05 |
JO |
167,2 |
MA |
69,8 |
|
TR |
115,3 |
|
ZZ |
117,4 |
|
0709 90 70 |
MA |
127,3 |
TR |
81,0 |
|
ZZ |
104,2 |
|
0805 10 20 |
AR |
13,6 |
BR |
44,6 |
|
EG |
51,1 |
|
MA |
46,9 |
|
TR |
71,3 |
|
UY |
30,6 |
|
ZA |
41,3 |
|
ZW |
31,4 |
|
ZZ |
41,4 |
|
0805 20 10 |
MA |
74,4 |
TR |
64,0 |
|
ZZ |
69,2 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
50,3 |
IL |
65,1 |
|
TR |
65,0 |
|
ZZ |
60,1 |
|
0805 50 10 |
MA |
64,0 |
TR |
54,7 |
|
ZZ |
59,4 |
|
0808 10 80 |
CA |
79,3 |
CN |
76,1 |
|
MK |
37,6 |
|
US |
86,9 |
|
ZA |
118,0 |
|
ZZ |
79,6 |
|
0808 20 50 |
CN |
71,5 |
TR |
107,0 |
|
US |
116,0 |
|
ZZ |
98,2 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
23.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 345/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1326/2008
tal-15 ta' Diċembru 2008
li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Chaource (DPO)]
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2006 (1), u partikolarment it-tieni sentenza tal-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u skont l-Artikolu 17(2) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta' Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Chaource”, irreġistrata bir-Regolament tal-Kummissjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/1996 (2). |
(2) |
It-talba għandha l-għan li temenda l-ispeċifikazzjoni billi tippreċiża l-kundizzjonijiet tal-użu ta’ trattamenti u addittivi għall-ħalib fil-produzzjoni tax-Chaource. Dawn il-prattiki jiżguraw iż-żamma tal-karatteristiċi essenzjali tad-denominazzjoni. |
(3) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġustifikata. Billi din hija emenda minuri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni tista' tapprovaha mingħajr rikors għall-proċedura stipulata fl-Artikoli 5, 6 u 7 tal-istess Regolament, |
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 (3), u skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, jeħtieġ li jkun ippubblikat sinteżi sommarju tal-ispeċifikazzjoni. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Chaource” hija b'dan emendata skont l-Anness I għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Is-sommarju konsolidat bl-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.
(3) ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1.
ANNESS I
B'dan huma approvati l-emendi li ġejjin għall-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Chaource”
“Metodu ta' produzzjoni”
Il-punt 5 tal-ispeċifikazzjoni rigward id-deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni huwa kkompletat bid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
“(…) L-operazzjoni tat-tibqit tal-ħalib għandha ssir esklussivament bit-tames.
Il-konċentrazzjoni tal-ħalib bl-eliminazzjoni parzjali tal-parti ilmija qabel il-koagolazzjoni hija pprojbita.
Minbarra l-materja prima tal-ħalib, l-uniċi ingredjenti jew prodotti sekondarji jew addittivi awtorizzati fil-ħalib, u waqt il-produzzjoni, huma t-tames, il-kulturi innoffensivi tal-batterji, il-ħmira, il-moffa, il-klorur tal-kalċju u l-melħ.
(…) Hija pprojbita l-konservazzjoni f’temperatura negattiva tal-materja prima tal-ħalib, tal-prodotti fil-proċess tal-produzzjoni, tal-baqta jew tal-ġobon frisk (fromage frais).
Hija pprojbita l-konservazzjoni f’atmosfera mmodifikata tal-ġobniet friski jew tal-ġobniet li għaddejjin mill-maturazzjoni.”
ANNESS II
SOMMARJU
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini għal prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
“CHAOURCE”
Nru tal-KE: FR-PDO-0217-0114/29.03.2006
DPO (X) IĠP ( )
Dan is-sommarju jippreżenta l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'finijiet ta’ informazzjoni biss.
1. Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru
Isem |
: |
Institut national de l’origine et de la qualité |
Indirizz |
: |
51 rue d’Anjou, 75008 Paris, France |
Tel. |
: |
(33) 153 89 80 00 |
Fax |
: |
(33) 153 89 80 60 |
Posta elettronika |
: |
2. Grupp
Isem |
: |
Syndicat de défense du fromage de Chaource |
Indirizz |
: |
Ferme du Moulinet, 10150 Pont-Sainte-Marie, France |
Tel. |
: |
(33) 325 49 90 48 |
Fax |
: |
(33) 325 49 90 48 |
Posta elettronika |
: |
|
Kompożizzjoni |
: |
produtturi/proċessuri (X) oħrajn ( ) |
3. Tip ta' prodott
Klassi 1.3 |
Ġobnijiet |
4. Speċifikazzjoni
(sommarju tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
4.1. Isem
“Chaource”
4.2. Deskrizzjoni
Magħmul mill-ħalib tal-baqar, il-ġobon huwa artab u għandu qoxra mielħa bil-moffa fil-wiċċ; b’żewġ formati ċilindriċi u ċatti: waħda kbira (bejn 11 u 11,5 cm dijametru, ħoxna 6 cm, madwar 450 gramma) u oħra żgħira (bejn 8,5 u 9 cm dijametru, ħoxna 6 cm, madwar 2 050 gramma); tal-anqas 50 % xaħam.
4.3. Żona ġeografika
Il-lok ta’ produzzjoni jkopri żona ġeografika ristretta ħafna fil-konfini tad-dipartimenti ta’ Aube u ta’ Yonne, li jiġbor fih ir-reġjun niedi ta' Champagne, b’fiċ-ċentru l-muniċipalità ta’ Chaource.
|
Id-Dipartiment ta’ Aube It-territorju kollu tad-distretti ta': Aix-en-Othe, Bar-sur-Seine, Bouilly, Chaource, Ervy-le-Châtel, Mussy-sur-Seine, Les Riceys u Troyes (7 distretti) |
|
Id-Dipartiment ta’ Yonne
|
4.4. Prova tal-oriġini
Kull operatur jimla “dikjarazzjoni ta’ kapaċità” rreġistrata għand is-servizz tal-I.N.A.O., li lil tal-aħħar tippermettilu li jidentifika l-operaturi kollha. Dawn għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-I.N.A.O. r-reġistri kif ukoll kull dokument meħtieġ għall-kontroll tal-oriġini, tal-kwalità u tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni tal-ħalib u tal-ġobon.
Fil-qafas tal-kontroll li jsir fuq il-karatteristiċi tal-prodott b’denominazzjoni tal-oriġini, eżami analitiku u organolettiku għandu l-għan li jassigura l-kwalità u t-tipiċità tal-prodotti ppreżentati għal dan l-eżami.
4.5. Metodu ta' produzzjoni
Il-produzzjoni tal-ħalib, u l-produzzjoni u l-manifattura tal-ġobniet iridu jsiru fiż-żona ġeografika.
Il-ġobon huwa predominantement lattiku, jitħalla jqattar bilmod waħdu, u huwa prodott esklussivament mill-ħalib tal-baqar immaturat u mbagħad trattat bit-tames; jeħtieġlu tal-anqas 12-il siegħa żmien biex jagħqad; u minimu ta’ ġimagħtejn biex jimmatura.
4.6. Rabta
Magħruf mill-Medjuevu, u offrut fl-1513 mir-residenti ta’ Chaource lis-Sinjur Gvernatur ta’ Langres, it-tradizzjoni orali ta’ dan il-ġobon tmur lura għall-ewwel parti tas-seklu 19; ilu jinbigħ fis-swieq reġjonali u saħansitra f’dawk tal-bliet kbar bħal Lyon u Pariġi. Id-denominazzjoni ġiet rikonoxxuta fl-1970.
Iż-żona tad-denominazzjoni tinsab f’baċin ikkaratteriszzat minn ġeoloġija sottostanti permeabbli, essenzjalment magħmula mil-franka u t-tafal, u miżgħuda bl-għejun u kanali naturali tal-ilma ġieri. Il-baqar li jagħtu l-ħalib jirgħu f’mergħat naturali fis-sajf u fix-xitwa jieklu l-ħaxix maħsud fil-post. Il-proċess naturali tal-produzzjoni ħalla li l-produtturi jiksbu valur miżjud fuq il-ġobon tagħhom, kif ukoll ippermetta ż-żamma tal-attivitajiet agrikoli f'dan ir-reġjun.
4.7. Organu ta' spezzjoni
Isem: Institut national de l’origine et de la qualité (INAO)
Indirizz:
Tel.: (33) 153 89 80 00
Fax: (33) 153 89 80 60
Posta elettronika: [email protected]
L-Institut National de l’Origine et de la qualité huwa entità pubblika ta' natura amministrattiva, b'personalità ċivili, u jaqa' taħt il-Ministeru tal-Agrikoltura.
Il-kontroll tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni li għandhom denominazzjoni tal-oriġini qiegħed f’idejn l-INAO.
Isem |
: |
Direction générale de la concurrence, de la consommation et de la répression des Fraudes (DGCCRF) |
Indirizz |
: |
59 boulevard Vincent-Auriol, 75703 Paris Cedex 13, France |
Tel. |
: |
(33) 144 87 17 17 |
Fax |
: |
(33) 144 97 30 37 |
Id-DGCCRF huwa servizz tal-Ministeru tal-Ekonomija, tal-Industrija u tal-Impjiegi.
4.8. Tikkettar:
Huwa obbligatorju li l-ġobniet iġibu l-indikazzjoni Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini u isem id-denominazzjoni.
23.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 345/24 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1327/2008
tad-19 ta' Diċembru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex
Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikoli 103h u 127 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 (2) jipprovdi regoli ddettaljati li jikkonċernaw l-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex. |
(2) |
Sabiex ikun żgurat li l-produtturi kollha jistgħu jipparterċipaw demokratikament fid-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jadottaw miżuri sabiex jippermettu, jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-poteri ta' entità legali li timmodifikaw, tapprova jew tirrifjuta d-deċiżjonijiet ta' organizzazzjoni tal-produtturi fejn hija parti definita b'mod ċar ta' dik l-entità legali. |
(3) |
L-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jipprovdi għall-possibbiltà għall-Istati Membri li jippermettu, jirrestrinġu jew jipprojbixxu d-dritt ta’ membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi li mhumiex produtturi li jivvotaw fuq deċiżjonijiet li jirrigwardaw fondi operattivi. Huwa xieraq li din id-dispożizzjoni tkun applikata b'mod ekwu lill-membri ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi li mhumiex organizzazzjonijiet tal-produtturi skont l-Artikolu 36(2) ta' dan ir-Regolament b’tali mod li l-implimentazzjoni tal-programmi parzjalment operattivi min-naħa tal-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi ssir iżjed flessibli. Barra minn hekk, ir-referenza li saret dwar id-dritt tagħhom sabiex jivvutaw fuq deċiżjonijiet relatati mal-fondi operattivi għandha tirreferi, għal raġunijiet ta' ċarezza, għal deċiżjonijiet relatati mal-programmi operattivi, minħabba li d-deċiżjonijiet relatati mal-fondi operattivi għandhom jittieħdu mill-organizzazzjoni tal-produtturi direttament u mhux mill-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi. |
(4) |
Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali, għandu jkun iċċarat li l-għajnuna sabiex tinkoraġixxi l-formazzjoni ta' gruppi tal-produtturi u sabiex tiffaċilita l-operazzjoni amministrattiva tagħhom ipprovduta bl-Artikolu 103a(1)a tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 hija pagament b'rata fissa u li evidenza dwar l-użu ta' għajnuna mhijiex meħtieġa fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna. |
(5) |
L-Artikolu 52(5) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jispprovdi li biss il-produzzjoni tal-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi mqiegħda fis-suq mill-organizzazzjoni tal-produtturi nnifisha jew f’konformita’ mal-Artikoli 125a(2)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandha tgħodd fil-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq (VMP). Dan jippermetti li l-produzzjoni li l-membri jqiegħdu fis-suq huma nfushom skont dawk il-paragrafi tkun inkluża fil-VMP tal-organizzazzjoni tal-produtturi fejn il-produttur huwa membru, imma jeskludi l-prodotti mqiegda fis-suq mill-membri nfushom skont l-Artikolu 125a(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Fl-interess tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, il-prodott mibjugħ direttament mill-bdiewa permezz ta’ organizzazzjoni tal-produtturi sekondarja għandu jkun inkluż fil-VMP tat-tieni organizzazzjoni tal-produtturi. Il-prodott mibjugħ mill-bdiewa direttament fis-suq ma għandux ikun inkluż fil-VMP tal-organizzazzjoni tal-produtturi fejn dan il-produttur huwa membru. |
(6) |
Sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali, għandu jkun iċċarat li l-livell ta' appoġġ għall-gruppi ta' produtturi kif stabbilit fl-Artikoli 103a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistgħu taħt ċerti ċirkustanzi jaqbżu dak li huwa applikabbli għall-miżuri skont il-programm tal-iżvilupp rurali. |
(7) |
It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 60(2) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jipprovdu għal limitazzjoni tal-appoġġ għall-azzjonijiet ambjentali sal-ammonti massimi stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (3) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Ċerti tipi ta' azzjonijiet ambjentali ma jirrelatawx direttament jew indirettament ma' pakkett partikulari. L-Artikolu 60(2) għandu għalhekk ikun emendat sabiex jeskludi azzjonijiet bħal dawn minn din il-limitazzjoni. |
(8) |
L-Artikolu 63(3) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet li jikkonċernaw il-programmi parzjalment operattivi jkunu ffinanzjati kompletament mill-kontribuzzjonijiet tal-membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi membri mħallsa mill-fondi operattivi ta' dawk l-organizzazzjonijiet. Huwa xieraq li jkun permess għall-membri ta‘ assoċjazzjonijiet ta‘ organizzazzjonijiet tal-produtturi, li mhumiex organizzazzjonijiet tal-produtturi, li jiffinanzjaw l-azzjonijiet u l-investimenti magħmula mill-assoċjazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi, bil-kundizzjoni li dawn il-membri jkunu produtturi jew il-kooperattivi tagħhom. Madankollu, skont l-Artikolu 36(2) tar-Regolament (KE) 1580/2007, jistgħu jibbenifikaw biss indirettament mill-miżuri ffinanzjati mill-Komunità, eż. b'riżultat tal-effett tal-iskala. |
(9) |
L-Artikolu 120 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jipprovdi għal sanzjonijiet wara verifiki tal-ewwel livell fuq operazzjonijiet ta' rtirar. B'mod partikolari fl-Artikoli 120(a)(b) u (c) issir referenza għall-ammont tal-kumpens. Fl-interess taċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, id-dispożizzjoni għandha minflok tirreferi għall-ammont tal-kontribuzzjoni Komunitarja. |
(10) |
L-Artikolu 103f(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi għall-obbligazzjoni għall-Istati Membri sabiex jistabilixxu strateġija nazzjonali għall-programmi operattivi sostenibbli. Għar-raġunijiet ta' trasparenza, l-istrateġija nazzjonali applikabli fi kwalunkwe sena se għandha tkun integrata fir-rapporti anwali tal-Istati Membi u għandha tinbagħat lill-Kummissjoni. |
(11) |
Diversi Stati Membri jiltaqgħu ma' diffikultajiet speċifiċi fil-waqt tal-preparament tal-qafas nazzjonali għall-azzjonijiet ambjentali, irreferuti fl-Artikolu 103f(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-Artikolu 58 tar-Regolament (Ke) Nru 1580/2007, bħala parti mill-istrateġija nazzjonali għall-programmi operattivi sostenibbli. Għalhekk, bħala miżura tranżizzjonali, l-Istati Membri għandu jkollhom permess jipposponu d-deċiżjonijiet dwar l-programm operattivi għal-2009 sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2009. L-ammont stmat tal-programmi operattivi kollha għandu jkun sottomess sal-31 ta' Jannar 2009 u l-ammonti approvati finali sal-15 ta' Marzu 2009. |
(12) |
Skont it-tieni subparagrafu tal-punt 15 tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007, il-materjal promozzjonali jrid ikollu l-emblema tal-Komunità Ewropea (fil-każ tal-midja viżwali biss) u jinkludi il-messaġġ li ġej “Kampanja ffinanzjata bl-għajnuna tal-Komunità Ewropea”. Għandu jkun iċċarat li dan l-obligu jirreferi biss għall-promozzjoni ġenerika u l-promozzjoni tat-tiketti tal-kwalità. L-użu tal-emblema tal-Komunità Ewropea mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dawk is-sussidjarji msemmija fl-Artikolu 52(7) ta' dak ir-Regolament fil-promozzjoni tal-marki/ditti tagħhom huwa espliċitament ipprojbit. |
(13) |
Skont is-sitt inċiż tal-paragrafu 2(a) tal-Anness XIII għar-Regolament (KE) Nru 1580/2007, l-Istati Membri għandhom jirrapurtaw dwar il-volum tal-prodotti rtirati mis-suq u mqassma skont prodotti u xhur. Madankollu, għal raġunijiet ta' transparenza, jeħtieġ li dawn il-volumi jkunu analizzati bejn l-ammonti mqassma b'distribuzzjoni bla ħlas u l-ammonti totali. |
(14) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat skont dan. |
(15) |
Biex it-tibdiliet fl-Artikoli 52(5) u 63(3) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jkunu introdotti bla tfixkil, dawn it-tibdiliet għandhom jibdew japplikaw minn l-1 ta' Jannar 2010. |
(16) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Aministrazzjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 33 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri sabies jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-poteri ta' entità legali li timmodifika, tapprova jew tirrifjuta d-deċiżjonijiet ta' organizzazzjoni tal-produtturi fejn hija parti definita b'mod ċar ta' dik l-entità legali.” |
(2) |
L-Artikolu 36(2) huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 49(1) huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
Fl-Artikolu 52, il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej: “5. Biss il-produzzjoni tal-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi mqiegħda fis-suq mill-organizzazzjoni tal-produtturi nnifisha għandha tgħodd fil-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq. Il-produzzjoni tal-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi mqiegħda fis-suq minn organizzazzjoni tal-produtturi oħra ddeżinjata mill-organizzazzjoni proprja tagħhom, skont l-Artikoli 125a(2)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*) għandha tgħodd fil-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq tat-tieni organizzazzjoni ta' produtturi. |
(5) |
L-Artikolu 60, paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
Fl-Artikolu 63(3), il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(7) |
Fl-Artikolu 120, il-punti (a), (b) u (c) “il-kumpens” għandha tinbidel b’“kontribuzzjoni Komunitarja”. |
(8) |
Fl-Artikolu 152, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “9. B’deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 65(2) ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet iġġustifikati kif jixraq, jieħdu deċiżjoni dwar l-operazzjoni tal-programmi u l-fondi fl-2009 sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2009. Id-deċiżjoni ta' approvazzjoni tista' tistipula li n-nefqa tkun eliġibbli mill-1 ta' Jannar 2009 ‘il quddiem. 10. B'deroga mill-Artikolu 99(2) ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri, li pposponu d-deċiżjonijiet dwar il-programmi operattivi tal-2009, skont il-paragrafu preċedenti, għandhom jikkomunikaw mall-Kummissjoni sal-31 ta' Jannar 2009 stima tal-ammont tal-fondi operattivi għas-sena 2009 għall-programmi operattivi kollha. Din il-komunikazzjoni għandha tagħmel ċar kemm l-ammont totali tal-fond operattiv u kif ukoll l-ammont totali ta’ ffinanzjar Komunitarju ta’ dak il-fond operattiv. Dawn iċ-ċifri għandhom jerġgħu jkunu analizzati bejn ammonti għal miżuri tal-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kriżijiet u miżuri oħra. L-Istati Membri li saret referenza għalihom fis-subparagrafu preċedenti għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-ammont approvat finali tal-fond operattiv għas-sena 2009 għall-programmi kollha operattivi li jinkludu l-analiżi kif indikat hawn fuq, sal-15 ta' Marzu 2009.” |
(9) |
L-Annessi VIII u XIII huma emendati kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-Punti 4 u 6 tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
(3) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.
ANNESS
L-annessi għar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness VIII it-tieni subparagrafu tal-punt 15 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Materjal promozzjonali għall-promozzjoni ġenerika u l-promozzjoni ta' tiketti tal-kwalità għandu jkollu l-emblema tal-Komunità Ewropea (fil-każ ta’ midja viżwali biss) u jinkludi l-kliem li ġejjin: ‘Kampanja ffinanzjata bl-għajnuna tal-Komunità Ewropea’. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produttir u dawk is-sussidjarji li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 52(7) ma għandhomx jużaw l-emblema tal-Komunità Ewropea fil-promozzjoni tal-marki/ditti tagħhom.” |
(2) |
L-Anness XIII huwa emendat kif ġej:
|
23.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 345/28 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1328/2008
tat-22 ta' Diċembru 2008
li jemenda l-Annessi I, II, III, V, VII u VIII tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi (1), u partikolarment l-Artikolu 19 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-regoli komuni għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tessili minn pajjiżi terzi għandhom jiġu aġġornati biex jieħdu inkunsiderazzjoni għadd ta' żviluppi riċenti. |
(2) |
Is-sistema ta' sorveljanza ta' kontroll doppju maċ-Ċina se tintemm fil-31 ta' Diċembru 2008. |
(3) |
Il-Kunsill bid-Deċiżjoni 2008/939/KE (2) approva l-firma u l-applikazzjoni proviżorja ta’ ftehim bilaterali bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ fil-prodotti tat-tessuti. |
(4) |
L-emendi għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (3) jaffettwaw ukoll xi kodiċijiet fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93. |
(5) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 3030/93 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tessuti mwaqqaf permezz tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, II, III, V, VII u VIII tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika b'effett mill-1 ta' Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2008
Għall-Kummissjoni
Catherine ASHTON
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 335, 13.12.2008, p. 39.
ANNESS
L-Annessi II, II, III, V, VII u VIII tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93 huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness I jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS I PRODOTTI TAT-TESSUTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 (1)
ANNESS I A
ANNESS I B
|
(2) |
L-Anness II qiegħed jinbidel b'dan li ġej: “ANNEX II IL-PAJJIŻI ESPORTATURI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 Il-Belarus Ir-Russja Is-Serbja L-Użbekistan” |
(3) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Anness V jinbidel b'dan li ġej: “ANNESS V LIMITI KWANTITATTIVI TAL-KOMUNITÀ Applikabbli għas-sena 2009
|
(5) |
It-tieni tabella fl-Anness VII tinbidel b’dan li ġej: “Tabella Limiti kwantitattivi tal-komunità għall-prodotti importati mill-ġdid skont it-traffiku tal-ipproċessar passiv Applikabbli għas-sena 2009
|
(6) |
It-tabelli fl-Anness VIII jinbidlu b’dan li ġej:
|
(1) N.B.: Ikopri biss il-kategoriji 1 sa 114, bl-eċċezzjoni tal-Belarus, il-Federazzjoni Russa, l-Użbekistan u s-Serbja, li għalihom huma koperti l-kategoriji 1 sa 161.
(2) Japplika biss għall-importazzjonijiet miċ-Ċina.
23.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 345/56 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1329/2008
tat-22 ta' Diċembru 2008
li jadotta miżuri għall-appoġġ ta' emerġenza għas-suq tal-majjal fil-forma ta’ għajnuna għall-ħżin privat f’parti mir-Renju Unit
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37(43)(a) u (d), 191, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li meta l-prezz medju tas-suq Komunitarju għall-karkassi tal-ħanżir kif stabbilit b'referenza għall-prezzijiet reġistrati f'kull Stat Membru fuq is-swieq rappreżentattivi tal-Komunità u ppiżati permezz ta' koeffiċjenti li jirriflettu d-daqs relattiv tal-merħla tal-ħnieżer f'kull Stat Membru, ikun, u x'aktarx jibqa', inqas minn 103 % tal-prezz ta' referenza, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tagħti għajnuna għal ħżin privat. |
(2) |
Il-prezzijiet tas-suq waqgħu taħt dak il-livell u, minħabba tendenzi staġjonali u ċikliċi, din is-sitwazzjoni tista’ tippersisti. |
(3) |
Fil-qies tas-sejbiet riċenti tal-livelli elevati ta’ diossini fil-majjal li joriġina fl-Irlanda, is-sitwazzjoni tas-suq tal-majjal fl-Irlanda u fl-Irlanda ta’ Fuq hija partikolarment kritika. L-awtoritajiet kompetenti ħadu diversi miżuri biex jindirizzaw din is-sitwazzjoni. |
(4) |
Għalf ikkontaminat tal-annimali kien ikkonsenjat fl-irziezet tal-ħnieżer fl-Irlanda. L-għalf ikkontaminat jikkostitwixxi porzjon kbir ħafna tad-dieta tal-ħnieżer u jirriżulta f’livell għoli ta’ diossini fil-laħam mill-ħnieżer mill-irziezet affetwati. Minħabba d-diffikultajiet biex jittraċċaw lura l-majjal fl-irziezet u minħabba l-livelli għoljin ta’ diossina li nstabu fil-majjal affetwat, l-awtoritajiet kompetenti ddeċidew li bħala miżura ta’ prekawzjoni jiġbru lura l-majjal kollu u l-prodotti tal-majjal mis-suq. |
(5) |
L-applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri qed toħloq disturbi serji ħafna tas-suq tal-majjal fl-Irlanda ta’ Fuq. Minħabba ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali u d-diffikultajiet prattiċi li qed jesperjenza s-suq tal-majjal fl-Irlanda ta’ Fuq, huwa għalhekk xieraq li jiġu ppovduti miżuri ta’ appoġġ ta’ emerġenza għas-suq billi tingħata għajnuna għall-ħżin privat fl-Irlanda ta’ Fuq, għal perjodu limitat u relat għal kwantità limitata ta' prodotti. |
(6) |
L-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li għajnuna għall-ħżin privat tista’ tingħata għall-majjal u dik l-għajnuna għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni minn qabel jew permezz ta' proċedura ta' sejħiet għall-offerti. |
(7) |
Minħabba li s-sitwazzjoni tas-suq tal-majjal fl-Irlanda ta’ Fuq tirrikjedi azzjoni prattika fi ftit żmien, l-aktar proċedura xierqa biex tingħata għajnuna għall-ħżin privat tkun li tkun iffissata minn qabel. |
(8) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħżin privat ta’ ċerti prodotti agrikoli (2) stabbilixxa regoli komuni għall-implimentazzjoni ta’ skema privata tal-għajnuna għall-ħżin. |
(9) |
Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, għandha tingħata għajnuna stabbilita minn qabel skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet dettaljati kif ipprovduti fil-Kapitolu III ta’ dak ir-Regolament. |
(10) |
Fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari, jeħtieġ li jkun hemm rekwiżit li l-prodotti li se jitpoġġew fil-ħżin ikunu ġejjin minn ħnieżer li trabbew fi rziezet li huwa aċċertat li ma kinux affetwati mill-għalf ikkontaminat. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi pprovdut li l-prodotti konċernati joriġinaw minn ħnieżer imrobbijin u maqtulin fl-Irlanda ta’ Fuq. |
(11) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-miżura, il-prodotti tal-majjal huma kklassifikati skont ix-xebh fir-rigward tal-livell tal-ispiża tal-ħżin. |
(12) |
Sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol amministrattiv u ta' kontroll rigward il-konklużjoni ta' kuntratti, għandhom jiġu stabbiliti kwantitajiet minimi ta’ prodotti li għandu jipprovdi kull applikant. |
(13) |
Għandha tiġi stabbilita garanzija sabiex tiżgura li l-operaturi jwettqu l-obbligi kuntrattwali tagħhom u li l-miżura jkollha l-effett mixtieq fis-suq. |
(14) |
L-esportaturi tal-majjal jikkontribwixxu biex jerġa' jintlaħaq il-bilanċ fis-suq. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandhom japplikaw meta l-perjodu ta' ħżin jiqsar fejn prodotti mneħħija mill-ħżin ikunu maħsuba għall-esportazzjoni. Għandhom jiġu stabbiliti l-ammonti ta’ kuljum li se jiġu applikati għat-tnaqqis tal-ammont tal-għajnuna kif imsemmi f’dak l-Artikolu. |
(15) |
Għall-fini tal-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 u għar-raġuni ta’ konsistenza u ċarezza għall-operaturi, jeħtieġ li l-perjodu ta’ xahrejn imsemmi hemmhekk jiġi espress fi ġranet. |
(16) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ambitu
1. L-għajnuna għall-ħżin privat għandha tingħata fir-rigward ta’ prodotti tal-majjal li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet:
(a) |
ġejjin minn ħnieżer li kienu mrobbijin fl-Irlanda u fl-Irlanda ta’ Fuq mill-inqas għall-aħħar xahrejn qabel ma nqatlu fl-Irlanda ta’ Fuq; |
(b) |
huma ta’ kwalità ġenwina, ġusta u tajba għall-kummerċ u ġejjin minn ħnieżer imrobbijin fi rziezet li huwa stabbilit li ma użawx għalf ikkontaminat mil-livelli elevati ta’ diossini u bifenili poliklorinati (PCBs) |
2. Il-lista tal-kategoriji tal-prodotti eliġibbli għall-għajnuna u l-ammonti rilevanti huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Regoli applikabbli
Ir-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandu japplika, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Tressiq tal-applikazzjonijiet
1. Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, applikazzjonijiet għall-għajnuna ta’ ħżin privat għall-kategoriji tal-prodotti tal-majjal eliġibbli għall-għajnuna skont l-Artikolu 1 jistgħu jitressqu fl-Irlanda ta’ Fuq.
2. L-applikazzjonijiet għandhom jirrigwardjaw perjodu ta’ ħżin ta’ 90, 120, 150 jew 180 jum.
3. L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu għal waħda biss mill-kategoriji tal-prodotti mniżżlin fl-Anness, bl-indikazzjoni tal-kodiċi tan-NM rilevanti fi ħdan dik il-kategorija.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw il-konformità mal-Artikolu 1(1).
Artikolu 4
Kwantitajiet minimi
Il-kwantitajiet minimi għal kull applikazzjoni għandhom ikunu:
(a) |
10 tunnellati għal prodotti diżussati; |
(b) |
15-il tunnellata għal prodotti oħrajn. |
Artikolu 5
Garanziji
L-applikazzjonijiet għandu jkollhom garanzija li tammonta għal 20 % tal-ammonti tal-għajnuna stabbilita fil-kolonni minn 3 sa 6 tal-Anness.
Artikolu 6
Kwantità totali
Il-kwantità totali li għaliha jistgħu jiġu konklużi l-kuntratti, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, ma għandhiex taqbeż 15 000 tunnellata piż tal-prodott.
Artikolu 7
It-tneħħija mill-ħżin tal-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni
1. Għall-fini tal-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandha jkun hemm rekwiżit tal-iskadenza ta’ perjodu minimu ta’ ħżin ta’ 60 jum.
2. Għall-fini tal-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, l-ammonti ta’ kuljum huma stabbiliti fil-kolonna 7 tal-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
Il-kategoriji tal-prodotti |
Il-prodotti li għalihom qed tingħata l-għajnuna |
L-ammont ta’ għajnuna għal perjodu ta' ħżin ta' (EUR/tunnellata) |
Tnaqqis (EUR) |
|||
90 jum |
120 jum |
150 jum |
180 jum |
għal kull jum |
||
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
Kategorija 1 |
||||||
ex 0203 11 10 |
In-nofs karkassi mingħajr is-sieq ta' quddiem, id-denb, il-kliewi, il-falda l-irqiqa u s-sinsla tad-dahar (1) |
278 |
315 |
352 |
389 |
1,24 |
Kategorija 2 |
||||||
ex 0203 12 11 |
Il-prieżet |
|
|
|
|
|
ex 0203 12 19 |
L-ispallejn |
|
|
|
|
|
ex 0203 19 11 |
It-trufijiet ta' quddiem |
|
|
|
|
|
ex 0203 19 13 |
Il-ġenbejn, bit-tarf tal-għonq jew mingħajru, jew it-truf tal-għonq separatament, il-ġenbejn biċ-chump jew mingħajrha (2) (3) |
337 |
379 |
421 |
463 |
1,41 |
ex 0203 19 55 |
Ir-riġlejn, l-ispallejn, it-truf ta' quddiem, il-ġenbejn bit-tarf tal-għonq jew mingħajru, jew it-truf tal-għonq separatament, il-ġenbejn biċ-chump jew mingħajrha, diżussati (4) (5) |
|
|
|
|
|
Kategorija 3 |
||||||
ex 0203 19 15 |
Iż-żquq, sħaħ jew bix-xtur imneħħija b'qatgħa rettangolari |
164 |
197 |
230 |
263 |
1,09 |
ex 0203 19 55 |
Iż-żquq, sħaħ jew bix-xtur imneħħija b'qatgħa rettangolari, mingħajr il-ġilda ta' barra u l-kustilji |
|
|
|
|
|
Kategorija 4 |
||||||
ex 0203 19 55 |
Il-qatgħat li jikkorrispondu man-“nofisjiet”, bil-ġilda ta' barra jew bix-xaħam jew mingħajrhom, diżussati (6) |
255 |
290 |
325 |
360 |
1,17 |
(1) L-għajnuna tista' tingħata wkoll għan-nofs karkassi ppreżentati bħala Wiltshire sides, jiġifieri mingħajr ir-ras, il-ħadd, ix-xedaq, is-saqajn, id-denb, il-grass tas-simna, il-kliewi, it-tenderloin, l-għadma tal-ispalla, l-isternu, is-sinsla, l-għadma pelvika u d-dijaframma.
(2) Il-ġenbejn u t-truf tal-għonq jistgħu jkunu bil-ġilda ta' barra jew mingħajrha, imma s-saff tax-xaħam ta' magħhom ma għandux jaqbeż fond ta' 25 mm.
(3) Il-kwantità kkuntrattata tista' tkopri kull taħlita tal-prodotti msemmijin.
(4) Il-ġenbejn u t-truf tal-għonq jistgħu jkunu bil-ġilda ta' barra jew mingħajrha, imma s-saff tax-xaħam ta' magħhom ma għandux jaqbeż fond ta' 25 mm.
(5) Il-kwantità kkuntrattata tista' tkopri kull taħlita tal-prodotti msemmijin.
(6) L-istess preżentazzjoni bħall-prodotti koperti bil-kodiċi tan-NM 0210 19 20.
23.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 345/60 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1330/2008
tat-22 ta’ Diċembru 2008
li jemenda għall-103 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi finanzjarji oħra fir-rigward tat-Taliban tal-Afganistan (1), u b’mod partikolari fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
(2) |
Fil-21 u s-27 ta' Ottubru 2008, u fit-12 ta' Novembru 2008, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi billi jiżdiedu tliet persuni naturali mal-lista bl-informazzjoni dwar ir-rabta tagħhom mal-Al-Qaida. Id-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet dwar l-emendi ġew ipprovduti lill-Kummissjoni. |
(3) |
L-Anness I għandu jiġi emendat kif jixraq. |
(4) |
Biex jiġi garantit li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament. |
(5) |
Ladarba l-lista tan-NU ma tipprovdix l-indirizzi kurrenti tal-persuni naturali kkonċernati, għandu jiġi ppubblikat avviż fil-Ġurnal Uffiċjali sabiex il-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni u sabiex il-Kummissjoni tkun tista' mbagħad tikkomunika r-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, u tagħtihom l-opportunità li jikkumentaw dwar din il-bażi u tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-kummenti u l-informazzjoni addizzjoni li jista' jkun hemm, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Eneko LANDÁBURU
Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:
L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu miżjuda taħt l-intestatura “Persuni naturali”:
(1) |
Abdulbasit Abdulrahim (alias (a) Abdul Basit Fadil Abdul Rahim, (b) Abdelbasit Abdelrahim, (c) Abdullah Mansour, (d) Abdallah Mansour, (e) Adbulrahim Abdulbasit Fadil Mahoud). Indirizz: Londra, ir-Renju Unit. Data tat-twelid: 2.7.1968. Post tat-twelid: Gdabia, il-Libja. Numru tal-passaport: 800220972 (Passaport Ingliż). Ċittadinanza: Brittanika. Informazzjoni oħra: (a) Numru tal-Assigurazzjoni Nazzjonali Brittaniku PX053496A; (b) Involut fil-ġbir tal-fondi f'isem il-Libyan Islamic Fighting Group (il-Grupp ta' Ġellieda Iżlamiċi Libjani); (c) Kellu pożizzjonijiet għoja fi ħdan l-LIFG fir-Renju Unit; (d) Assoċjat mad-Diretturi tas-SANABEL Relief Agency, Ghuma Abd’rabbah, Taher Nasuf u Abdulbaqi Mohammed Khaled u ma' membri tal-LIFG fir-Renju Unit, inkluż Ismail Kamoka, membru għoli tal-LIFG fir-Renju Unit li nstab ħati u ġie kkundannat fir-Renju Unit f'Ġunju tal-2007 fuq il-bażi ta' akkużi ta' finanzjament tat-terroriżmu. |
(2) |
Redouane El Habhab (alias Abdelrahman). Indirizz: Iltisstrasse 58, 24143 Kiel, il-Ġermanja (indirizz ta' qabel). Data tat-twelid: 20.12.1969; Post tat-twelid: Casablanca, il-Marokk. Ċittadinanza: Ġermaniża. Numru tal-passaport: 1005552350 (maħruġ fis-27.3.2001 mill-Muniċipalità ta' Kiel, il-Ġermanja, jiskadi fis-26.3.2011). Nru. tal-karta tal-identità: 1007850441 (karta tal-identità federali Ġermaniża maħruġa fis-27.3.2001 mill-Muniċipalità ta' Kiel, il-Ġermanja, tiskadi fis-26 ta' Marzu 2011). Informazzjoni oħra: Bħalissa jinsab il-ħabs f'Lübeck, il-Ġermanja. |
(3) |
Maftah Mohamed Elmabruk (alias (a) Muftah Al Mabrook, (b) Mustah ElMabruk, (c) Maftah El Mobruk, (d) Muftah El Mabruk, (e) Maftah Elmobruk, (f) Al Hajj Abd Al Haqq, (g) Al Haj Abd Al Hak). Indirizz: Londra, ir-Renju Unit. Data tat-twelid: 1.5.1950. Post tat-twelid: Il-Libja. Ċittadinanza: Libjana. Informazzjoni oħra: (a) Numru tal-Assigurazzjoni Nazzjonali Brittaniku: PW503042C; (b) Resident Brittaniku; (c) Involut fil-ġbir tal-fondi f'isem il-Libyan Islamic Fighting Group (LIFG - il-Grupp ta' Ġellieda Iżlamiċi Libjani). Assoċjat mad-Diretturi tal-LIFG fir-Renju Unit, inkluż ma' Mohamed Benhammedi u Ismail Kamoka, membru għoli tal-LIFG fir-Renju Unit li nstab ħati u ġie kkundannat fir-Renju Unit f'Ġunju tal-2007 fuq il-bażi ta' akkużi ta' finanzjament tat-terroriżmu. |
(4) |
Abdelrazag Elsharif Elosta (alias Abdelrazag Elsharif Al Usta) Indirizz: Londra, ir-Renju Unit. Data tat-twelid is-20.6.1963. Post tat-twelid: Soguma, il-Libja. Numru tal-passaport: 304875071 (Passaport Ingliż). Ċittadinanza: Brittanika. Informazzjoni oħra: (a) Numru tal-Assigurazzjoni Nazzjonali Brittaniku: PW669539D; (b) Involut fil-ġbir tal-fondi u l-faċilitazzjoni finanzjarja f'isem il-Libyan Islamic Fighting Group (LIFG - il-Grupp ta' Ġellieda Iżlamiċi Libjani). Assoċjat ma' membri tal-LIFG fir-Renju Unit, inkluż ma' Mohamed Benhammedi, Taher Nasuf u Ismail Kamoka, membru għoli tal-LIFG fir-Renju Unit li nstab ħati u ġie kkundannat fir-Renju Unit f'Ġunju tal-2007 fuq il-bażi ta' akkużi ta' finanzjament tat-terroriżmu. |
(5) |
Fritz Martin Gelowicz (alias Robert Konars (imwieled fl-10.4.1979 fi Liège, il-Belġju), (b) Markus Gebert, (c) Malik, (d) Benzl, (e) Bentley). Indirizz:Böfinger Weg 20, 89075 Ulm, il-Ġermanja (indirizz ta' qabel). Data tat-twelid:1.9.1979. Post tat-twelid: Munich, il-Ġermanja. Ċittadinanza: Ġermaniża. Numru tal-passaport: 7020069907 (Passaport Ġermaniż maħruġ f'Ulm, il-Ġermanja, validu sal-11 ta' Mejju 2010). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 7020783883 (Karta tal-Identità Federali Ġermaniża, maħruġa f'Ulm, il-Ġermanja, skadiet fl-10.6.2008). Informazzjoni oħra: (a) Assoċjat mal-Islamic Jihad Union (IJU – Unjoni tal-Jihad Iżlamiku), magħrufa wkoll bħala l-Islamic Jihad Group (il-Grupp tal-Jihad Iżlamiku) mill-anqas sa mill-bidu tal-2006. Assocċjat ma' Daniel Martin Schneider u Adem Yilmaz. Imħarreġ fil-manifattura u l-użu tal-isplussivi; (b) Arrestat fl-4 ta' Settembru 2007 f'Medebach, il-Ġermanja, u jinsab f'detenzjoni fil-Ġermanja sa mill-5 ta' Settembru 2007 (Ottubru tal-2008). |
(6) |
Daniel Martin Schneider (alias Abdullah). Indirizz:Petrusstrasse 32, 66125 Herrensohr, Dudweiler, Saarbrücken, il-Ġermanja (indirizz ta' qabel). Data tat-twelid:9.9.1985. Post tat-twelid: Neunkirchen (Saar), il-Ġermanja. Ċittadinanza: Germaniża. Numru tal-passaport: 2318047793 (Passaport Ġermaniż maħruġ fi Friedrichsthal, il-Ġermanja, fis-17.5.2006, validu sas-16.5.2011). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 2318229333 (Karta tal-Identità Ġermaniża maħruġa fi Friedrichsthal, il-Ġermanja, fis-17.5.2006, valida sas-16.5.2011 (irrappurtata mitlufa)). Informazzjoni oħra: (a) Assoċjat mal-Islamic Jihad Union (IJU – Unjoni tal-Jihad Iżlamiku), magħrufa wkoll bħala l-Islamic Jihad Group (il-Grupp tal-Jihad Iżlamiku) mill-anqas sa mill-bidu tal-2006. Assoċjat ma' Fritz Martin Gelowicz u Adem Yilmaz; (b) Arrestat fl-4 ta' Settembru 2007 f'Medebach, il-Ġermanja, u jinsab f'detenzjoni fil-Ġermanja sa mill-5 ta' Settembru 2007 (Ottubru tal 2008). |
(7) |
Adem Yilmaz (alias Talha) Data tat-twelid: 4.11.1978. Post tat-twelid: Bayburt, it-Turkija. Ċittadinanza: Torka. Numru tal-passaport: TR-P 614 166 (passaport Tork maħruġ mill-Konsulat Ġenerali tat-Turkija fi Frankfurt/Main fit-22.3.2006, validu sal-15.9.2009. Indirizz:Südliche Ringstrasse 133, 63225 Langen, il-Ġermanja (indirizz ta' qabel). Informazzjoni oħra: (a) Assoċjat mal-Islamic Jihad Union (IJU – Unjoni tal-Jihad Iżlamiku), magħrufa wkoll bħala l-Islamic Jihad Group (il-Grupp tal-Jihad Iżlamiku) mill-anqas sa mill-bidu tal-2006. Assoċjat ma' Fritz Martin Gelowicz u Daniel Martin Schneider; (b) Arrestat fl-4 ta' Settembru 2007 f'Medebach, il-Ġermanja, u jinsab f'detenzjoni fil-Ġermanja sa mill-5 ta' Settembru 2007 (Ottubru tal-2008). |
DIRETTIVI
23.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 345/62 |
DIRETTIVA 2008/110/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Diċembru 2008
li temenda d-Direttiva 2004/49/KE dwar is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 71(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Sabiex ikomplu l-isforzi maħsuba biex jinħoloq suq wieħed tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id-Direttiva 2004/49/KE (3) li tistabbilixxi qafas ta’ regolamenti komuni għas-sigurtà tal-ferroviji. |
(2) |
Oriġinarjament, proċeduri ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid f'servizz ta’ vetturi ferrovjarji kienu ttrattati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (4) u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 dwar l-interoperabblità tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (5) għal partijiet ġodda jew imtejba tas-sistema ferrovjarja tal-Komunità, u d-Direttiva 2004/49/KE għal vetturi li diġà qed jintużaw. Skond il-prinċipji ta’ regolazzjoni aħjar, u bil-ħsieb li tiġi simplifikata u modernizzata l-leġiżlazzjoni Komunitarja, id-dispożizzjonijiet kollha li jirrigwardaw awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid f'servizz tal-vetturi ferrovjarji għandhom jiġu inkorporati f'test legali uniku. Għalhekk, l-Artikolu 14 attwali tad-Direttiva 2004/49/KE għandu jitħassar u għandha tiġi inkluża dispożizzjoni ġdida dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid f'servizz tal-vetturi li diġà qed jintużaw fid-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Komunità (tfassil mill-ġdid) (6) (minn hawn 'il quddiem imsejjħa “id-Direttiva dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja”) li ssostitwiet id-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE. |
(3) |
Id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni tal-1999 dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) fl-1 ta’ Lulju 2006 daħħal regoli ġodda li jirregolaw kuntratti għall-użu ta’ vetturi. Skond l-appendiċi CUV (Regoli Uniformi dwar Kuntratti għall-Użu ta’ Vetturi fit-Traffiku Internazzjonali tal-Ferrovija) tagħha, id-detenturi tal-vaguni m'għadhomx obbligati li jirreġistraw il-vaguni tagħhom ma’ impriża ferrovjarja. Il-Ftehim “Regolamento Internazionale Veicoli” (RIV) preċedenti bejn impriżi ferrovjarji waqaf milli japplika u kien sostitwit parzjalment minn ftehim privat u volontarju ġdid (Kuntratt Ġenerali ta’ Użu għall-Vaguni, GCU) bejn impriżi ferrovjarji u detenturi tal-vaguni fejn dawn ta’ l-aħħar huma responsabbli għall-manutenzjoni tal-vaguni tagħhom. Sabiex jiġu riflessi dawn it-tibdiliet u biex tiġi ffaċċilitata aktar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/49/KE fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà ta’ impriżi ferrovjarji, il-kunċett tad-“detentur” u l-kunċett ta’ “entità responsabbli għall-manutenzjoni” għandhom ikunu definiti, kif ukoll l-ispeċifikazzjoni tar-relazzjoni bejn dawn l-entitajiet u impriżi ferrovjarji. |
(4) |
Id-definizzjoni ta’ detentur għandha tkun kemm jista' jkun possibbli qrib għad-definizzjoni użata fil-Konvenzjoni COTIF 1999. Bosta entitajiet jistgħu jkunu identifikati bħala detentur ta’ vettura, per eżempju, il-proprjetarju, kumpanija li tagħmel negozju minn flotta ta’ vaguni, kumpanija li tikri vetturi lil impriża ferrovjarja, impriża ferrovjarja, amministrattur ta’ l-infrastruttura li juża vetturi għall-manutenzjoni ta’ l-infrastruttura tagħha, eċċ. Dawn l-entitajiet ikollhom il-kontroll tal-vettura bil-ħsieb li din tintuża bħala mezz ta’ trasport mill-impriżi ferrovjarji u l-amministratturi ta’ l-infrastruttura. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, id-detentur għandu jkun identifikat b'mod ċar fir-Reġistru Nazzjonali tal-Vetturi (NVR) previst fl-Artikolu 33 tad-Direttiva dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja. |
(5) |
Sabiex tkun żgurata l-konsistenza mal-leġiżlazzjoni ferrovjarja eżistenti u jkun evitat piż żejjed, L-Istati Membri għandhom jitħallew jeskludu l-ferroviji ta’ patrimonju, tal-mużewijiet u dawk għat-turisti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. |
(6) |
Qabel ma vettura titqiegħed fis-servizz jew tintuża fin-network, għandha tiġi identifikata entità responsabbli għall-manutenzjoni tagħha fl-NVR. Impriża tal-ferroviji, maniġer ta’ l-infrastruttura jew detentur jistgħu jkunu entità inkarigata mill-manutenzjoni. |
(7) |
L-Istati Membri għandhom jitħallew iwettqu l-obbligi sabiex jidentifikaw l-entità responsabbli mill-manutenzjoni u jiċċertifikawha permezz ta’ miżuri alternattivi fil-każ ta’ vetturi rreġistrati f'pajjiż terz u miżmuma skond il-liġi ta’ dak il-pajjiż, vetturi li jkunu użati fuq netwerks jew linji ta’ track gauge li jkunu differenti minn dawk tan-netwerk tal-ferrovija prinċipali fil-Komunità, u li għalihom ir-rekwiżit li tkun identifikata entità responsabbli mill-manutenzjoni jkun żgurat b'mod alternattiv permezz ta’ ftehimiet internazzjonali ma’ pajjiżi terzi u vetturi użati minn ferroviji ta’ patrimonju, tal-mużewijiet u tat-turisti jew tagħmir militari u trasport speċjali li jeħtieġu li jingħata permess ad hoc ta’ l-awtorita tas-sigurtà nazzjonali qabel is-servizz. F'dawn is-sitwazzjonijiet l-Istat Membru rilevanti għandu jkun permess jaċċetta vetturi fin-netwerk li għalih hu jkun kompetenti mingħajr ma tkun assenjata għal dawn il-vetturi entità responsabbli mill-manutenzjoni jew mingħajr ma din l-entità tkun iċċertifikata. Madankollu, dawn id-derogi għandhom ikunu suġġetti għal deċiżjonijiet formali ta’ l-Istat Membru rilevanti u jkunu analizzati mill-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) fil-kuntest tar-rapporti tagħha dwar il-prestazzjoni ta’ sigurtà. |
(8) |
Meta impriża ferrovjarja jew amministratur ta’ l-infrastruttura juża vettura li għaliha l-ebda entità responsabbli mill-manutenzjoni ma tkun irreġistrata, huwa għandu jikkontrolla r-riskji kollha assoċjati ma’ l-użu ta’ vettura bħal din. Il-ħila li jiġu kkontrollati dawn ir-riskji għandha tintwera mill-impriża ferrovjarja jew mill-aministratur ta’ l-infrastruttura permezz taċ-ċertifikazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tas-sigurtà tagħhom u, fejn applikabbli, permezz taċ-ċertifikazzjoni jew ta’ l-awtorizzazzjoni tas-sigurtà tagħhom. |
(9) |
Għall-vaguni tal-merkanzija, l-entità responsabbli mill-manutenzjoni għandha tkun iċċertifikata skond sistema li għandha tkun żviluppata mill-Aġenzija u adottata mill-Kummissjoni. Meta l-entità responsabbli mill-manutenzjoni tkun impriża ferrovjarja jew amministratur ta’ l-infrastruttura, din iċ-ċertifikazzjoni għandha tkun inkluża fil-proċedura għaċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà jew ta’ l-awtorizzazzjoni. Iċ-ċertifikat mogħti lil entità bħal din għandu jiggarantixxi li l-ħtiġiet ta’ manutenzjoni ta’ din id-Direttiva ikunu sodisfatti għal kwalunkwe vagun tal-merkanzija li għalih tkun responsabbli. Dan iċ-ċertifikat għandu jkun validu fil-Komunità kollha u għandu jingħata minn entità li tkun fil-qagħda li tivverifika s-sistema ta’ manutenzjoni stabbilita minn dawn l-entitajiet. Ladarba l-vaguni tal-merkanzija huma spiss użati fit-traffiku internazzjonali u billi entità responsabbli mill-manutenzjoni jista' jkun li tkun trid tuża workshops stabbiliti f'aktar minn Stat Membru wieħed, l-entità ta’ ċertifikazzjoni għandha tkun kapaċi twettaq il-kontrolli tagħha fil-Komunità kollha. |
(10) |
Qed jiġu żviluppati ħtiġiet ta’ manutenzjoni fil-kuntest tad-Direttiva dwar l-Interoperabilita' tal-Ferroviji, b'mod partikolari bħala parti mill-“materjal bir-roti” ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilita' (TSIs). Bħala riżultat tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva hemm il-ħtieġa li tkun żgurata koerenza bejn dawn it-TSIs u l-ħtiġiet ta’ ċertifikazzjoni għall-entità responsabbli mill-manutenzjoni li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tikseb dan billi timmodifika, fejn xieraq, it-TSIs rilevanti bl-użu tas-sistema prevista fid-Direttiva dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja. |
(11) |
Peress li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri aktar żvilupp u titjib tas-sigurtà fuq il-ferroviji Kommunitarji ma jistgħux jinkisbu b’ mod sodisfaċenti mill-Istati Membri, u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala ta’ l-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan. |
(12) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/49/KE għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (7). |
(13) |
B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tirrevedi u tadatta l-annessi tad-Direttiva 2004/49/KE, li tadotta u tirrevedi metodi komuni ta’ sigurtà u miri komuni ta’ sigurtà, u wkoll li tistabbilixxi sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-manutenzjoni. Ladarba dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2004/49/KE, inter alia, billi jissumplimentawha biż-żieda ta’ elementi mhux essenzjali ġodda, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5(a) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(14) |
Stat Membru li m'għandu l-ebda sistema tal-ferroviji, u l-ebda ħsieb immedjat li jkollu waħda, ikun taħt obbligu sproporzjonat u mingħajr skop kieku kellu jittrasponi u jimplimenta din id-Direttiva. Għalhekk, tali Stat Membru għandu, sakemm jibqa' ma jkollux sistema tal-ferroviji, jiġi eżentat mill-obbligu li jittrasponi u jimplimenta din id-Direttiva. |
(15) |
Skond il-paragrafu 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar leġislazzjoni aħjar (8), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interessi tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess, li, sa fejn ikun possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi. |
(16) |
Id-Direttiva 2004/49/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi
Id-Direttiva 2004/49/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
(1) |
il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu ma’ l-Artikolu 2(2):
|
(2) |
Għandhom jiżdiedu il-punti li ġejjin ma’ l-Artikolu 3:
|
(3) |
Fl-Artikolu 4(4), it-terminu “detentur tal-vaguni” għandu jinbidel b’ “detentur”; |
(4) |
L-Artikolu 5(2) għandu jinbidel b’dan li ġej: “2. Qabel it-30 ta’ April 2009, l-Anness I għandu jiġi rivedut, b'mod partikolari sabiex jiġu inkorporati fih d-definizzjonijiet komuni tas-CSI u l-metodi komuni għall-kalkolu ta’ l-ispiża ta’ l-inċidenti. Din il-miżura, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a).”; |
(5) |
L-Artikolu 6 għandu jinbidel kif ġej:
|
(6) |
L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(7) |
L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(8) |
għandu jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 14a Manutenzjoni ta’ vetturi 1. Kull vettura, qabel ma titqiegħed fis-servizz jew tintuża fin-netwerk, għandu jkollha entità responsabbli għall-manutenzjoni assenjata lilha u din l-entità għandha tkun irreġistrata fl-NVR skond l-Artikolu 33 tad-Direttiva dwar l-interoperabblità tas-sistema ferrovjarja. 2. Jistgħu jikkostitwixxu entità inkarigata mill-manutenzjoni impriża tal-ferroviji, maniġer ta’ l-infrastruttura jew detentur. 3. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà ta’ l-impriżi ferrovjarji u amministratturi ta’ l-infrastruttura għat-tħaddim sigur tal-ferroviji kif previst fl-Artikolu 4, l-entità għandha tiżgura li l-vetturi li hi tkun responsabbli għall-manutenzjoni tagħhom ikunu fi stat sigur permezz ta’ sistema ta’ manutenzjoni. Għal dan il-għan, l-entità responsabbli mill-manutenzjoni għandha tiżgura li l-vetturi jkunu miżmuma skond:
L-entità inkarigata mill-manutenzjoni għandha twettaq il-manutenzjoni hija nnifisha u tagħmel użu minn workshops ta’ manutenzjoni b'kuntratt. 4. Fil-każ ta’ vaguni tal-merkanzija, kull entità responsabbli mill-manutenzjoni għandha tkun ċċertifikata minn entità akkreditata jew rikonoxxuta skond il-paragrafu 5, jew minn awtorità nazzjonali tas-sigurtà. Il-proċess ta’ akkreditazzjoni għandu jkun ibbażat fuq kriterji ta’ indipendenza, kompetenza u imparzjalità, bħall-istandards Ewropej rilevanti tas-serje EN 45 000. Ir-rikonoxximent tal-proċess għandu jkun ibbażat ukoll fuq kriterji ta’ indipendenza, kompetenza u imparzjalità. Meta l-entità responsabbli għall-manutenzjoni tkun impriża ferrovjarja jew amministrattur ta’ l-infrastruttura, il-konformità mar-rekwiżiti li għandhom ikunu adottati taħt il-paragrafu 5 għandhom ikunu vverifikati mill-awtorità nazzjonali tas-sigurtà relevanti skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 10 jew 11 u għandhom ikunu kkonfermati fuq iċ-ċertifikati speċifikati f'dawk il-proċeduri. 5. Fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni mill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha, sa 24 ta’ Diċembru 2010, tadotta miżura li tistabbilixxi sistema ta’ ċertifikazzjoni ta’ l-entità responsabbli għall-manutenzjoni għal vaguni tal-merkanzija. Ċertifikati mogħtija skond din iċ-ċertifikazzjoni għandhom jikkonfermaw il-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3. Il-miżura għandha tinkludi r-rekwiżiti dwar:
Din il-miżura, imfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a). Fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni mill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha sa 24 ta’ Diċembru 2018, tirrevedi din il-miżura sabiex tinkludi l-vetturi kollha u taġġorna, jekk meħtieġ, is-sistema ta’ ċertifikazzjoni applikabbli għall-vaguni tal-merkanzija. 6. Iċ-ċertifikati mogħtija skond il-paragrafu 5 għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha. 7. L-Aġenzija għandha tevalwa l-proċess ta’ ċertifikazzjoni implimentat skond il- paragrafu 5 billi tressaq rapport lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tal-miżura rilevanti. 8. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jwettqu l-obbligi tagħhom biex jidentifikaw l-entità responsabbli mill-manutenzjoni u biex jiċċertifikawha permezz ta’ miżuri alternattivi, fil-każijiet li ġejjin:
Miżuri alternattivi bħal dawn għandhom ikunu implimentati permezz ta’ derogi li għandhom jingħataw mill-awtorità nazzjonali tas-sigurtà rilevanti:
Derogi bħal dawn għandhom ikunu identifikati u ġġustifikati fir-rapport tas-sigurtà annwali msemmi fl-Artikolu 18 ta’ din id-Direttiva. Meta jidher li jkunu qed jittieħdu riskji għas-sigurtà mhux meħtieġa fis-sistema tal-ferroviji tal-Komunità, l-Aġenzija għandha tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni bihom. Il-Kummissjoni għandha tikkuntattja lill-partijiet involuti u, fejn xieraq, titlob lill-Istat Membru biex jirtira d-deċiżjoni tiegħu dwar id-deroga.”; |
(9) |
L-Artikolu 16(2) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(10) |
Il-punt li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 18:
|
(11) |
L-Artikolu 26 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 26 Adattament ta’ l-Annessi L-Annessi għandhom jiġu adattati skond il-progress xjentifiku u tekniku. Din il-miżura, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(2a).”; |
(12) |
L-Artikolu 27 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(13) |
Il-punt 3 ta’ l-Anness II għandu jitħassar. |
Artikolu 2
Implimentazzjoni u traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa 24 ta’ Diċembru 2010. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
L-obbligi għat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva m'għandhomx japplikaw għar-Repubblika ta’ Ċipru u għar-Repubblika ta’ Malta sakemm l-ebda sistema ferrovjarja ma tiġi stabbilita fit-territorji rispettivi tagħhom.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, 16 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
B. LE MAIRE
(1) ĠU C 256, 27.10.2007, p. 39.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-29 ta' Novembru 2007 (ĠU C 297 E, 20.11.2008, p. 133), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 2008 (ĠU C 122E, 20.5.2008, p. 10) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 (għada mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Diċembru 2008.
(3) Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi ta' l-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44. Verżjoni rettifikata fil-ĠU L 220, 21.6.2004, p. 16).
(4) ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6.
(5) ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.
(6) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.
(7) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(8) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
23.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 345/68 |
DIRETTIVA 2008/112/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Diċembru 2008
li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 76/768/KEE, 88/378/KEE, 1999/13/KE u d-Direttivi 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex tadattahom għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 u l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,
Waqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (3) jipprevedi l-armonizzazzjoni tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar tas-sustanzi u t-taħlitiet fil-Komunità. Dak ir-Regolament ser jissostitwixxi d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-Regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar ta’ sustanzi perikolużi (4) kif ukoll id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar tal-preparazzjonijiet perikolużi (5). |
(2) |
Ir-Regolament (KE) 1272/2008 jibni fuq l-esperjenza mad-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE u jinkorpora l-kriterji għall-klassifikazzjoni u t-tikkettar tas-sustanzi u t-taħlitiet stipulati fis-Sistema Armonizzata Globali tal-Klassifikazzjoni u t-Tikkettar tal-Kimiċi (GHS) li ġiet adottata fil-livell internazzjonali, fi ħdan l-istruttura tan-Nazzjonijiet Uniti. |
(3) |
Ċerti dispożizzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni u t-tikkettar stabbiliti fid-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE jservu wkoll għall-għan tal-applikazzjoni ta’ leġislazzjoni Komunitarja oħra, bħad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (6), id-Direttiva tal-Kunsill 88/378/KEE tat-3 ta’ Mejju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-sigurtà tal-ġugarelli (7), id-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE tal-11 ta’ Marzu 1999 dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet (8), id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (9), id-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (10) u d-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar il-limitazzjonijiet ta’ emmissjonijiet ta’ komposizzjonijiet organiċi volatili minħabba l-użu ta’ solventi f’ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta’ lostru mill-ġdid ta’ vetturi (11). |
(4) |
L-inkorporazzjoni tal-kriterji GHS fil-leġislazzjoni Komunitarja twassal għall-introduzzjoni ta’ klassijiet u kategoriji ta’ periklu ġodda li jikkorrispondu biss parzjalment għall-arranġamenti tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar previsti bid-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE. Analiżi dwar l-effetti potenzjali tat-tranżizzjoni mis-sistema l-qadima għall-ġdida tal-klassifikazzjoni u t-tikkettar wasslet għall-konklużjoni li, bl-adattament tar-referenzi għall-kriterji ta’ klassifikazzjoni fid-Direttivi 76/768/KEE, 88/378/KEE, 2000/53/KE u 2002/96/KE għas-sistema l-ġdida introdotta bir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-atti rispettivi għandhom jinżammu. |
(5) |
Jeħtieġ ukoll li tiġi adattata d-Direttiva 76/768/KEE sabiex tqis l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (12) li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni. |
(6) |
Huwa opportun li d-Direttiva 1999/13/KE issir konformi mat-tibdil tal-frażi ta’ riskju R40 biż-żewġ frażijiet ta’ riskju R40 u R68 taħt id-Direttiva 67/548/KEE, sabiex tkun żgurata tranżizzjoni korretta għad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. |
(7) |
It-tranżizzjoni mill-kriterji għall-klassifikazzjoni misjuba fid-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE għandha titlesta bis-sħiħ fl-1 ta’ Ġunju 2015. Il-manifatturi ta’ kosmetiċi, ġugarelli, żebgħa, verniċi, prodotti ta’ raffinar għall-vetturi, vetturi u tagħmir elettriku u elettroniku huma manifatturi, importaturi jew utenti “downstream” fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, kif huma wkoll l-operaturi li l-attivitajiet tagħhom huma koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE. Kollha kemm huma għandhom jingħataw iċ-ċans li jfasslu l-istrateġija ta’ tranżizzjoni tagħhom taħt din id-Direttiva f’perjodu ta’ żmien simili għal dak taħt ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. |
(8) |
F’konformità mal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar leġislazzjoni aħjar (13), l-Istati Membri huma inkorraġġiti biex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess li juru, kemm jista’ jkun, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi. |
(9) |
Id-Direttivi 76/768/KEE, 88/378/KEE, 1999/13/KE, 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2004/42/KE għandhom jiġu emendati kif meħtieġ. |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 76/768/KEE
Id-Direttiva 76/768/KEE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
il-kelma “preparazzjoni” jew “preparazzjonijiet” fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fil-verżjoni tiegħu tat-30 ta’ Diċembru 2006, għandha tinbidel bil-kelma “taħlita” jew “taħlitiet” rispettivament fit-test kollu. |
(2) |
fl-Artikolu 4a(1), il-punt d għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(3) |
mill-1 ta’ Diċembru 2010, l-Artikolu 4b għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 4b L-użu fi prodotti kosmetiċi ta’ sustanzi klassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeniċi għaċ-ċelloli ġerminali jew tossiċi għar-riproduzzjoni, ta’ kategorija 1 A, 1B jew 2, taħt il-parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (**) għandu jiġi pprojbit. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri meħtieġa skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10 (2). Sustanza kklassifikata fil-kategorija 2 tista’ tintuża fil-kosmetiċi jekk is-sustanza tkun ġiet ivvalutata mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà tal-Konsumatur (SCCS) u misjuba aċċettabbli għall-użu fil-prodotti kosmetiċi. |
(4) |
mill-1 ta’ Diċembru 2010, fl-Artikolu 7a(1), l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-punt (h) għandu jinbidel b’dan li ġej: “L-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa taħt il-punt (a) li tkun aċċessibbli pubblikament għandha tkun limitata għal sustanzi li jissodisfaw il-kriterji għal kwalunkwe mill-klassijiet jew kategoriji ta’ periklu li ġejjin stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008:
|
(5) |
fl-Anness IX, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej: “Dan l-Anness jelenka l-metodi alternattivi vvalidati miċ-Ċentru Ewropew dwar il-Validazzjoni ta’ Metodi Alternattivi (Ecvam) taċ-Ċentru għar-Riċerka Konġunta disponibbli sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u li mhumiex elenkati fir-Regolament (KE) Nru 440/2008.”. |
Artikolu 2
Emendi għad-Direttiva 88/378/KEE
Id-Direttiva 88/378/KEE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
il-kelma “preparazzjoni” jew “preparazzjonijiet” fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, fil-verżjoni tiegħu tat-30 ta’ Diċembru 2006, għandha tinbidel bi “taħlita” jew “taħlitiet” rispettivament fit-test kollu; |
(2) |
mill-1 ta’ Diċembru 2010, fit-taqsima 2 tal-parti II tal-Anness II, il-punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(3) |
mill-1 ta’ Ġunju 2015, fit-taqsima 2 tal-parti II tal-Anness II, il-punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(4) |
mill-1 ta’ Diċembru 2010, fit-taqsima 3 tal-parti II tal-Anness II, l-ewwel paragrafu tal-punt 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(5) |
mill-1 ta’ Ġunju 2015, fit-taqsima 3 tal-parti II tal-Anness II, l-ewwel paragrafu tal-punt 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(6) |
mill-1 ta’ Diċembru 2010, fit-taqsima 4 tal-Anness IV, it-titolu u l-punt (a) għandhom jinbidlu b’dan li ġej: “4. Ġugarelli li jkun fihom sustanzi jew taħlitiet minnhom infushom perikolużi. Ġugarelli kimiċi.
għandu jkollhom twissija dwar in-natura perikoluża ta’ dawn is-sustanzi jew taħlitiet u indikazzjoni tal-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-utent sabiex jiġu evitati perikli assoċjati magħhom, li għandhom jiġu speċifikati fil-qosor skont it-tip ta’ ġugarell. L-ewwel għajnuna li għandha tingħata fil-każ ta’ inċidenti serji kkawżati mill-użu ta’ dan it-tip ta’ ġugarell għandha tissemma wkoll. Għandu jingħad ukoll li l-ġugarelli għandhom jinżammu 'l bogħod mit-tfal iż-żgħar ħafna.”; |
(7) |
mill-1 ta’ Ġunju 2015, fit-taqsima 4 tal-Anness IV, it-titolu u l-punt (a) għandhom jinbidlu b’dan li ġej: “4. Ġugarelli li jkun fihom sustanzi jew taħlitiet minnhom infushom perikolużi. Ġugarelli kimiċi.
għandu jkollhom twissija dwar in-natura perikoluża ta’ dawn is-sustanzi jew taħlitiet u indikazzjoni tal-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-utent sabiex jiġu evitati perikli assoċjati magħhom, li għandhom jiġu speċifikati b’mod konċiż skont it-tip ta’ ġugarell. L-ewwel għajnuna li għandha tingħata fil-każ ta’ inċidenti serji kkawżati mill-użu ta’ dan it-tip ta’ ġugarell għandha tissemma wkoll. Għandu jingħad ukoll li l-ġugarelli għandhom jinżammu 'l bogħod mit-tfal iż-żgħar ħafna.”. |
Artikolu 3
Emendi għad-Direttiva 1999/13/KE
Id-Direttiva 1999/13/KE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
il-kelma “preparazzjoni” jew “preparazzjonijiet” fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, fil-verżjoni tiegħu tat-30 ta’ Diċembru 2006, għandha tinbidel bi “taħlita” jew “taħlitiet” rispettivament fit-test kollu; |
(2) |
L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 4
Emenda għad-Direttiva 2000/53/KE
Mill-1 ta’ Diċembru 2010, fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/53/KE, il-punt 11 għandu jinbidel b’dan li ġej:
“11. |
‘sustanzi perikolużi’ tfisser kwalunkwe sustanza li tissodisfa l-kriterji għal kwalunkwe mill-klassijiet jew kategoriji ta’ periklu stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (********);
|
Artikolu 5
Emendi għad-Direttiva 2002/96/KE
Id-Direttiva 2002/96/KE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
il-kelma “preparazzjoni” jew “preparazzjonijiet” fit-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fil-verżjoni tiegħu tat-30 ta’ Diċembru 2006, għandha tinbidel bi “taħlita” jew “taħlitiet” rispettivament fit-test kollu. |
(2) |
mill-1 ta’ Diċembru 2010, fl-Artikolu 3, il-punt (l) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(3) |
mill-1 ta’ Ġunju 2015, fl-Artikolu 3, il-punt (l) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(4) |
fit-taqsima 1 tal-Anness II, it-tlettax-il inċiż għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
Artikolu 6
Emenda għad-Direttiva 2004/42/KE
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/42/KE huwa b’dan emendat kif ġej:
(a) |
fil-paragrafu 3, il-kelma “preparazzjoni” għandha tinbidel b’ “taħlita”; |
(b) |
fil-paragrafu 8, il-kelma “preparazzjoni” għandha tinbidel b’ “taħlita”. |
Artikolu 7
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa l-1 ta’ April 2010 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ġunju 2010.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 8
Dħul fis-Seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 9
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strażburgu, 16 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
B. LE MAIRE
(1) ĠU C 120, 16.5.2008, p. 50.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Settembru 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2008.
(3) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(5) ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.
(6) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.
(7) ĠU L 187, 16.7.1988, p. 1.
(9) ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34.
(10) ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24.
(11) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87.
(12) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1. Verżjoni kkorreġuta fil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.
(13) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
23.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 345/75 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/114/KE
tat-8 ta’ Diċembru 2008
dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni ta’ l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 308 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),
Billi:
(1) |
F’Ġunju 2004 il-Kunsill Ewropew talab il-preparazzjoni ta’ strateġija ġenerali għall-ħarsien ta’ l-infrastrutturi kritiċi. Konsegwentement, fl-20 ta’ Ottubru 2004 il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar il-Ħarsien ta’ l-Infrastruttura Kritika fil-ġlieda kontra t-terroriżmu li pproponiet suġġerimenti dwar x’jista’ jtejjeb it-tisħiħ Ewropew tal-prevenzjoni ta’, l-istat ta’ tħejjija u r-rispons għall-attakki terroristiċi li jinvolvu l-infrastrutturi kritiċi. |
(2) |
Fis-17 ta’ Novembru 2005, il-Kummissjoni adottat Green Paper dwar Programm Ewropew għall-Ħarsien ta’ l-Infrastruttura Kritika li pprovdiet għażliet ta’ politika dwar l-istabbiliment tal-programm u n-Netwerk ta’ Informazzjoni ta’ Twissija dwar l-Infrastruttura Kritika. Ir-reazzjonijiet li ngħataw għall-Green Paper enfasizzaw il-valur miżjud ta’ qafas Komunitarju għall-ħarsien ta’ l-infrastruttura kritika. Ġie rikonoxxut il-bżonn li jiżdied il-ħarsien ta’ l-infrastruttura kritika fl-Ewropa u li ikun hemm għajnuna biex jitnaqqsu l-vulnerabilitajiet dwar l-infrastrutturi kritiċi. Ġiet enfasizzata l-importanza tal-prinċipji ewlenin tas-sussidjarjetà, tal-proporzjonalità u tal-kumplimentarjetà, kif ukoll tad-djalogu mal-partijiet ikkonċernati. |
(3) |
F’Diċembru 2005, il-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Intern appella lill-Kummissjoni biex tressaq proposta dwar Programm Ewropew għall-Ħarsien ta’ l-Infrastruttura Kritika (“EPCIP”) u ddeċieda li għandu jkun ibbażat fuq approċċ li jieħu kont tar-riskji kollha, bil-prijorità li jintegħleb it-theddid mit-terroriżmu. Taħt dan l-approċċ, theddidiet li ġejjin mill-bniedem, dawk teknoloġiċi u diżastri naturali għandu jittieħed kont tagħhom fil-proċess għall-ħarsien ta’ l-infrastruttura kritika, iżda għandha tingħata prijorità lit-theddida mit-terroriżmu. |
(4) |
F’April 2007 l-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar l-EPCIP li fihom tenna li finalment hi r-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri li jamministraw l-arranġamenti għall-ħarsien ta’ l-infrastrutturi kritiċi li jinsabu fi ħdan il-fruntieri nazzjonali tagħhom filwaqt li laqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiġi żviluppata proċedura Ewropea għall-identifikazzjoni u l-indikazzjoni ta’ l-Infrastrutturi Kritiċi Ewropej (“ECIs”) u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom. |
(5) |
Din id-Direttiva tikkostittwixxi l-ewwel pass f’approċċ gradwali għall-identifikazzjoni u l-indikazzjoni ta’ ECIs u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom. Għaldaqstant, din id-Direttiva tikkonċentra fuq is-setturi ta’ l-enerġija u tat-trasport u għandha tiġi riveduta bil-ħsieb tal-valutazzjoni ta’ l-impatt tagħha u l-ħtieġa li jiġu nklużi setturi oħrajn fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, inter alia is-settur tat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (“TIK”). |
(6) |
Ir-responsabbiltà primarja u finali għall-ħarsien ta’ l-ECIs taqa’ fuq l-Istati Membri u l-proprjetarji/operaturi ta’ tali infrastruttura. |
(7) |
Hemm ċertu numru ta’ infrastrutturi kritiċi fil-Komunità, li l-interruzzjoni jew id-distruzzjoni ta’ liema jkollhom impatti transkonfinali sinifikanti. Dan jista’ jinkludi effetti intersettorjali transkonfinali li jirriżultaw minn interdependenzi bejn infrastrutturi interkonnessi. Tali ECIs għandhom jiġu identifikati u indikati permezz ta’ proċedura komuni. L-evalwazzjoni tar-rekwiżiti ta’ sigurtà għal tali infrastrutturi għandha ssir taħt approċċ minimu komuni. Skemi bilaterali għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ħarsien ta’ l-infrastruttura kritika jikkostitwixxu mezzi stabbiliti u effiċjenti ħafna biex jitrattaw l-infrastrutturi kritiċi transkonfinali. L-EPCIP għandu jibni fuq din il-kooperazzjoni. Informazzjoni dwar l-indikazzjoni ta’ infrastruttura partikolari bħala ECI għandha tiġi klassifikata f’livell xieraq skond il-leġislazzjoni eżistenti tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri. |
(8) |
Peress li setturi varji għandhom esperjenza partikolari, għarfien espert u r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-ħarsien ta’ l-infrastruttura kritika, għandu jkun hemm l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ sistema għall-ħarsien ta’ l-infrastruttura kritika fuq livell Komunitarju, li tieħu kont tal-karatteristiċi u l-mizuri eżitenti tas-setturi partikolari, inklużi dawk diġa eżistenti fuq il-livell Komunitarju, nazzjonali jew reġjonali, kif ukoll, fejn meħtieġ, arranġamenti transkonfinali għall-għajnuna reċiproka bejn proprjetarji/operaturi ta’ infrastrutturi kritiċi eżistenti. Minħabba l-involviment konsiderevoli ħafna tas-settur privat fis-sorveljanza u l-amministrazzjoni tar-riskji, pjanijiet għall-kontinwità kummerċjali u l-irkupru wara l-falliment, metodu Komunitarju għandu bżonn jinkoraġixxi l-involviment sħiħ tas-settur privat. |
(9) |
Fir-rigward tas-settur ta’ l-enerġija u partikolarment il-metodi tal-ġenerazzjoni u t-trażmissjoni ta’ l-elettriku (fir-rigward tal-forniment ta’ l-elettriku), huwa mifhum li fejn meqjus xieraq, il-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku tista’ tinkludi partijiet tat-trażmissjoni ta’ l-elettriku ta’ impjanti ta’ enerġija nukleari, iżda teskludi l-elementi nukleari speċifiċi koperti b’leġislazzjoni nukleari rilevanti inklużi t-trattati u l-liġi Komunitarja. |
(10) |
Din id-Direttiva tikkomplimenta miżuri settorjali eżistenti fuq il-livell Komunitarju u fl-Istati Membri. Fejn hemm fis-seħħ mekkaniżmi Komunitarji, dawn għandhom ikomplu jintużaw u ser jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ġenerali ta’ din id-Direttiva. Dupplikazzjoni ta’, jew kontradizzjoni bejn, atti differenti jew dispożizzjonijiet għandhom jiġu evitati. |
(11) |
Għandhom jiġu stabbiliti Pjanijiet ta’ Sigurtà għall-Operaturi (“OSPs”) jew miżuri ekwivalenti li fihom identifikazzjoni ta’ assi importanti, valutazzjoni tar-riskju u l-identifikazzjoni, l-indikazzjoni u l-prijoritizzazzjoni ta’ kontro-miżuri u proċeduri fl-ECIs indikati kollha. Bil-ħsieb li jiġu evitati ħidma bla bżonn u dupplikazzjoni, kull Stat Membru għandu l-ewwel jivvaluta jekk il-proprjetarji/operaturi ta’ l-ECIs indikati għandhomx OSPs rilevanti jew miżuri simili. Fejn ma jeżistux tali pjanijiet, kull Stat Membru għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jassigura li jiġu stabbiliti miżuri xierqa. Huwa f’idejn kull Stat Membru li jiddeċiedi dwar l-aktar forma xierqa ta’ azzjoni fir-rigward ta’ l-istabbiliment ta’ OSPs. |
(12) |
Miżuri, prinċipji, linji gwida inkluż miżuri Komunitarji kif ukoll skemi ta’ kooperazzjoni bilaterali u/jew multilaterali li jipprevedu pjan simili jew ekwivalenti għal OSP jew jipprevedu Uffiċjal ta’ Kollegament tas-Sigurtà jew ekwivalenti, għandhom jitqiesu bħala li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ OSP jew l-Uffiċjal ta’ Kollegament tas-Sigurtà rispettivament. |
(13) |
Għandu jiġi identifikat Uffiċjal ta’ Kollegament tas-Sigurtà għall-ECIs indikati kollha biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni ma’ l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għall-ħarsien ta’ l-infrastruttura kritika. Bil-ħsieb li jiġu evitati ħidma u dupplikazzjoni bla bżonn, kull Stat Membru għandu l-ewwel jivvaluta jekk il-proprjetarji/operaturi ta’ l-ECI indikata għandhomx diġà Uffiċjal ta’ Kollegament ta’ Sigurtà jew ekwivalenti.Fejn ma jeżistix tali Uffiċjal ta’ Kollegament ta’ Sigurtà, kull Stat Membru għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jassigura li jiġu stabbiliti miżuri xierqa. Huwa f’idejn kull Stat Membru li jiddeċiedi dwar l-aktar forma xierqa ta’ azzjoni fir-rigward tan-nomina ta’ Uffiċjali ta’ Kollegament ta’ Sigurtà. |
(14) |
L-identifikazzjoni effiċjenti tar-riskji, theddid u vulnerabilitajiet fis-setturi partikolari titlob komunikazzjoni bejn il-proprjetarji/l-operaturi ta’ l-ECIs u l-Istati Membri, u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu jiġbor l-informazzjoni dwar l-ECIs li jinsabu fit-territorju tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tirċievi informazzjoni ġenerika mill-Istati Membri dwar ir-riskji, il-vulnerabilitajiet u t-theddid fis-setturi fejn ġew identifikati l-ECIs, inkluż fejn l-informazzjoni relevanti dwar titjib potenzjali fl-ECIs u dipendenzi bejn is-setturi, li jistgħu jiffurmaw il-bażi ta’ l-iżvilupp, fejn meħtieġ, ta’ proposti speċifiċi mill-Kummissjoni dwar it-titjib tal-ħarsien ta’ l-ECIs. |
(15) |
Biex jiġi ffaċilitat it-titjib fil-ħarsien ta’ l-ECIs, jistgħu jiġu żviluppati metodoloġiji ġodda għall-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tar-riskji, tal-vulnerabilitajiet u tat-theddid għall-assi infrastrutturali. |
(16) |
Proprjetarji/operaturi ta’ l-ECIs għandhom ikunu mogħtija aċċess primarjament permezz ta’ l-awtoritajiet relevanti ta’ l-Istati Membri għall-aħjar prattika u għall-metodoloġiji dwar il-ħarsien ta’ l-infrastruttura kritika. |
(17) |
Il-ħarsien effettiv ta’ l-ECIs jeħtieġ il-komunikazzjoini, il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fuq livell nazzjonali u Komunitarju. L-aħjar mod kif dan jista’ jintlaħaq huwa permezz ta’ l-indikazzjoni ta’ Punti ta’ Kuntatt tal-Ħarsien ta’ l-Infrastruttura Kritika Ewropea (“Punti ta’ Kuntatt tas-ECIP”) f’kull Stat Membru, li għandu jikkoordina internament kwistjonijiet relatati mal-Ħarsien ta’ l-infrastruttura kritika, kif ukoll ma’ l-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni. |
(18) |
Biex jiġu żviluppati attivitajiet relatati mal-Ħarsien ta’ l-Infrastruttura Kritika Ewropea f’oqsma li jirrikjedu ċertu livell ta’ kunfidenzjalità, huwa xieraq li jiġi żgurat skambju ta’ informazzjoni koerenti u żgur fil-qafas ta’ din id-Direttiva. Huwa importanti li r-regoli ta’ konfidenzjalità skond il-liġi nazzjonali applikabbli jew ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (3) jiġu osservati fir-rigward ta’ fatti speċifiċi dwar assi ta’ infrastruttura kritika, li jistgħu jintużaw biex issir tħejjija u aġir bil-ħsieb li jiġu kkawżati konsegwenzi inaċċettabbli għal installazzjonijiet ta’ infrastruttura kritika. L-informazzjoni kklassifikata għandha tiġi mħarsa skond il-leġislazzjoni relevanti Komunitarja u ta’ l-Istat Membru. Kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom jirrispettaw il-klassifikazzjoni ta’ sigurtà relevanti mogħtija mill-oriġinatur ta’ dokument. |
(19) |
Il-kondiviżjoni ta’ l-informazzjoni dwar l-ECIs għandha ssir f’atmosfera ta’ fiduċja u sigurtà. Il-kondiviżjoni ta’ l-informazzjoni tirrikjedi relazzjoni ta’ fiduċja tant li l-kumpanniji u l-organizazzjonijiet ikunu jafu li d-data sensittiva u kunfidenzjali tagħhom ser tkun imħarsa b’mod suffiċjenti. |
(20) |
Peress li l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-ħolqien ta’ proċedura għall-identifikazzjoni u l-indikazzjoni ta’ l-ECIs, u ta’ approċċ komuni għall-valutazzjoni tal-bżonn ta’ titjib fil-ħarsien ta’ dawn l-infrastrutturi, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala ta’ l-azzjoni, jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ taddotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, skond l-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif imsemmi f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
(21) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi proċedura għall-identifikazzjoni u l-indikazzjoni ta’ Infrastrutturi Kritiċi Ewropej (“ECIs”), u approċċ komuni għall-valutazzjoni tal-bżonn ta’ titjib fil-ħarsien ta’ tali infrastrutturi biex tikkontribwixxi għall-ħarsien tal-poplu.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ din id-Direttiva:
(a) |
“infrastruttura kritika” tfisser assi, sistema jew parti minnhom li jinsabu fl-Istati Membri essenzjali għall-manteniment ta’ funzjonijiet vitali tas-soċjetà, is-saħħa, is-sigurtà, is-sikurezza, il-benessere ekonomiku jew soċjali tal-poplu u li t-tfixkil jew il-qerda tagħhom ikollu impatt sinifikanti fi Stat Membru bħala riżultat tal-falliment biex jinżammu dawk il-funzjonijiet; |
(b) |
“Infrstruttura Kritika Ewropea” jew “ECI” tiffisser infrastruttura kritika li tinsab fl-Istati Membri li l-interruzzjoni jew il-qerda tagħha jkollha impatt sinifikanti fuq mill-inqas żewġ Stati Membri. Is-sinifikat ta’ l-impatt għandu jiġi vvalutat f’termini ta’ kriterji transversali. Dan jinkludi l-effetti li jirriżultaw minn dipendenzi transsettorjali fuq tipi oħra ta’ infrastruttura; |
(c) |
“analiżi tar-riskju” tfisser il-konsiderazzjoni ta’ xenarji ta’ theddid relevanti, sabiex tiġi valutata l-vulnerabbiltà u l-impatt potenzjali ta’ interuzzjoni jew qerda ta’ infrastruttura kritika. |
(d) |
“informazzjoni dwar il-ħarsien ta’ l-infrastruttura kritika” tfisser fatti dwar infrastruttura kritika, li jekk jiġu żvelati jistgħu jiġu wżati għall-pjanijiet u azzjonijiet bil-ħsieb li jiġi kkawżat interuzzjoni jew qerda ta’ installazzjonijiet ta’ l-infrastruttura kritika; |
(e) |
“ħarsien” tfisser l-attivitajiet kollha immirati lejn l-iżgurar tal-funzjonament, il-kontinwità u l-integrità ta’ infrastrutturi kritiċi sabiex tinżamm lura, tiġi mtaffija u newtralizzata theddida, riskju jew vulnerabbiltà; |
(f) |
“proprjetarji/operaturi ta’ ECIs” tfisser dawk l-entitajiet responsabbli mill-investimenti fi, u/jew l-operat ta’ kuljum ta’assi, sistema partikolari jew parti minnhom indikata bħala ECI taħt din id-Direttiva. |
Artikolu 3
Identifikazzjoni ta’ l-ECIs
1. Skond il-proċedura prevista fl-Anness III, kull Stat Membru għandu jidentifika l-ECIs potenzjali li tissodisfa kemm il-kriterji trasversali kif ukoll dawk settorjali u tissodisfa d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(a) u 2(b).
Il-Kummissjoni tista’ tassisti lill-Istati Membri fuq talba tagħhom biex jidentifikaw l-ECIs potenzjali.
Il-Kummissjoni tista’ tiġbed l-attenzjoni ta’ l-Istati Membri rilevanti lejn l-eżistenza ta’ infrastruttura kritika potenzjali li tista’ titqies li tissodisfa r-rekwiżiti għall-indikazzjoni ta’ ECI.
Kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom ikomplu fuq bażi kontinwa l-proċess ta’ identifikazzjoni ta’ ECIs potenzjali.
2. Il-kriterji trasversali imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dan li ġej:
(a) |
il-kriterju ta’ diżgrazzji (ivvalutat f’termini tan-numru potenzjal ta’ mwiet jew korrimenti); |
(b) |
il-kriterju ta’ l-effetti ekonomiċi (ivvalutat f’termini tas-sinifikat tat-telf ekonomiku u/jew degradazzjoni ta’ prodotti jew servizzi; inklużi l-effetti ambjentali potenzjali); |
(c) |
il-kriterju ta’ l-effetti pubbliċi (ivvalutat f’termini ta’ l-impatt fuq il-kunfidenza pubblika, is-sofferenza fiżika u l-interruzzjoni tal-ħajja ta’ kuljum; inkluż it-telf ta’ servizzi essenzjali). |
Il-limiti tal-kriterji trasversali għandhom ikunu bbażati fuq is-serjetà ta’ l-impatt ta’ l-interruzzjoni jew qerda ta’ infrastruttura partikolari. Il-limiti preċiżi applikabbli għall-kriterji trasversali għandhom jiġu determinati abbażi ta’ każ b’każ mill-Istati Membri kkonċernati b’infrastruttura kritika partikolari. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni fuq bażi annwali bin-numru ta’ infrastrutturi għal kull settur li għalihom saru diskussjonijiet rigward il-limiti tal-kriterji trasversali.
Il-kriterji settorjali għandhom jieħdu kont tal-karatteristiċi tas-setturi ta’ l-ECI individwali.
Il-Kummissjoni flimkien ma’ l-Istati Membri għandha tiżviluppa linji gwida għall-applikazzjoni ta’ kriterji transversali u settorjali u limiti approssimattivi li għandhom jintużaw għall-identifikazzjoni ta’ l-ECIs. Il-kriterji għandhom jiġu kklassifikati. L-użu ta’ tali linji gwida għandu jkun fakultattiv għall-Istati Membri.
3. Is-setturi li għandhom jintużaw għall-finijiet ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu s-setturi ta’ l-enerġija u t-trasport. Is-sottosetturi huma identifikati fl-Anness I.
Jekk jitqies xieraq u f’konformità mar-reviżjoni ta’ din id-Direttiva kif stabbilit fl-Artikolu 11, jistgħu jiġu identifikati setturi sussegwenti li għandhom jintużaw għall-fini ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Għandha tingħata prijorità lis-settur tat-TIK.
Artikolu 4
L-indikazzjoni ta’ l-ECIs
1. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra li jistgħu jiġu affettwati b’mod sinifikanti minn ECI potenzjali dwar l-identità tagħha u r-raġunijiet għall-indikazzjoni tagħha bħala ECI.
2. Kull Stat Membru li fuq it-territorju tiegħu tinsab ECI potenzjali għandu jinvolvi ruħu f’diskussjonijiet bilaterali u/jew multilaterali ma’ l-Istati Membri l-oħra li jistgħu jiġu affettwati b’mod sinifikanti mill-ECI potenzjali. Il-Kummissjoni tista’ tipparteċipa f’dawn id-diskussjonijiet iżda m’għandhiex ikollha aċċess għal informazzjoni dettaljata li tippermetti l-identifikazzjoni inekwivokabbli ta’ infrastruttura partikolari.
Stat Membru li għandu raġuni biex jaħseb li jista’ jkun affettwat b’mod sinifikanti mill-ECI potenzjali, iżda li ma ġiex identifikat bħala tali mill-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu tinsab l-ECI potenzjali, jista’ jinforma lill-Kummissjoni dwar ix-xewqa tiegħu li jiġi inkluż f’diskussjonijiet bilaterali u/jew multilaterali dwar din il-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha minnufih tinnotifika lill-Istati Membru li fuq it-territorju tiegħu tinsab l-ECI potenzjali dwar din ix-xewqa u tipprova tiffaċilita l-qbil bejn il-partijiet.
3. L-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu tinsab ECI potenzjali għandu jindikaha bħala ECI b’segwitu għal qbil bejn dak l-Istat Membru u dawk l-Istati Membri li jistgħu jkunu affettwati b’mod sinifikanti.
Għandha tintalabl-aċċettazzjoni ta’ l-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu tinsab l-infrastruttura li ser tiġi indikata bħala ECI.
4. L-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu tinsab ECI indikata għandu jinforma lill-Kummissjoni fuq bażi annwali bin-numru ta’ l-ECI indikata għal kull settur u bin-numru ta’ Stati Membri dipendenti fuq kull ECI indikata. Dawk l-Istati Membri li jistgħu jkunu affettwati b’mod sinifikanti mill-ECIs biss għandhom ikunu jafu l-identità tagħha.
5. L-Istati Membri li fuq it-territorju tagħhom tinsab ECI għandhom jinformaw lill-proprjetarju/operatur ta’ l-infrastruttura dwar l-indikazzjoni tagħha bħala ECI. Informazzjoni dwar l-indikazzjoni ta’ infrastruttura bħala ECI għandha tkun klassifikata f’livell xieraq.
6. Il-proċess ta’ identifikazzjoni u l-indikazzjoni ta’ ECIs skond l-Artikolu 3 u dan l-Artikolu għandu jitlesta sat-12 ta’ Jannar 2011 u jiġi rivedut fuq bażi regolari.
Artikolu 5
Pjanijiet ta’ Sigurtà għall-Operaturi
1. Il-Pjan ta’ Sigurtà għall-Operaturi (“OSP”) għandu jidentifika l-assi ta’ l-infrastruttura kritika ta’ l-ECI u liema soluzzjonijiet għas-sigurtà jeżistu jew qed jiġu implimentati għall-ħarsien tagħhom. Il-kontenut minimu li għandu jiġi indirizzat minn proċedura ta’ ECI OSP huwa stabbilit fl-Anness II.
2. Kull Stat Membru għandu jivvaluta jekk kull ECI indikata li tinsab fit-territorju tiegħu għandhiex OSP jew jekk huwa għandux stabbiliti miżuri ekwivalenti li jindirizzaw il-kwistjonijiet identifikati fl-Anness II. Jekk Stat Membru jsib li jeżisti tali OSP jew ekwivalenti u dan huwa aġġornat regolarment, m’għandux ikun hemm ħtieġa għal aktar azzjoni ta’ implimentazzjoni.
3. Jekk Stat Membru jsib li ma ġiex ippreparat tali OSP jew ekwivalenti, dan għandu jiżgura bi kwalunkwe mezz meqjus xierqa, li l-OSP jew ekwivalenti jitħejja u li dan jindirizza l-kwistjonijiet identifikati fl-Anness II.
Kull Stat Membru għandu jiżgura li hemm stabbilit l-OSP jew ekwivalenti u li jiġi riveduti regolarment fi żmien sena wara l-indikazzjoni ta’ l-infrastruttura kritika bħala ECI. Dan il-perijodu jista’ jiġi estiż f’ċirkostanzi eċċezzjonali, bi ftehim mill-awtorità ta’ l-Istat Membru u b’notifika lill-Kummissjoni.
4. F’każ fejn ikunu diġà jeżistu arranġamenti superviżorji jew ta’ sorveljanza fir-rigward ta’ ECI, tali arranġamenti m’humiex affettwati b’dan l-Artikolu u l-awtorità ta’ l-Istat Membru relevanti msemmija f’dan l-Artikolu għandha tkun is-superviżur taħt dawk l-arranġamenti eżistenti.
5. Il-konformità ma’ miżuri inkluż miżuri Komunitarji li f’settur partikolari jeħtieġu, jew jirreferu għall-ħtieġa li jkun hemm, pjan simili jew ekwivalenti għal OSP u superviżjoni mill-awtorità relevanti ta’ tali pjan, titqies bħala li tissodisfa l-ħtiġiet kollha ta’ l-Istati Membri taħt, jew adottati skond, dan l-Artikolu. Il-linji gwida għall-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) għandhom jinkludu lista indikattiva ta’ tali miżuri.
Artikolu 6
Uffiċjali ta’ Kollegament tas-Sigurtà
1. L-Uffiċjali ta’ Kollegament tas-Sigurtà għandu jiffunzjona bħala l-punt ta’ kuntatt għal kwistjonijiet relatati mas-sigurtà bejn il-proprjetarju/operatur ta’ l-ECI u l-awtorità ta’ l-Istat Membru relevanti.
2. Kull Stat Membru għandu jivvaluta jekk kull ECI indikata li tinsab fit-territorju tiegħu għandhiex Uffiċjal ta’ Kollegament tas-Sigurtà jew ekwivalenti. Jekk Stat Membru jsib li tali Uffiċjal ta’ Kollegament tas-Sigurtà huwa stabbilit jew jeżisti ekwivalenti, m’għandux ikun hemm ħtieġa għal aktar azzjoni ta’ implimentazzjoni.
3. Jekk Stat Membru jsib li ma jeżistix tali Uffiċjal ta’ Kollegament jew ekwivalenti fir-rigward ta’ ECI indikata, dan għandu jiżgura bi kwalunkwe mezz xieraq, li tali Uffiċjal ta’ Kollegament tas-Sigurtà jew ekwivalenti jiġi nominat.
4. Kull Stat Membru għandu jimplimenta mekkaniżmu ta’ komunikazzjoni xieraq bejn l-awtorità ta’ l-Istat Membru rilevanti u l-Uffiċjali ta’ Kollegament tas-Sigurtà jew ekwivalenti bil-għan li tiġi skambjata informazzjoni relevanti li tikkonċerna r-riskji u t-theddid identifikati f’rabta ma’ l-ECI kkonċernata. Il-mekkaniżmu ta’ komunikazzjoni għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti nazzjonali li jikkonċernaw l-aċċess għal informazzjoni sensittiva u kklassifikata.
5. Il-konformità ma’ miżuri, inklużi miżuri Komunitarji li f’settur partikolari jeħtieġu, jew jirreferu għall-ħtieġa li jkun hemm, Uffiċjal ta’ Kollegament tas-Sigurtà, titqies bħala li tissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ l-Istati Membri fi, jew adottati skond, dan l-Artikolu. Il-linji gwida għall-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) għandhom jinkludu lista indikattiva ta’ tali miżuri.
Artikolu 7
Rappurtar
1. Kull Stat Membru għandu jmexxi valutazzjoni tat-theddid fir-rigward ta’ sottosetturi ta’ l-ECI sena wara l-indikazzjoni ta’ l-infrastruttura kritika fit-territorju tiegħu bħala ECI f’dawk is-sottosetturi.
2. Kull Stat Membru għandu jirrapporta kull sentejn lill-Kummissjoni d-data ġenerika fuq bażi fil-qosor dwar it-tipi ta’ riskji, vulnerabbiltajiet u theddid li ltaqa’ magħhom għal kull settur ta’ l-ECI li fih ġiet indikata ECI skond l-Artikolu 4 u li tinsab fit-territorju tiegħu.
Jista’ jiġi żviluppat mudell komuni għal dawn ir-rapporti mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri.
Kull rapport għandu jiġi kklassifikat f’livell xieraq kif meqjus meħtieġ mill-Istat Membru oriġinanti.
3. Abbażi tar-rapporti imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jevalwaw fuq bażi settorjali jekk għandhomx jiġu kkunsidrati miżuri ta’ ħarsien ulterjuri fil-livell komunitarju għal ECIs. Dan il-proċess għandu jitwettaq flimkien mar-reviżjoni ta’ din id-Direttiva kif stabbilit fl-Artikolu 11.
4. Jistgħu jiġu żviluppati linji gwida metodoloġiċi komuni mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri għat-twettiq ta’ analiżi tar-riskju fir-rigward ta’ l-ECI. L-użu ta’ tali linji gwida għandu jkun fakultattiv għall-Istati Membri.
Artikolu 8
Appoġġ tal-Kummissjoni għall-ECIs
Il-Kummissjoni għandha tappoġġa, permezz ta’ l-awtorità ta’ l-Istat Membru relevanti, lill-proprjetarji/operaturi ta’ l-ECIs indikati billi tipprovdi aċċess għall-aħjar prattika u l-metodoloġiji disponibbli kif ukoll taħriġ ta’ appoġġ u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar żviluppi tekniċi ġodda relatati mal-ħarsien ta’ l-infrastruttura kritika.
Artikolu 9
Informazzjoni sensittiva relatata mal-ħarsien ta’ infrastrutturakritika Ewropea - Informazzjoni relatata
1. Kwalunkwe persuna li tittratta l-informazzjoni kklassifikata skond din id-Direttiva f’isem Stat Membru jew il-Kummissjoni għandha jkollha livell xieraq ta’ kontroll ta’ sigurtà.
L-Istati Membri, il-Kummissjoni, u l-korpi ta’ superviżjoni rilevanti għandhom jiżguraw li informazzjoni sensittiva relatata mal-ħarsien ta’ infrastruttura kritika Ewropea ppreżentata lill-Istati Membri jew lill-Kummissjoni, ma tintużax għall-ebda għan ieħor għajr il-ħarsien ta’ l-infrastrutturi kritiċi.
2. Dan l-Artikolu għandu japplika ukoll għal informazzjoni mhux bil-miktub skambjata waqt il-laqgħat li fihom jiġu diskussi suġġetti sensittivi.
Artikolu 10
Punti ta’ Kuntatt għall-Ħarsien ta’ Infrastruttura Kritika Ewropea
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar Punt ta’ Kuntatt għall-Ħarsien ta’ Infrastruttura Kritika Ewropea (“Punt ta’ Kuntatt ECIP”)
2. Il-Punt ta’ Kuntatt ECIP għandu jikkoordina kwistjonijiet relatati mal-ħarsien ta’ l-infrastruttrua kritika Ewropea fl-Istat Membru, ma’ Stati Membri oħrajn u mal-Kummissjoni. Il-ħatra ta’ Punt ta’ Kuntatt ECIP ma teskludix awtoritajiet oħra fi Stat Membru ieħor milli jiġu involuti fi kwistjonijiet dwar il-ħarsien ta’ l-infrastruttura kritika Ewropea.
Artikolu 11
Reviżjoni
Ir-riviżjoni ta’ din id-Direttiva għandha tibda fit-12 ta’ Jannar 2012.
Artikolu 12
Implimentazzjoni
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-12 ta’ Jannar 2011. Huma għandhom jinfurmaw b’dan minnufih lill-Kummissjoni u jikkomunikaw it-test ta’ dawk il-miżuri u l-korrelazzjoni tagħhom ma’ din id-Direttiva.
Meta jiġu adottati mill-Istati Membri, dawn il-miżuri, għandhom jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali riferenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir tali riferenza għandhom jiġu stabbilita mill-Istati Membri.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 14
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Diċembru 2008.
Ghall-Kunsill
Il-President
B. KOUCHNER
(1) L-Opinjoni ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU C 116, 26.5.2007, p. 1.
(3) ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
ANNESS I
Lista tas-Setturi ta’ l-ECI
Is-settur |
Sottosettur |
|||||
|
|
Infrastrutturi u faċilitajiet għall-ġenerazzjoni u t-trasmissjoni ta’ elettriku fir-rigward tal-provvista ta’ l-elettriku |
||||
|
Produzzjoni, raffinar, trattament, ħażna u trasmissjoni ta’ żejt bil-pipelines |
|||||
|
Produzzjoni, raffinar, trattament, ħażna u trasmissjoni ta’ gass bil-pipelines Terminals LNG |
|||||
|
|
|||||
|
||||||
|
||||||
|
||||||
|
L-identifikazzjoni mill-Istati Membri ta’ l-infrastrutturi kritiċi li jistgħu jiġu indikati bħala ECIs ssir skond l-Artikolu 3. Għalhekk il-lista ta’ setturi ta’ ECI fiha nnifisha ma tiġġenerax obbligu ġeneriku biex tiġi indikata ECI f’kull settur.
ANNESS II
PROĊEDURA ECI OSP
L-OSP għandu jidentifika l-assi ta’ l-infrastruttura kritika u liema soluzzjonijiet għas-sigurtà jeżistu jew qed jiġu implimentati għall-ħarsien tagħhom. Il-proċedura ECI OSP ser tkopri għallinqas:
1. |
l-idenifikazzjoni ta’ l-assi importanti; |
2. |
it-twettiq ta’ analiżi tar-riskju bbażat fuq xenarji ta’ theddida maġġuri, il-vulnerabilità ta’ kull assi u l-impatt potenzjali; u |
3. |
l-identifikazzjoni, l-indikazzjoni u l-prijoritizazzjoni ta’ kontro-miżuri u l-proċeduri b’distinzjoni bejn:
|
ANNESS III
Proċedura għall-identifikazzjoni mill-Istati Membri ta’ l-infrastruttura kritika li tista’ tiġi indikata bħala l-ECI skond l-Artikolu 3
L-Artikolu 3 jitlob lil kull Stat Membru jidentifika l-infrastruttura kritika li tista’ tiġi indikata bħala ECI. Din il-proċedura għandha tiġi implimentata minn kull Stat Membru permezz tas-serje ta’ passi konsekuttivi li ġejjin.
L-ECI potenzjali li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ wieħed minn dawn il-passi sekwenzjali li ġejjin hi kkunsidrata bħal “non-ECI” u hi eskluża mill-proċedura. L-ECI potenzjali li ma tissodisfax ir-rekwiżiti għandha tiġi soġġetta għall-passi li jsegwu ta’ din il-proċedura.
Pass 1
Kull Stat Membru għandu japplika l-kriterji settorjali sabiex issir l-ewwel għażla ta’ infrastrutturi kritiċi fis-settur.
Pass 2
Kull Stat Membru għandu japplika d-definizzjoni ta’ l-infrastruttura kritika skond l-Artikolu 2(a) għall-ECI potenzjali identifikata taħt pass 1.
Is-sinifikat ta’ l-impatt ser jiġi ddeterminat jew bl-użu ta’ metodi nazzjonali għall-identifikazzjoni ta’ infrastrutturi kritiċi jew b’referenza għall-kriterji trasversali, f’livell nazzjonali approprjat. Għall-infrastruttura li tipprovdi servizz essenzjali, ser jittieħed kont tad-disponibbiltà ta’ alternattivi, u t-tul ta’ żmien ta’ interuzzjoni/irkupru.
Pass 3
Kull Stat Membru għandu japplika l-element transkonfinali għad-definizzjoni ta’ l-ECI skond l-Artikolu 2(b) għall-ECI potenzjali li għaddiet l-ewwel żewġ passi ta’ din il-proċedura. L-ECI potenzjali li ma tissodisfax id-definizzjonijiet ser issegwi l-pass li jmiss ta’ din il-proċedura. Għall-infrastruttura li tipprovdi servizz essenzjali, ser jittieħed kont tad-disponibbiltà ta’ alternattivi, u t-tul ta’ żmien ta’ interuzzjoni/irkupru.
Pass 4
Kull Stat Membru għandu japplika l-kriterji trasversali għall-ECIs potenzjali rimanenti. Il-kriterji trasversali għandhom jieħdu kont ta’: is-severità ta’ l-impatt; u, għall-infrastruttura li tipprovdi servizz essenzjali, id-disponibbiltà ta’ alternattivi; u t-tul ta’ żmien tat-interuzzjoni/irkupru. L-ECI potenzjali li ma tissodisfax il-kriterji trasversali mhux ser tiġi kkunsidrata bħala l-ECI.
L-ECI potenzjali li għaddiet minn din il-proċedura għandha tiġi kkomunikata biss lill-Istati Membri li jistgħu jiġu affettwati b’mod sinifikanti mill-ECI potenzjali.
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kunsill
23.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 345/83 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Diċembru 2008
dwar l-ekwivalenza ta’ Materjal Riproduttiv tal-Foresti prodott f’pajjiżi terzi
(2008/971/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE 22 ta’ Diċembru 1999 dwar il-marketing ta’ materjali riproduttivi tal-foresti (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 19(1) u (2) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Ir-regoli nazzjonali għaċ-ċertifikazzjoni ta’ materjal riproduttiv tal-foresti fil-Kanada, il-Kroazja, in-Norveġja, is-Serbja, l-Iżvizzera, it-Turkija u l-Istati Uniti tal-Amerika jipprevedu spezzjoni uffiċjali fil-post li għandha titwettaq matul il-ġbir u l-ipproċessar taż-żrieragħ u l-produzzjoni tan-nebbiet għat-tħawwil. |
(2) |
Skont dawk ir-regoli, is-sistemi għall-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ materjal bażiku u l-produzzjoni sussegwenti tal-materjal riproduttiv minn dan il-materjal bażiku għandhom isegwu l-Iskema tal-OECD għaċ-Ċertifikazzjoni ta’ Materjal Riproduttiv tal-Foresti Użat fil-Kummerċ Internazzjonali (l-Iskema tal-OECD taż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti). Barra minn hekk, dawk ir-regoli jeħtieġu li ż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil tal-kategoriji “sors identifikat” u “magħżula” ikunu ċċertifikati uffiċjalment u l-pakketti taż-żrieragħ magħluqa uffiċjalment skont l-Iskema tal-OECD taż-Żrieragħ u tal-Pjanti tal-Foresti. |
(3) |
Eżami ta’ dawk ir-regoli wera li l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-materjal bażiku jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 1999/105/KE. Barra minn hekk, bl-eċċezzjoni għall-kondizzjonijiet rigward il-kwalità taż-żerriegħa, il-purità tal-ispeċi u l-kwalità tan-nebbiet għat-tħawwil, ir-regoli ta’ dawn il-pajjiżi terzi jeħtieġu l-istess assigurazzjonijiet fir-rigward tal-kondizzjonijiet applikabbli għaż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil tal-kategoriji “sors identifikat” u “magħżula” bħal dawk stabbiliti fid-Direttiva 1999/105/KE. Għaldaqstant, ir-regoli għaċ-ċertifikazzjoni ta’ materjal tal-forestrija tal-kategoriji “sors identifikat” u “magħżula” fil-Kanada, il-Kroazja, in-Norveġja, is-Serbja, l-Iżvizzera, it-Turkija u l-Istati Uniti tal-Amerika għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 1999/105/KE, bil-kondizzjoni li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet addizzjonali fir-rigward taż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil. |
(4) |
Ir-regoli ta’ dawn il-pajjiżi terzi msemmijin qabel ma jistgħux, madankollu, jitqiesu bħala ekwivalenti għall-kategoriji “kwalifikati” u “eżaminati” li għalihom l-Iskema ta’ l-OECD taż-Żrieragħ u tal-Pjanti tal-Foresti ma tapplikax. Huwa għalhekk xieraq li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jiġi limitat għall-materjal riproduttiv li jaqa’ fil-kategoriji “sors identifikat” u “magħżula”. |
(5) |
Id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 1999/105/KE għandhom jintużaw għall-finijiet ta’ din id-Deċizjoni bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konsistenza bejn iż-żewġ atti. |
(6) |
Il-materjal riproduttiv tal-foresti li jikkonforma mal-kondizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-pjanti stabbiliti fid-Direttiva 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (2). Fejn applikabbli, il-materjal riproduttiv tal-foresti modifikat ġenetikament għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (3). |
(7) |
Huwa xieraq li l-kondizzjonijiet addizzjonali għaż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil fir-rigward tal-kwalità u l-purità tal-ispeċi stabbiliti permezz ta’ din id-Deċiżjoni jirriflettu dawk previsti bid-Direttiva 1999/105/KE. |
(8) |
Biex ikun garantit l-istess livell ta’ traċċabilità bħal dak previst fid-Direttiva 1999/105/KE, huwa xieraq li jiġu inklużi f’din id-Deċizjoni regoli li jikkonċernaw il-ħruġ ta’ Ċertifikat Ewlieni għaż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil mad-dħul tagħhom fil-Komunità. Dan iċ-Ċertifikat Ewlieni għandu jkun ibbażat fuq iċ-Ċertifikat uffiċjali ta’ Provenjenza tal-OECD u għandu jindika li l-materjal huwa importat taħt reġim ta’ ekwivalenza. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni tiddetermina l-kondizzjonijiet li taħthom il-materjal riproduttiv tal-foresti tal-kategoriji “sors identifikat” u “magħżula” prodott f’pajjiż terz elenkat fl-Anness I għandu jiġi importat fil-Komunità.
Dan japplika bil-kondizzjoni li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II u fid-Direttivi 2000/29/KE u 2001/18/KE.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/105/KE għandhom japplikaw għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Ekwivalenza
1. Is-sistemi għall-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-materjal bażiku u l-produzzjoni sussegwenti ta’ materjal riproduttiv minn dan il-materjal bażiku taħt il-kontroll tal-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi stabbiliti fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni jew taħt is-superviżjoni uffiċjali ta’ dawn l-awtoritajiet, għandhom jitqiesu ekwivalenti għal dawk imwettqin mill-Istati Membri skont id-Direttiva 1999/105/KE.
2. Iż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil tal-kategoriji “sors identifikat” u “magħżula” tal-ispeċi elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 1999/105/KE, prodotti fil-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni u iċċertifikati uffiċjalment mill-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi elenkati f’dak l-Anness, għandhom jitqiesu li huma ekwivalenti għaż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil li jikkonformaw mad-Direttiva 1999/105/KE, bil-kondizzjoni li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Ċertifikat Ewlieni
Meta ż-żrieragħ u n-nebbiet għat-tħawwil jidħlu fil-Komunità, il-fornitur li jimporta dan il-materjal għandu jgħarraf lill-Korp Uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru qabel l-importazzjoni. Il-Korp Uffiċjali għandu joħroġ Ċertifikat Ewlieni bbażat fuq iċ-Ċertifikat uffiċjali ta’ Provenjenza tal-OECD qabel ma l-materjal jitqiegħed fis-suq.
Iċ-Ċertifikat Ewlieni għandu jindika li l-materjal ġie importat skont reġim ta’ ekwivalenza.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009.
Artikolu 6
Indirizzati
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
R. BACHELOT-NARQUIN
(1) ĠU L 11, 15.1.2000, p. 17.
(2) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(3) ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.
ANNESS I
Pajjiżi u awtoritajiet
Pajjiż (*) |
Awtorità responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni |
|||||
CA |
|
|||||
CH |
Federal Office for Environment (FOEN) Department of the Environment, Transport, Energy and Communications (UVEK) Forest Division Federal Plant Protection Service Birmensdorf |
|||||
HV |
|
|||||
NO |
|
|||||
SR |
|
|||||
TR |
Ministry of Environnement and Forestry (Çevre ve Orman Bakanlığı) - General directorate for afforestation and erosion control (Ağaçlandirma ve erozyon kontrolu genel müdürlüğü) Gazi – Ankara |
|||||
US |
National Tree Seed Laboratory USDA Forest Service Purdue University West Lafayette, Indiana |
(*) CA – Kanada, CH – L-Iżvizzera, HV – Il-Kroazja, NO – In-Norveġja, SR – Is-Serbja, TR – It-Turkija, US – L-Istati Uniti tal-Amerika
ANNESS II
A. Kondizzjonijiet relatati maż-żerriegħa prodotta f’pajjiżi terzi.
1. |
Iż-żerriegħa għandha tiġi iċċertifikata uffiċjalment bħala li ġejja minn materjal bażiku approvat u l-pakketti għandhom jingħalqu skont ir-regoli nazzjonali għall-applikazzjoni tal-Iskema tal-OECD taż-Żrieragħ u l-Pjanti tal-Foresti. Għandha titwaħħal tikketta uffiċjali tal-OECD ma’ kull lott ta’ żrieragħ flimkien ma’ kopja taċ-Ċertifikat uffiċjali ta’ Provenjenza tal-OECD jew dokument mill-fornitur li jagħti l-informazzjoni kollha kontenuta fiċ-Ċertifikat uffiċjali ta’ Provenjenza tal-OECD, flimkien mal-isem tal-fornitur. |
2. |
Fil-każ taż-żrieragħ, it-tikketta tal-OECD jew id-dokument tal-fornitur għandha tinkludi wkoll l-informazzjoni addizzjonali evalwat li ġejja, kemm jista’ jkun possibbli, b’teknika aċċettabbli internazzjonalment:
|
3. |
B’deroga għall-paragrafu 2, l-informazzjoni addizzjonali msemmija fih rigward il-proċeduri tal-eżami taż-żrieragħ, bl-użu ta’ teknika aċċettati internazzjonalment jista’ jiġi pprovdut mill-fornitur li jimporta ż-żrieragħ qabel ma jkunu kummerċjalizzati għall-ewwel darba fil-Komunità. |
4. |
Sabiex iż-żrieragħ tal-wiċċ tar-raba’ tas-sena attwali jkunu disponibbli mingħajr dewmien, iż-żrieragħ jistgħu jitqiegħdu fis-suq mill-fornitur li jimportahom, sal-ewwel xerrej, mingħajr ma jkunu ġew sodisfatti r-rekwiżiti tal-paragrafi 2(b) u 2(d). Il-fornitur li jimporta dak il-materjal għandu jiddikjara malajr kemm jista’ jkun li jirrispetta r-rekwiżiti tal-paragrafi 2(b) u (d). |
5. |
Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 2(b) u 2(d) ma japplikawx fil-każ ta’ kwantitajiet żgħar ta’ żrieragħ, kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2301/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE fir-rigward tad-definizzjoni ta’ kwantitajiet żgħar ta’ żrieragħ (1). |
6. |
Il-lottijiet taż-żrieragħ għandhom jilħqu livell minimu ta’ purità tal-ispeċi ta’ 99 %. Madankollu, fil-każ ta’ speċi relatati mill-qrib, b’esklużjoni ta’ ibridi artifiċjali, il-purità tal-ispeċi tal-lott tal-frott jew taż-żrieragħ, fejn tilħaqx id-99 %, għandha tiġi ddikjarata fuq it-tikketta jew id-dokument tal-fornitur. |
7. |
Bħala deroga mill-paragrafu 1, iż-żrieragħ fi kwantitajiet xierqa jistgħu jiġu derivati minn materjal bażiku mhux approvat:
|
B. Kondizzjonijiet relatati man-nebbiet għat-tħawwil prodotti f’pajjiżi terzi.
1. |
Il-produzzjoni tan-nebbiet għat-tħawwil għandha ssir f’mixtla rreġistrata mal-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi stabbiliti fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni jew taħt is-superviżjoni uffiċjali ta’ dawn l-awtoritajiet, fil-pajjiż terz. Għandha titwaħħal Tikketta tal-OECD ma’ kull kunsinna flimkien ma’ kopja taċ-Ċertifikat uffiċjali ta’ Provenjenza tal-OECD jew dokument mill-fornitur li jagħti l-informazzjoni kollha kontenuta fiċ-Ċertifikat uffiċjali ta’ Provenjenza tal-OECD u l-isem tal-fornitur. |
2. |
In-nebbiet għat-tħawwil għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VII, Parti D, tad-Direttiva 1999/105/KE. |
3. |
In-nebbiet għat-tħawwil li għandhom jiġu kummerċjalizzati għall-utent aħħari f’reġjuni li għandhom klima Mediterranja għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VII, Parti E, tad-Direttiva 1999/105/KE. |
23.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 345/88 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Diċembru 2008
li temenda l-Anness 13 għall-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar kif jimtlew stickers tal-viża
(2008/972/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 789/2001 tal-24 ta’ April 2001 li jirriserva lill-Kunsill il-poteri ta’ implimentazzjoni rigward ċerti dispożizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għall-viżi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-inizjattiva ta’ Franza,
Billi:
(1) |
L-Anness 13 għall-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni jistabbilixxi regoli komuni dwar kif jimtlew stickers tal-viża, fil-forma ta’ eżempji li jikkorrispondu għall-kategoriji differenti ta’ viżi uniformi. |
(2) |
L-eżempju 9 tal-Anness 13 dwar il-viża għal vjaġġar ta’ waqfa qasira jindika li tali viża tkun valida għal perijodi ta’ aktar minn sitt xhur, jiġifieri għal sena jew għal 2, 3 jew 5 snin (C1, C2, C3, C5). |
(3) |
Dawk id-distinzjonijiet (C1, C2, C3 u C5) m’għadhom jikkorrispondu għall-ebda dispożizzjoni normattiva tal-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni konsegwentement għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/440/KE tal-1 ta’ Ġunju 2006 (2) li tarmonizza l-ispejjeż amministrattivi għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża. |
(4) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka m’hijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u ma hijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Minħabba li din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta’ Schengen taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka, skont l-Artikolu 5 ta’ dak il-Protokoll, għandha tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun adotta din id-Deċiżjoni, jekk hijiex ser titrasponi d-Deċiżjoni fil-liġi nazzjonali tagħha. |
(5) |
Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim (3). |
(6) |
Fir-rigward tal-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (4), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt B tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2008/146/KE (5) u mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2008/149/ĠAI (6). |
(7) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7), li jaqgħu fl-oqsma msemmija fil-punt B tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2008/261/KE (8) u mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2008/262/ĠAI (9). |
(8) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-diżposizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jieħux sehem, konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (10) tad-29 ta’ Mejju 2000 li tikkonċerna t-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen; għalhekk ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u m’huwiex marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
(9) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tieħux sehem, konformement mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (11) tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen; l-Irlanda għalhekk mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u m’hijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(10) |
Fir-rigward ta’ Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huwa relatat miegħu b’xi mod ieħor, fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003. |
(11) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huwa relatat miegħu b’xi mod ieħor fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005, |
ADOTTA DIN ID-DECIŻJONI:
Artikolu 1
L-eżempju 9 tal-Anness 13 tal-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni, l-ewwel inċiż huwa b’dan sostitwit b’li ġej:
“— |
Din hija viża għal waqfa qasira ta’ dħul multiplu b’validità li tista’ tkun sa ħames snin. Fl-eżempju muri hawnhekk il-validità hija stipulata għal tliet snin.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett mill-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri konformement mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
(1) ĠU L 116, 26.4.2001, p. 2.
(2) ĠU L 175, 29.6.2006, p. 77; ĠU L 294M, 25.10.2006, p. 314.
(3) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(4) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(6) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50.
(10) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(11) ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.
Kummissjoni
23.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 345/90 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-15 ta' Diċembru 2008
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE fir-rigward tad-data stipulata fl-Artikolu 21(3) sa meta l-Istati Membri huma awtorizzati jestendu l-validità tad-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza tal-patata taż-żrigħ minn pajjiżi terzi
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8135)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/973/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żrigħ (1), u l-aktar it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2002/56/KE tipprevedi li, b’effett minn ċerti dati, l-Istati Membri jistgħu ma jibqgħux jiddeterminaw għalihom infushom l-ekwivalenza tal-patata taż-żrigħ li tkun ġejja minn pajjiżi terzi mal-patata taż-żrigħ li tkun ġejja mill-Komunità u li tkun tikkonforma ma’ dik id-Direttiva. |
(2) |
Madankollu, billi għadha ma tlestietx il-ħidma għat-twaqqif ta’ ekwivalenza Komunitarja għall-patata taż-żrigħ mill-pajjiżi terzi kollha kkonċernati, id-Direttiva 2002/56/KE ppermettiet li l-Istati Membri jestendu sal-31 ta’ Marzu 2008 l-validità tad-deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza li kienu diġà ħadu għall-patata taż-żrigħ minn ċerti pajjiżi terzi mhux koperti minn ekwivalenza Komunitarja. Din id-data ntgħażlet b’referenza għat-tmiem tal-perjodu fejn il-patata taż-żrigħ titqiegħed fis-suq. |
(3) |
Peress li dan ix-xogħol għadu ma tlestiex u sal-aħħar tal-2008 se jibda staġun tas-suq ġdid, huwa neċessarju li tkun estiża l-validità tad-deċożjonijiet ta’ ekwivalenza tal-Istati Membri. |
(4) |
Id-Direttiva 2002/56/KE għalhekk għandha tiġi emendata skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Foresterija, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2002/56/KE, “il-31 ta’ Marzu 2008” tinbidel għal “il-31 ta’ Marzu 2011”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60.
III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE
ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE
23.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 345/91 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/974/PESK
tat-18 ta’ Diċembru 2008
b'appoġġ għall-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Aja kontra l-Proliferazzjoni tal-Missili Ballistiċi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva, li l-Kapitolu III tagħha fih lista ta’ miżuri li jridu jittieħdu kemm fl-Unjoni Ewropea (UE) kif ukoll f'pajjiżi terzi biex tiġi miġġielda tali proliferazzjoni. |
(2) |
L-UE qed timplimenta din l-Istrateġija b'mod attiv u qed tagħti effett lill-miżuri elenkati fil-Kapitoli II u III tagħha, bħal pereżempju li jiġu rilaxxati riżorsi finanzjarji b'appoġġ għal proġetti speċifiċi li jwasslu għat-titjib ta’ sistema mulilaterali ta’ non-proliferazzjoni u miżuri multlilaterali ta’ tisħiħ ta’ fiduċja. Il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Aja kontra l-proliferazzjoni tal-missili ballistiċi (minn hawn 'il quddiem “il-Kodiċi”, jew “HCoC”) hu parti integrali minn dik is-sistema. Hu għandu l-għan li jipprevjeni u jrażżan il-proliferazzjoni ta’ sistemi ta’ missili ballistiċi li kapaċi jġorru Armi ta’ Qerda Massiva u teknoloġiji relatati. |
(3) |
Fis-17 ta’ Novembru 2003, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/805/PESK (1) fuq l-universalità u t-tisħiħ tal-ftehim multilaterali fil-qasam tal-kontroll tal-armi nukleari (f'pajjiżi li għad ma għandhomx dawn l-armi) għad-distruzzjoni tal-massa u l-mod tat-trasport tagħhom. Dik il-Pożizzjoni Komuni tagħmel appell, fost l-oħrajn, għall-promozzjoni tas-sottoskrizzjoni tal-akbar numru possibbli ta’ pajjiżi għall-Kodiċi, b'mod speċjali dawk b'kapaċitajiet ta’ missili ballistiċi, għal aktar żvilupp u għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi, speċjalment il-miżuri tiegħu ta’ tisħiħ ta’ fiduċja, u għall-promozzjoni ta’ relazzjoni aktar mill-qrib bejn il-Kodiċi u s-sistema mulilaterali tan-NU ta’ non-proliferazzjoni. |
(4) |
Fit-23 ta’ Mejju 2007, il-Kunsill iddeċieda li jieħu azzjoni biex jippromwovi l-universalità tal-Kodiċi u l-konformità mal-prinċipji tiegħu. Għal dan l-għan, ġie organizzat workshop fil-marġini tal-Laqgħa Annwali ta’ Stati Firmatarji tal-2007 li laqqa' l-Istati bl-akbar kapaċitajiet ta’ missili ballistiċi, inklużi dawk li ma ssieħbux mal-Kodiċi. Bil-għan li l-UE tkompli tippromwovi l-universalità tal-Kodiċi kif ukoll l-implimentazzjoni aħjar u t-titjib tiegħu l-UE għandha bħala prijorità dik li tkompli dan id-djalogu fost l-Istati firmatarji u dawk li mhumiex firmatarji. Din l-Azzjoni Konġunta għandha tikkontribwixxi għal dan il-proċess, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
1. Għall-finijiet li tiġi żgurata l-implimentazzjoni kontinwa u prattika ta’ ċerti elementi tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva, l-UE għandha tappoġġa l-attivitajiet tal-Istati firmatarji tal-Kodiċi sabiex isir aktar progress fl-objettivi li ġejjin:
(a) |
il-promozzjoni tal-universalità tal-Kodiċi, u b'mod partikolari s-sottoskrizzjoni għall-Kodiċi mill-Istati kollha li għandhom kapaċitajiet ta’ missili ballistiċi; |
(b) |
l-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi; |
(c) |
il-promozzjoni ta’ aktar titjib fil-Kodiċi. |
2. F'dan il-kuntest, il-proġetti li jridu jiġu appoġġati mill-Unjoni Ewropea għandhom ikopru l-attivitajiet speċifiċi li ġejjin:
(a) |
li jipprovdu l-mezzi għall-organizzazzjoni ta' sensibilizzazzjoni mmirata, pereżempju fil-forma ta' workshop, bil-għan li jippromwovi sottoskrizzjonijiet ġodda għall-Kodiċi għar-reġjun li għandu l-aktar livell baxx ta' sottoskrizzjonijiet għall-Kodiċi; |
(b) |
li jipprovdu mezzi finanzjarji u tekniċi, biex jiġi ffaċilitat, minn naħa waħda, l-iskambju ta' informazzjoni fost l-Istati firmatarji, u ż-żjarat tal-osservaturi internazzjonali f'siti fejn isiru t-testijiet tal-varar tal-Vetturi għall-Varar fl-Ispazju (SLV) min-naħa l-oħra, li l-Istati firmatarji ddeċidew li jikkunsidraw fuq bażi volontarja taħt l-Artikolu 4 a (ii) tal-Kodiċi; |
(c) |
li jipprovdu mezzi sabiex imexxu dibattitu fost l-Istati firmatarji dwar kif jistgħu jiġu preservati r-rilevanza u l-vijabbiltà tal-Kodiċi. Id-dibattitu għandu, b'mod partikolari, iqis l-iżviluppi l-ġodda fil-qasam tal-proliferazzjoni tal-missili ballistiċi u l-iżviluppi fl-istrutturi istituzzjonali u legali internazzjonali relatati mal-missili ballistiċi. |
Dawn il-proġetti għandhom jitwettqu għall-benefiċċju tal-Istati firmatarji u dawk li mhumiex firmatarji tal-Kodiċi.a
Deskrizzjoni dettaljata tal-proġetti hija mniżżla fl-Anness.
Artikolu 2
1. Il-Presidenza, assistita mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (SĠ/RGħ), għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta. Il-Kummissjoni għandha tkun assoċjata b'mod sħiħ.
2. L-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandha tkun imwettqa mill-Fondazzjoni għar-Riċerka Strateġika f'Pariġi (FRS).
L-FRS għandha twettaq dan il-kompitu taħt il-kontroll tas-SĠ/RGħ, b'appoġġ għall-Presidenza u f'konsultazzjoni mill-qrib mal-President tal-Laqgħat annwali tal-Istati firmatarji tal-Kodiċi u mal-Awstrija fil-kapaċità tagħha bħala Kuntatt Ċentrali Immedjat (ICC)/Segretarjat Eżekuttiv tal-Kodiċi. Għal dan il-għan, is-SĠ/RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-FRS.
3. Il-Presidenza, is-SĠ/RGħ u l-Kummissjoni għandhom iżommu lil xulxin informati regolarment dwar l-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
Artikolu 3
1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta’ EUR 1 015 000.
2. L-infiq iffinanzjat mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandu jkun amministrat skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.
3. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni ġusta tal-infiq imsemmi fil-paragrafu 2, li għandu jieħu l-forma ta’ għotja. Għal dan l-għan, hija għandha tikkonkludi ftehim ta’ finanzjament mal-FRS. Il-ftehim ta’ finanzjament għandu jistipula li l-FRS għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-UE, b'mod adegwat għad-daqs tagħha.
4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista’ jkun wara d-dħul fis-seħħ ta’ din l-Azzjoni Konġunta. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.
Artikolu 4
Il-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta abbażi ta’ rapporti regolari mħejjija mill-FRS. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tkun assoċjata b'mod sħiħ. Hija għandha tirrapporta dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta.
Artikolu 5
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tiskadi 6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha, sakemm il-Kummissjoni ma tkkonkludix ftehim ta’ finanzjament mal-FRS qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, f'liema każ din l-Azzjoni Konġunta għandha tiskadi 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.
Artikolu 6
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
(1) ĠU L 302, 20.11 2003, p. 34.
ANNESS
Appoġġ mill-UE għall-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Aja kontra l-Proliferazzjoni tal-Missili Ballistiċi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva
1. Għanijiet
L-Unjoni Ewropea appoġġat b'qawwa l-Kodiċi sa mill-bidu tiegħu. L-Unjoni Ewropea tqis il-Kodiċi bħala strument multilaterali importanti li għandu l-għan li jrażżan il-proliferazzjoni ta’ sistemi ta’ missili ballistiċi u teknoloġiji relatati permezz ta’ miżuri ta’ trasparenza u ta’ tisħiħ ta’ fiduċja. L-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea ffirmaw il-Kodiċi u qegħdin jimplimetaw il-Kodiċi in bona fede.
Fl-imgħoddi, l-Unjoni Ewropea ppruvat tegħleb in-nuqqasijiet li kien għad fadal fl-implimentazzjoni tal-Kodiċi u l-universalità tiegħu billi torganizza workshop bejn l-Istati firmatarji u dawk li mhumiex firmatarji tal-Kodiċi fil-marġini tal-Laqgħa annwali tal-2007. Imħeġġa mill-eżitu tal-workshop, l-Unjoni Ewropea tixtieq tkompli b'din l-inizjattiva u tappoġġa tliet aspetti tal-Kodiċi kif ġej:
— |
L-universalità tal-Kodiċi; |
— |
L-implimentazzjoni tal-Kodiċi; |
— |
It-titjib u l-funzjonament imtejjeb tal-Kodiċi. |
2. Deskrizzjoni tal-proġetti
2.1. Proġett 1: Promozzjoni tal-universalità tal-Kodiċi
2.1.1. Skop tal-proġett
Filwaqt li n-numru ta’ Stati firmatarji laħaq il-livell ta’ żewġ terzi mill-Istati Membri kollha tan-NU, għad fadal iżjed xi jsir biex tinkiseb l-universalità tal-Kodiċi. Fil-Laqgħat annwali, l-Istati firmatarji nnotaw li r-raġunijiet għaliex Stati mhux firmatarji qed isibuha bi tqila biex jiffirmaw il-Kodiċi jvarjaw b'mod estensiv, minn nuqqas ġenerali ta’ għarfien u intendiment tal-Kodiċi għal raġunijiet aktar politiċi.
2.1.2. Riżultati tal-proġett
— |
li jiżdiedu l-għarfien, l-intendiment u l-appoġġ għall-Kodiċi; |
— |
li tittejjeb l-interazzjoni fost l-Istati firmatarji u dawk li mhumiex firmatarji tal-Kodiċi; |
— |
li jiżdied in-numru ta’ Stati firmatarji tal-Kodiċi. |
2.1.3. Deskrizzjoni tal-proġett
Il-proġett jipprevedi l-organizzazzjoni ta’ żewġ workshops:
— |
workshop ta’ sensibilizzazzjoni għar-reġjun bl-akbar numru ta’ Stati li mhumiex firmatarji. Fl-Afrika, il-pajjiżi li ġejjin ma ffirmawx il-Kodiċi: l-Alġerija, l-Angola, il-Botswana, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, il-Cote d'Ivoire, ir-RepubblikaDemokratika tal-Kongo, l-Eġittu, il-Lesoto, in-Namibja, ir-Repubblika tal-Kongo, isSomalja, is-Sważiland, it-Togo u ż-Żimbabwe. |
— |
workshop ġenerali, li jsegwi l-mudell tal-workshop li kien organizzat fil-marġini tal-Laqgħa Annwali tal-Istati firmatarji tal-2007 bi skambji ffokati u strutturati dwar konsiderazzjonijiet ta’ sigurtà tekniċi jew politiċi relatati mal-proliferazzjoni ta’ missili ballistiċi u r-rilevanza tal-Kodiċi. |
2.2. Proġett 2: Appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi fost l-Istati firmatarji
2.2.1. Skop tal-proġett
Filwaqt li l-Kodiċi jirrappreżenta strument importanti biex titrażżan il-proliferazzjoni tal-missili ballistiċi u t-teknoloġiji relatati permezz ta’ miżuri ta’ tisħiħ ta’ fiduċja u tat-trasparenza, għad fadal iżjed xi jsir biex jiġu promossi skambji aħjar fost l-Istati firmatarji. Il-proġett ser jiffoka fuq dawk l-aspetti tal-iskambji fejn jistgħu jinkisbu riżultati tanġibbli.
2.2.2. Riżultati tal-proġett
— |
il-ħolqien ta’ prototip ta’ mekkaniżmu sigur ta’ informazzjoni u komunikazzjoni bbażat fuq l-internet (e-ICC) li jista’ jippermetti skambju ta’ informazzjoni aktar mgħaġġel, aktar faċli u ta’ sigurtà mħarsa fost l-Istati firmatarji u li jipprovdu distribuzzjoni elettronika tad-dokumenti, |
— |
fl-eventwalità li l-Istati firmatarji jiddeċiedu li jistabbilixxu e-ICC fil-Laqgħa annwali tagħhom, dan il-prototip jista’ jsir operattiv; |
— |
aktar appoġġ għaż-żjarat tal-osservaturi f'siti fejn isiru t-testijiet tal-varar tal-SLV. |
2.2.3. Deskrizzjoni tal-proġett
Il-proġett jipprevedi żewġ tipi ta’ miżuri:
(a) |
Il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fost l-Istati firmatarji permezz tal-ħolqien ta’ e-ICC. L-esperjenza ta’ Franza bis-sistema e-POC tar-Reġim ta’ Kontroll tat-Teknoloġija tal-Missili (MTCR) hi ta’ rilevanza partikolari għal dan il-proġett. Peress li d-deċiżjoni li tiġi stabbilita sistema bħal din trid tittieħed mill-Istatifirmatarji tal-Kodiċi fil-Laqgħa annwali, il-proġett ser jiġi implimentat f'żewġfażijiet. L-implimentazzjoni tat-tieni fażi ser tkun soġġetta għal deliberazzjoni minnqabel mill-Istati firmatarji dwar l-e-ICC fil-Laqgħa annwali. Fażi 1: Proposta tal-UE lill-Istati firmatarji tal-Kodiċi biex tinħoloq e-ICC Ser jitħejja prototip ta’ e-ICC bil-ħsieb li jiġi ppreżentat lill-Istati firmatarji, possibbilment fl-2009 u biex jinġabar rispons mill-Istati firmatarji dwar it-tħaddim tiegħu. Fażi 2: Dħul fl-operat tal-prototip tal-e-ICC Fl-eventwalità li l-Istati firmatarji jiddeċiedu li jistabbilixxu e-ICC fil-Laqgħa annwali, prototip bħal dak imsemmi hawn fuq jista’ jsir operattiv. Għal dan il-għan, l-aspetti ta’ kompetenza u dawk materjali tal-prototip ikunu trasferiti lill-ICC/Segretarjat eżekuttiv għall-ġestjoni u jkun provdut taħriġ lill-ICC u lill-Istati firmatarji. |
(b) |
Il-provvista ta’ mezzi finanzjarji għal numru limitat ta’ żjarat ta’ osservaturi internazzjonali f'siti fejn isiru t-testijiet tal-varar tal-SLVs tal-Istati Membri tal-UE. Il-proġett jista’ jipprevedi żewġ żjarat ta’ total ta’ madwar erbatax-il osservatur mill-Istati firmatarji. |
2.3. Proġett 3: Promozzjoni ta’ aktar titjib u tħaddim aħjar tal-Kodiċi
2.3.1. Skop tal-proġett
L-ambjent tas-sigurtà qiegħed jevolvi b'mod kostanti, inkluż fil-qasam tal-proliferazzjoni tal-mezzi li kapaċi jwasslu Armi ta’ Qerda Massiva. L-Istati firmatarji jiltaqgħu darba fis-sena biex jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-Kodiċi kif ukoll ix-xejriet il-ġodda fil-proliferazzjoni ta’ missili ballistiċi u teknoloġiji relatati.
Il-proġett ser jippromwovi diskussjoni aktar fil-fond fost l-Istati firmatarji, u, fejn ikun meħtieġ, jinkludi Stati li mhumiex firmatarji, f'ambjent aktar informali u ser jipprevedi aċċess għall-ħila esperta teknika dwar il-proliferazzjoni tal-missili ballistiċi barra mill-ambjenti governattivi. L-eżiti tal-proġett jistgħu jiġu ppreżentati bħala dokument ta’ punti ta’ riflessjoni fil-Laqgħa annwali tal-Istati firmatarji.
2.3.2. Riżultati tal-proġett
— |
intendiment aħjar tax-xejriet preżenti fil-proliferazzjoni tal-missili ballistiċi u l-programmi tal-SLV b'rakkommandazzjonijiet għall-Istati firmatarji; |
— |
analiżi tal-għażliet ta’ kif l-Istati firmatarji jiġu motivati biex jidħlu għall-programmi tal-Missili Ballistiċi u tal-SLV; |
— |
intendiment aħjar tal-interface bejn il-Kodiċi, l-MTCR u l-arranġamenti bilaterali u reġjonali dwar miżuri ta’ tisħiħ ta’ fiduċja fit-twettiq tal-għan ta’ non-proliferazzjoni tal-missili u definizzjoni ta’ rakkommandazzjonijiet ta’ politika; |
— |
dokumenti ta’ ħidma jew forom oħrajn ta’ dokumentazzjoni mill-workshops, li jistgħu jkunu ppreżentati mill-UE lil-Laqgħa annwali tal-HCoC. |
2.3.3. Deskrizzjoni tal-proġett
Il-proġett ser jipprovdi żewġ tipi ta’ attivitajiet:
(a) |
Il-finanzjament ta’ studju dwar ix-xejriet preżenti fil-missili ballistiċi u d-dinamika fil-proliferazzjoni tagħhom, kif ukoll il-programmi tal-SLV, li jistgħu jiġu ppreżentati bħala dokument ta’ punti ta’ riflessjoni fil-Laqgħa Annwali tal-Istati firmatarji. Fit-twettiq ta’ dan l-istudju, l-FRS ser tiżgura li ma jkunx hemm duplikazzjoni tal-ħidma mal-Grupp ta’ Esperti Governattivi tan-NU. |
(b) |
Il-finanzjament ta’ workshops ta’ esperti mill-Istati firmatarji u dawk li mhumiex firmatarji, kemm mis-settur governattiv kif ukoll dak mhux governattiv. Il-workshops jistgħu jiġu organizzati fil-marġini tal-Laqgħat annwali. Ir-riżultati jistgħu jiġu ppreżentati bħala dokument ta’ ħidma fil-Laqgħa annwali tal-Istati firmatarji. Il-workshops ser jindirizzaw il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
3. Tul ta’ żmien
It-tul ta’ żmien totali stmat għall-implimentazzjoni tal-proġetti hu ta’ 24 xahar.
4. Benefiċjarji
Il-benefiċjarji tal-proġetti f'din l-Azzjoni Konġunta huma kemm l-Istati firmatarji kif ukoll dawk li mhumiex firmatarji tal-Kodiċi, kif ukoll l-ICC/Segretarjat Eżekuttiv tal-HCoC.
L-għażla finali tal-Istati benefiċjarji ser issir b'konsultazzjoni bejn l-entità ta’ implimentazzjoni u l-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, b'konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-qafas tal-Grupp ta’ Ħidma kompetenti tal-Kunsill. Id-deċiżjoni finali ser tkun ibbażata fuq proposti mill-entità ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 2(2) tal-Azzjoni Konġunta.
5. Entità ta’ implementazzjoni
L-FRS ser tiġi fdata bl-implementazzjoni teknika tal-proġetti. Il-proġetti ser jiġu implimentati direttament mill-persunal tal-FRS jew dak tal-imsieħba kooperattivi tagħha, l-Istitut tar-Riċerka dwar il-Paċi u l-Politika ta’ Sigurtà tal-Università ta’ Hamburg u ċ-Ċentru Pollakk ta’ Riċerka Spazjali f'Varsavja.
L-entità ta’ implimentazzjoni ser tħejji:
(a) |
Rapporti kull tliet xhur dwar l-implimentazzjoni tal-proġetti; |
(b) |
Rapport finali mhux iktar tard minn xahar mit-tmiem tal-implimentazzjoni tal-proġetti. |
Ir-rapporti għandhom jintbagħtu lill-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ.
L-FRS ser tiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-UE, b'mod adegwat għad-daqs tagħha.
6. Partijiet terzi parteċipanti
Il-proġetti ser jiġu ffinanzjati kollha kemm huma minn din l-Azzjoni Konġunta. L-Esperti mill-Istati Firmatarji tal-Kodiċi jew mill-Istati li mhumiex firmatarji jistgħu jitqiesu bħala parteċipanti terzi. Huma ser jaħdmu skont ir-regoli ta’ ħidma standard tal-FRS.
23.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 345/96 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2008/975/PESK
tat-18 ta’ Diċembru 2008
li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża (Athena)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 28(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kunsill Ewropew, li ltaqa’ f’Helsinki fl-10 u l-11 ta’ Diċembru 1999, ftiehem b’mod partikolari li, “waqt li jikkoperaw volontarjament f’operazzjonijiet immexxija mill-UE, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, mill-2003 ’l hawn, jiskjeraw fi żmien 60 jum, u jmantnu għal tal-inqas sena, forzi militari ta’ minn 50 000 sa 60 000 persuna, kapaċi għall-firxa sħiħa tal-kompiti ta’ Petersberg”. |
(2) |
Fis-17 ta’ Ġunju 2002, il-Kunsill approva l-metodi tal-finanzjament ta’ operazzjonijiet immexxija mill-Unjoni Ewropea tal-immaniġġar ta’ kriżijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża. |
(3) |
Il-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Mejju 2003 kkonferma l-ħtieġa ta’ kapaċità ta’ reazzjoni rapida, b’mod partikolari għal kompiti umanitarji u ta’ salvataġġ. |
(4) |
Il-Kunsill Ewropew, li ltaqa’ f’Tessaloniki fid-19 u l-20 ta’ Ġunju 2003, laqa’ l-konklużjonijiet laqgħa tal-Kunsill fid-19 ta’ Mejju 2003, fejn b’mod partikolari ġiet ikkonfermata l-ħtieġa ta’ kapaċità ta’ reazzjoni rapida militari tal-Unjoni Ewropea. |
(5) |
Fit-22 ta’ Settembru 2003, il-Kunsill iddeċieda li l-Unjoni Ewropea għandha takkwista l-kapaċità flessibbli sabiex tamministra l-finanzjament tal-ispejjeż komuni ta’ operazzjonijiet militari ta’ kwalunkwe skala, komplessità jew urġenza, b’mod partikolari bl-istabbiliment, sal-1 ta’ Marzu 2004, ta’ mekkaniżmu ta’ finanzjament permanenti sabiex jassumi l-inkarigu tal-finanzjament tal-ispejjeż komuni ta’ kwalunkwe operazzjoni militari futura tal-Unjoni. |
(6) |
Fit-23 ta’ Frar 2004, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2004/197/PESK li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex tamministra l-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża (1) (ATHENA) Din id-Deċiżjoni ġiet emendata kemm-il darba wara dan. Il-Kunsill għalhekk ikkodifika din id-Deċiżjoni billi adotta d-Deċiżjoni 2007/384/PESC fl-14 ta’ Mejju 2007 (2). |
(7) |
Il-Kumitat Militari tal-UE ddefinixxa fid-dettall il-kunċett ta’ Risposta Rapida Militari tal-UE fir-Rapport tiegħu tat-3 ta’ Marzu 2004. Huwa ddefinixxa ulterjorment il-kunċett ta’ Gruppi ta’ Battalja tal-UE fl-14 ta’ Ġunju 2004. |
(8) |
Il-Kunsill Ewropew fis-17 ta’ Ġunju 2004 approva Rapport dwar il-PESD li ssottolinja li l-ħidma fuq il-kapaċitajiet ta’ Risposta Rapida tal-UE għandha titmexxa ’l quddiem bil-ħsieb ta’ kapaċità operattiva inizjali sal-bidu tal-2005. |
(9) |
Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, il-prefinanzjament ta’ operazzjonijiet militari tal-UE għandu jiġi mtejjeb. L-iskema l-ġdida għall-prefinanzjament hija għaldaqstant maħsuba l-ewwelnett għall-operazzjonijiet ta’ Risposta Rapida. |
(10) |
Il-Kunsill jiddeċiedi fuq bażi ta’ każ b’każ jekk operazzjoni għandhiex implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża, fis-sens tal-Artikolu 28(3) tat-Trattat. |
(11) |
Fit-tieni subparagrafu tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 28(3) tiegħu, it-Trattat jipprevedi li l-Istati Membri, li r-rappreżentanti tagħhom fil-Kunsill ikunu għamlu dikjarazzjoni formali skont it-tieni subparagrafu tal-Artiklu 23(1) tiegħu, ma għandhomx ikunu obbligati jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-operazzjoni konċernata li jkollha implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża. |
(12) |
Konformement mal-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża, u d-Danimarka ma tipparteċipax fil-finanzjament tal-mekkaniżmu. |
(13) |
F’konformità mal-Artikolu 43 tad-Deċiżjoni 2007/384/PESK, il-Kunsill ipproċeda għar-reviżjoni ta’ din id-Deċiżjoni u qabel li jsirulha xi emendi. |
(14) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandha titħassar id-Deċiżjoni 2007/384/PESK u tiġi sostitwita b’Deċiżjoni ġdida, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:
(a) |
“Stati Membri parteċipanti” tfisser l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, ħlief id-Danimarka; |
(b) |
“Stati kontribwenti” tfisser l-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-operazzjoni militari in kwistjoni konformement mal-Artikolu 28(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Istati terzi li jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-ispejjeż komuni ta’ din l-operazzjoni skont il-ftehim bejniethom u mal-Unjoni Ewropea; |
(c) |
“operazzjonijiet” tfisser l-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża; |
(d) |
“azzjonijiet militari ta’ appoġġ” tfisser l-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, jew partijiet minnhom, deċiżi mill-Kunsill b’appoġġ għal Stat terz jew organizzazzjoni terza, li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża, iżda li ma jkunux taħt l-awtorità tal-Kwartieri Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
KAPITOLU 1
MEKKANIŻMU
Artikolu 2
Stabbiliment ta’ mekkaniżmu
1. Huwa b’dan stabbilit mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni ta’ operazzjonijiet.
2. Il-mekkaniżmu għandu jissejjaħ ATHENA.
3. ATHENA għandha taġixxi f’isem l-Istati Membri parteċipanti jew, fir-rigward tal-operazzjonijiet speċifiċi, f’isem l-Istati kontribwenti kif definit fl-Artikolu 1.
Artikolu 3
Kapaċità ġuridika
Bil-ħsieb tal-ġestjoni amministrattiva tal-finanzjament ta’ operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea b’implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża, ATHENA għandha jkollha l-kapaċità ġuridika meħtieġa, b’mod partikolari, sabiex iżżomm kont bankarju, takkwista, iżżomm jew tiddisponi minn proprjetà, tidħol f’kuntratti u arranġamenti amministrattivi u tkun parti minn proċedimenti legali. ATHENA m’għandux ikollha skop ta’ profitt.
Artikolu 4
Koordinazzjoni ma’ partijiet terzi
Sa fejn ikun meħtieġ sabiex twettaq il-kompiti tagħha, u konformement mal-objettivi u l-linji politiċi tal-Unjoni Ewropea, ATHENA għandha tikkoordina l-attivitajiet tagħha mal-Istati Membri, mal-istituzzjonijiet Komunitarji u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali.
KAPITOLU 2
STRUTTURA ORGANIZZATIVA
Artikolu 5
Korpi amministrattivi u persunal
1. ATHENA għandha tkun amministrata, taħt l-awtorità ta’ Kumitat Speċjali minn:
(a) |
l-amministratur; |
(b) |
il-kmandant ta’ kull operazzjoni, fir-rigward tal-operazzjoni li hu jikkmanda (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il- “kmandant tal-operazzjoni”); |
(c) |
l-uffiċjal tal-kontabbiltà. |
2. ATHENA għandha tuża l-istrutturi amministrattivi eżistenti tal-Unjoni Ewropea sa fejn ikun l-aktar possibbli. ATHENA għandha tirrikorri għall-persunal li jkun sar disponibbli kif meħtieġ mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew li jkun sekondat mill-Istati Membri.
3. Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill jista’ jipprovdi l-persunal meħtieġ lill-amministratur jew lill-uffiċjal tal-kontabbiltà sabiex dawn iwettqu l-funzjonijiet tagħhom, li jistgħu jkunu abbażi ta’ proposta minn Stat Membru parteċipant.
4. Il-korpi u l-persunal ta’ ATHENA għandhom ikunu attivati fuq il-bażi tal-ħtiġijiet operattivi.
Artikolu 6
Kumitat Speċjali
1. Huwa b’dan stabbilit Kumitat Speċjali magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru parteċipanti (minn hawn ’il quddiem “il-Kumitat Speċjali”). Il-Kummissjoni għandha tattendi l-laqgħat tal-Kumitat Speċjali mingħajr ma tieħu sehem fil-voti tiegħu.
2. ATHENA għandha tkun amministrata taħt l-awtorità tal-Kumitat Speċjali.
3. Meta l-Kumitat Speċjali jkun qiegħed jiddiskuti l-finanzjament tal-ispejjeż komuni ta’ operazzjoni partikolari:
(a) |
il-Kumitat Speċjali għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru kontribwenti; |
(b) |
ir-rappreżentanti tal-Istati terzi kontribwenti għandhom jipparteċipaw fil-proċedimenti tal-Kumitat Speċjali. Huma la għandhom jieħdu sehem u lanqas ikunu preżenti fil-voti tiegħu; |
(c) |
il-kmandant tal-operazzjoni jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jipparteċipa fil-proċedimenti tal-Kumitat Speċjali, mingħajr ma jieħu sehem fil-voti tiegħu. |
4. Il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandha ssejjaħ u tippresjedi l-laqgħat tal-Kumitat Speċjali. L-amministratur għandu jipprovdi s-segretarjat għall-Kumitat Speċjali. Hu għandu jfassal il-minuti tar-riżultat tad-diskussjonijiet Kumitat. Hu ma għandux jieħu sehem fil-voti tiegħu.
5. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jipparteċipa kif meħtieġ fil-proċedimenti tal-Kumitat Speċjali, mingħajr ma jieħu sehem fil-voti tiegħu.
6. Jekk Stat Membru parteċipant, l-amministratur jew il-kmandant tal-operazzjoni jitlob hekk, il-Presidenza għandha ssejjaħ lill-Kumitat Speċjali fi żmien mhux aktar minn 15-il jum.
7. L-amministratur għandu jinforma kif dovut lill-Kumitat Speċjali dwar kwalunkwe pretensjoni jew argument indirizzati lill-ATHENA.
8. Il-Kumitat Speċjali għandu jiddeċiedi b’mod unanimu bejn il-membri tiegħu, b’kont meħud tal-kompożizzjoni tiegħu kif definit fil-paragrafi 1 u 3. Id-deċiżjonijiet tiegħu għandhom ikunu vinkolanti.
9. Il-Kumitat Speċjali japprova l-baġits kollha, filwaqt li jikkonsidra l-ammonti relevanti ta’ referenza, u ġeneralment jeserċita l-kompetenzi previsti fl-Artikoli 19, 20, 21, 22, 25, 26, 28, 30, 32, 33, 37, 38, 39, 40, 41 u 42.
10. Il-Kumitat Speċjali għandu jkun informat mill-amministratur, il-kmandant tal-operazzjoni u l-uffiċjal tal-kontabbiltà kif previst fid-Deċiżjoni preżenti.
11. It-test tal-atti approvati mill-Kumitat Speċjali taħt l-Artikoli 19, 20, 21, 22, 23, 25, 28, 30, 32, 33, 39, 40, 41 u 42 għandu jiġi ffirmat mill-President Kumitat Speċjali fil-ħin tal-approvazzjoni tagħhom u mill-amministratur.
Artikolu 7
Amministratur
1. Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, wara li jkun informa lill-Kumitat Speċjali, għandu jaħtar lill-amministratur u mill-inqas deputat amministratur wieħed għal perijodu ta’ tliet snin.
2. L-amministratur għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu f’isem ATHENA.
3. L-amministratur:
(a) |
għandu jfassal u jippreżenta kull abbozz ta’ baġit lill-Kumitat Speċjali. It-taqsima għan-nefqa għal operazzjoni fi kwalunkwe abbozz ta’ baġit għandha titfassal abbażi ta’ proposta mill-kmandant tal-operazzjoni; |
(b) |
għandu jadotta l-baġits wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Kumitat Speċjali; |
(c) |
għandu jkun l-uffiċjal awtorizzanti għad-dħul, għall-ispejjeż komuni li jkunu saru fit-tħejjija għal, jew bħala segwitu ta’, operazzjonijiet u spejjeż komuni operattivi li jkunu saru barra mill-fażi attiva tal-operazzjoni; |
(d) |
għandu, rigward id-dħul, jimplimenta l-arranġamenti finanzjarji magħmula ma’ partijiet terzi fir-rigward finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet militari tal-Unjoni. |
4. L-amministratur għandu jiżgura li jkun hemm konformità mar-regoli stabbiliti bid-Deċiżjoni preżenti, u li d-deċiżjonijiet Kumitat Speċjali jkunu applikati.
5. L-amministratur għandu jkun awtorizzat li jadotta kwalunkwe miżura li hu jqis meħtieġa għall-implimentazzjoni tan-nefqa finanzjata permezz ta’ ATHENA. Hu għandu jinforma lill-Kumitat Speċjali b’dan.
6. L-amministratur għandu jikkoordina l-ħidma dwar kwistjonijiet finanzjarji relatati mal-operazzjonijiet militari tal-Unjoni. Hu għandu jkun il-punt ta’ kuntatt mal-amministrazzjonijiet nazzjonali u, skont il-każ, mal-organizzazzjonijiet internazzjonali dwar dawn il-materji.
7. L-amministratur għandu jkun responsabbli quddiem il-Kumitat Speċjali.
Artikolu 8
Kmandant tal-operazzjoni
1. Il-kmandant tal-operazzjoni għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu f’isem ATHENA fir-rigward tal-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjoni li hu jikkmanda.
2. Għall-operazzjoni li hu jikkmanda, il-kmandant tal-operazzjoni għandu:
(a) |
jibgħat lill-amministratur il-proposti tiegħu għat-taqsima tan- “nefqa – spejjeż komuni operattivi” tal-abbozz ta’ baġits; |
(b) |
bħala uffiċjal awtorizzanti, jimplimenta l-approprjazzjonijiet fir-rigward tal-ispejjeż komuni operattivi; hu għandu jeżerċita l-awtorità tiegħu fuq kwalunkwe persuna li tkun qed tipparteċipa fl-implimentazzjoni ta’ dawk l-approprjazzjonijiet, inkluż il-prefinanzjament; hu jista’ jagħti kuntratti u jidħol f’kuntratti f’isem ATHENA; hu għandu jiftaħ kont bankarju f’isem ATHENA għall-operazzjoni li hu jikkmanda. |
3. Il-kmandant tal-operazzjoni għandu jkun awtorizzat li jadotta kwalunkwe miżura li hu jqis meħtieġa għall-implimentazzjoni tan-nefqa finanzjata permezz ta’ ATHENA, għall-operazzjoni li hu jikkmanda. Hu għandu jinforma lill-amministratur u lill-Kumitat Speċjali b’dan.
Artikolu 9
Uffiċjal tal-kontabbiltà
1. Is-Segretarju Ġenerali Kunsill għandu jaħtar l-uffiċjal tal-kontabbiltà u mill-inqas deputat uffiċjal wieħed tal-kontabbiltà għal perijodu ta’ sentejn.
2. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu f’isem ATHENA.
3. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jkun responsabbli għal:
(a) |
l-implimentazzjoni xierqa ta’ pagamenti, ġbir tad-dħul u rkupru tal-ammonti stabbiliti bħala esiġibbli; |
(b) |
it-tħejjija tal-kontijiet għal ATHENA kull sena, u, wara t-tmiem ta’ kull operazzjoni, il-kontijiet għal dik l-operazzjoni; |
(c) |
l-appoġġ għall-amministratur meta hu jippreżenta l-kontijiet annwali jew il-kontijiet għal operazzjoni lill-Kumitat Speċjali għall-approvazzjoni; |
(d) |
iż-żamma tal-kontijiet għal ATHENA; |
(e) |
l-istabbiliment tar-regoli tal-kontabbiltà u l-metodi u l-karta tal-kontijiet; |
(f) |
l-istabbiliment u l-validazzjoni tas-sistemi tal-kontabbiltà għad-dħul u, fejn ikun il-każ, il-validazzjoni tas-sistemi stabbiliti mill-uffiċjal awtorizzanti sabiex iforni jew jiġġustifika l-informazzjoni tal-kontabbiltà; |
(g) |
iż-żamma tad-dokumenti sekondarji; |
(h) |
l-amministrazzjoni tat-teżor, b’mod konġunt mal-amministratur. |
4. L-amministratur u l-kmandant tal-operazzjoni għandhom jipprovdu lill-uffiċjal tal-kontabbiltà l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-produzzjoni tal-kontijiet li jirrappreżentaw eżattament l-assi finanzjarji ta’ ATHENA u l-implimentazzjoni tal-baġit amministrat minn ATHENA. Dawn għandhom jiggarantixxu l-affidabbiltà tagħha.
5. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jkun responsabbli lejn il-Kumitat Speċjali.
Artikolu 10
Dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-amministratur, għall-uffiċjal tal-kontabbiltà u għall-persunal ta’ ATHENA
1. Il-funzjonijiet ta’ amministratur jew deputat amministratur, fuq naħa waħda, u uffiċjal tal-kontabbiltà jew deputat uffiċjal tal-kontabbiltà, fuq l-oħra, għandhom ikunu reċiprokament inkompatibbli.
2. Kwalunkwe deputat amministratur għandu jaġixxi taħt l-awtorità tal-amministratur. Kull deputat uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jaġixxi taħt l-awtorità tal-uffiċjal tal-kontabbiltà.
3. Deputat amministratur għandu jieħu post l-amministratur meta dan ikun assenti jew ma jkunx jista’ jattendi. Deputat uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jieħu post l-uffiċjal tal-kontabbiltà meta dan ikun assenti jew ma jkunx jista’ jattendi.
4. Meta jkunu qed iwettqu funzjonijiet f’isem ATHENA, l-uffiċjali u l-impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jibqgħu suġġetti għar-regoli u r-regolamenti applikabbli għalihom.
5. Il-persunal li jkun sar disponibbli għal ATHENA mill-Istati Membri għandu jkun suġġett għall-istess regoli bħal dawk stabbiliti fid-deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali fuq sekondament, u għad-dispożizzjonijiet miftiehma bejn l-amministrazzjoni nazzjonali tagħhom u l-istituzzjoni Komunitarja jew ATHENA.
6. Qabel il-ħatra tagħhom, il-persunal ta’ ATHENA għandu jkun irċieva permess għall-aċċess għal informazzjoni klassifikata sa mill-inqas il-livell “Secret UE” miżmuma mill-Kunsill, jew permess ekwivalenti minn Stat Membru.
7. L-amministratur jista’ jinnegozja u jidħol f’arranġamenti mal-Istati Membri jew mal-istituzzjonijiet Komunitarji bil-ħsieb li jinnominaw minn qabel dak il-persunal li, jekk meħtieġ, ikun jista’ jsir immedjatament disponibbli għal ATHENA.
KAPITOLU 3
ARRANĠAMENTI AMMINISTRATTIVI MAL-ISTATI MEMBRI, MAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA, MA’ STATI TERZI U MA’ ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI
Artikolu 11
Arranġamenti amministrattivi
1. Jistgħu jiġu negozjati arranġamenti amministrattivi mal-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali sabiex ikunu faċilitati l-akkwisti fil-post u/jew l-aspetti finanzjarji ta’ appoġġ reċiproku fil-qafas ta’ operazzjonijiet bl-aktar mod effikaċi possibbli għall-ispejjeż involuti.
2. Arranġamenti bħal dawn huma:
(a) |
preżentati għall-konsultazzjoni tal-Kumitat Speċjali meta jiġu konklużi ma’ Stati Membri jew istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, |
(b) |
preżentati għall-approvazzjoni tal-Kumitat Speċjali meta jiġu konklużi ma’ Stati terzi jew istituzzjonijiet internazzjonali. |
3 Dawn l-arranġamenti għandhom jiġu ffirmati mill-kmandant tal-operazzjoni jew, fin-nuqqas ta’ dan, l-amministratur, li għandhom jaġixxu bħala rappreżentanti ta’ Athena, u mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti tal-Istat jew tal-organizzazzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Artikolu 12
Arranġamenti amministrattivi permanenti u ad hoc dwar modalitajiet għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati terzi
1. Fil-qafas tal-ftehim konklużi bejn l-UE u l-Istati terzi indikati mill-Kunsill bħala kontributuri potenzjali għall-operazzjonijiet tal-UE jew bħala kontributuri ta’ operazzjoni speċifika tal-UE, l-amministratur għandu jinnegozja ma’ dawn l-Istati terzi l-arranġamenti amministrattivi permanenti jew ad hoc, rispettivament. Dawn l-arranġamenti għandhom jieħdu l-forma ta’ skambju ta’ Ittri bejn ATHENA u s-servizzi amministrattivi kompetenti tal-Istati terzi kkonċernati li jistabbilixxu l-modalitajiet meħtieġa sabiex jiġi ffaċilitat il-ħlas malajr tal-kontribuzzjonijiet għal kull operazzjoni militari futura tal-UE.
2. Sa meta jiġu konklużi l-ftehim imsemmija fil-paragrafu 1, l-amministratur jista’ jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġu ffaċititati l-ħlasijiet mill-Istati terzi kontribwenti.
3. L-amministratur għandu jinforma lill-Kumitat Speċjali minn qabel dwar l-arranġamenti previsti, qabel ma jiffirmahom f’isem ATHENA.
4. Meta operazzjoni militari tiġi varata mill-Unjoni, l-amministratur għandu, għall-ammonti ta’ kontribuzzjonijiet deċiżi mill-Kunsill, jimplimenta l-arranġamenti mal-Istati terzi li jikkontribwixxu għal dik l-operazzjoni.
KAPITOLU 4
KONTIJIET BANKARJI
Artikolu 13
Ftuħ u għan
1. L-amministratur għandu jiftaħ kont bankarju wieħed jew aktar f’isem ATHENA.
2. Kwalunkwe kont bankarju għandu jinfetaħ f’istituzzjoni finanzjarja tal-ogħla kalibru bl-uffiċċju prinċipali tagħha fi Stat Membru tal-Unjoni.
3. Il-kontribuzzjonijiet minn Stati kontribwenti għandhom jitħallsu f’dawn il-kontijiet. Dawn għandhom jintużaw sabiex iħallsu għall-ispejjeż amministrati minn ATHENA u sabiex isiru l-avvanzi meħtieġa lill-kmandant tal-operazzjoni għall-implimentazzjoni tan-nefqa relatata mal-ispejjeż komuni tal-operazzjoni militari. Ma jistgħux jinġibdu flus aktar milli jkun hemm depożitati, minn l-ebda kont bankarju.
Artikolu 14
Ġestjoni ta’ fondi
1. Kwalunkwe ħlas mill-kont ta’ ATHENA għandu jeħtieġ il-firma konġunta tal-amministratur jew id-deputat amministratur, fuq naħa waħda, u tal-uffiċjal tal-kontabbiltà jew id-deputat uffiċjal tal-kontabbiltà, fuq l-oħra.
2. Fondi amministrati minn ATHENA, inklużi dawk fdati lil kmandant ta’ operazzjoni, ma jistgħux ikunu depożitati ħlief ma’ istituzzjoni finanzjarja tal-ogħla kalibru, f’ euro f’kont kurrenti jew f’kont għal perijodu qasir.
KAPITOLU 5
SPEJJEŻ KOMUNI
Artikolu 15
Definizzjoni ta’ spejjeż komuni u perijodi ta’ eliġibbiltà
1. L-ispejjeż komuni elenkati fl-Anness I għandhom ikunu għas-spejjeż ta’ ATHENA kull meta dawn isiru. Meta jiddaħħlu f’artikolu tal-baġit li juri l-operazzjoni li għaliha huma l-aktar relatati, dawn għandhom jiġu kkunsidrati bħala spejjeż operattivi ta’ din l-operazzjoni. Altrimenti, huma għandhom jiġu kkunsidrati bħala spejjeż komuni li jkunu saru fit-tħejjija għal, jew wara, l-operazzjonijiet.
2. Barra minn dan, ATHENA għandha terfa’ r-responsabbiltà tal-ispejjeż komuni operattivi elenkati fl-Anness II matul il-perijodu mill-approvazzjoni tal-Kunċett ta’ Maniġġar ta’ Kriżijiet għall-operazzjoni sal-ħatra tal-kmandant tal-operazzjoni. F’ċirkostanzi partikolari, wara li l-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ikun ġie kkonsultat, il-Kumitat Speċjali jista’ jimmodifika l-perijodu li fih dawn l-ispejjeż għandhom jiġu sostnuti minn ATHENA.
3. Matul il-fażi attiva ta’ operazzjoni, li tibda mid-data li fiha jinħatar il-kmandant tal-operazzjoni sal-jum li fih il-kwartieri ġenerali tal-operazzjoni jwaqqaf l-attività tiegħu, ATHENA għandha terfa’ bħala spejjeż komuni operattivi:
(a) |
l-ispejjeż komuni elenkati fl-Anness III-A; |
(b) |
l-ispejjeż komuni elenkati fl-Anness III-B, meta l-Kunsill hekk jiddeċiedi; |
(c) |
l-ispejjeż komuni elenkati fl-Anness III-C, meta mitluba mill-Kmandant tal-Operazzjoni b’approvazzjoni mill-Kumitat Speċjali. |
4. Matul il-fażi attiva ta’ azzjoni militari ta’ appoġġ, kif determinat mill-Kunsill, ATHENA għandha terfa’ bħala spejjeż komuni operattivi l-ispejjeż komuni definiti mill-Kunsill fuq bażi ta’ każ b’każ b’referenza għall-Anness III.
5. L-ispejjeż komuni operattivi ta’ operazzjoni jinkludu wkoll in-nefqa meħtieġa sabiex din tiġi terminata, kif elenkat fl-Anness IV.
L-operazzjoni tkun terminata meta t-tagħmir u l-infrastruttura finanzjati b’mod komuni għall-operazzjoni jkunu sabu d-destinazzjoni finali tagħhom u l-kontijiet għall-operazzjoni jkunu ġew imfassla.
6. L-ebda nefqa li ssir bil-ħsieb li tkopri l-ispejjeż li fi kwalunkwe każ ikunu nġarru minn Stat kontribwent wieħed jew aktar, istituzzjoni Komunitarja jew organizzazzjoni internazzjonali, indipendentement mill-organizzazzjoni ta’ operazzjoni, ma tista’ tkun eliġibbli bħala spiża komuni.
7. Il-Kumitat Speċjali jista’ jiddeċiedi fuq bażi ta’ każ b’każ li, minħabba ċirkostanzi partikolari, ċerti spejjeż inkrementali diversi minn dawk elenkati fl-Anness III-B għandhom jitqiesu bħala spejjeż komuni għal operazzjoni waħda partikolari matul il-fażi attiva tagħha.
8. Jekk l-unanimità ma tkunx tista’ tinkiseb fil-Kumitat Speċjali, dan tal-aħħar, fuq l-inizjattiva tal-Presidenza, jista’ jippreżenta din il-kwistjoni lill-Kunsill.
Artikolu 16
Eżerċizzji
1. L-ispejjeż komuni tal-eżerċizzji tal-Unjoni Eropea għandhom ikunu finanzjati permezz ta’ ATHENA skont ir-regoli u l-proċeduri simili għal dawk ta’ operazzjonijiet li għalihom jikkontribwixxu l-Istati Membri kollha parteċipanti.
2. Dawn l-ispejjeż komuni tal-eżerċizzju għandhom ikunu magħmula minn, l-ewwelnett, spejjeż inkrementali għall-kwartieri ġenerali li jistgħu jiġu skjerati jew li jkunu fissi, u t-tieni, spejjeż inkrementali li jsiru minn rikors tal-UE għall-assi u l-kapaċitajiet komuni tan-NATO meta dawn ikunu saru disponibbli għal eżerċizzju.
3. L-ispejjeż komuni tal-eżerċizzju ma għandhomx jinkludu spejjeż relatati ma’:
(a) |
akkwisti kapitali, inklużi dawk relatati ma’ bini, infrastruttura u tagħmir; |
(b) |
il-fażi preparatorja u l-ippjanar ta’ eżerċizzji; |
(c) |
it-trasport, il-kwartieri u l-alloġġi għall-forzi. |
Artikolu 17
Ammont ta’ referenza
Kwalunkwe azzjoni konġunta li biha l-Kunsill jiddeċiedi li l-Unjoni ser tmexxi operazzjoni militari u kwalunkwe azzjoni konġunta jew deċiżjoni li biha l-Kunsill jiddeċiedi li jestendi operazzjoni tal-Unjoni għandha jkollha ammont ta’ referenza għall-ispejjeż komuni ta’ din l-operazzjoni. Bl-appoġġ b’mod partikolari persunal militari tal-Unjoni u, jekk hu jkun fil-post, bl-appoġġ tal-kmandant tal-operazzjoni, l-amministratur għandu jevalwa l-ammont meqjus meħieġ sabiex ikopri l-ispejjeż komuni tal-operazzjoni għall-perijodu ppjanat. L-amministratur għandu jipproponi dan l-ammont permezz tal-Presidenza lill-korpi tal-Kunsill responsabbli għall-eżami tal-abbozz tal-azzjoni konġunta jew tad-deċiżjoni. Il-Kumitat Speċjali għandu jinżamm infurmat ukoll mill-amministratur tal-proposta inkwistjoni.
KAPITOLU 6
BAĠIT
Artikolu 18
Prinċipji baġitarji
1. Il-baġit, stabbilit f’euro, huwa l-att li għal kull sena finanzjarja jistabbilixxi u jawtorizza d-dħul u n-nefqa kollha relatati mal-ispejjeż komuni amministrati minn ATHENA.
2. In-nefqa kollha għandha tkun marbuta ma’ operazzjoni speċifika, ħlief fejn ikun il-każ għall-ispejjeż elenkati fl-Anness I.
3. L-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit huma awtorizzati għall-perijodu ta’ sena finanzjarja li tibda fl-1 ta’ Jannar u tintemm fil-31 ta’ Diċembru tal-istess sena.
4. Id-dħul u n-nefqa tal-baġit għandhom jibbilanċjaw.
5. L-ebda dħul u l-ebda nefqa, li tkun relatata mal-ispejjeż komuni, ma tista’ tiġi implimentata ħlief bl-allokazzjoni għal intestatura fil-baġit u fil-limitu tal-approprjazzjonijiet imdaħħla hemm.
Artikolu 19
Stabbiliment u adozzjoni tal-baġit annwali
1. Kull sena l-amministratur għandu jfassal abbożż ta’ baġit għas-sena finanzjarja ta’ wara, bl-assistenza ta’ kull kmandant tal-operazzjoni għat-taqsima “spejjeż komuni operattivi”. L-amministratur għandu jipproponi l-abbozz ta’ baġit lill-Kumitat Speċjail sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru.
2. L-abbozz għandu jinkludi:
(a) |
l-approprjazzjonijiet meqjusa bħala meħtieġa sabiex ikopru l-ispejjeż komuni li jsiru fit-tħejjija għal, jew bħala segwitu ta’, operazzjonijiet; |
(b) |
l-approprjazzjonijiet meqjusa bħala meħtieġa sabiex ikopru l-ispejjeż komuni operattivi għall-operazzjonijiet kurrenti jew ippjanati, anke, fejn ikun il-każ, sabiex jiġu rimborżati l-ispejjeż komuni li jkunu ġew prefinanzjati minn Stat jew parti terza; |
(c) |
previżjoni tad-dħul meħtieġ sabiex ikopri n-nefqa. |
3. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għandhom ikunu kklassifikati f’titoli u kapitoli li jirraggruppaw in-nefqa flimkien skont it-tip jew l-għan, subdiviżi kif meħtieġ f’artikoli. Għandhom ikunu inklużi kummenti ddettaljati f’kapitolu jew artikolu fl-abbozz ta’ baġit. Għandu jkun iddedikat titolu speċifiku wieħed għal kull operazzjoni. Titolu speċifiku wieħed għandu jkun il-parti ġenerali tal-baġit u għandu jinkludi l-ispejjeż komuni li jsiru fit-tħejjija għal, jew bħala segwitu tal-operazzjonijiet.
4. Kull titolu jista’ jinkludi kapitolu intitolat “approprjazzjonijiet provviżorji”. Dawn l-approprjazzjonijiet għandhom jiddaħħlu fejn ikun hemm inċertezza, abbażi ta’ raġunijiet serji, dwar l-ammont ta’ approprjazzjonijiet meħtieġa jew l-ambitu għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet imdaħħla.
5. Id-dħul għandu jikkonsisti minn:
(a) |
kontribuzzjonijiet li jkollhom jitħallsu mill-Istati Membri parteċipanti u kontribwenti u, fejn ikun il-każ, mill-Istati terzi kontribwenti; |
(b) |
dħul mixxellanju, subdiviż skont it-titolu, li jinkludi l-imgħax riċevut, id-dħul minn bejgħ u r-riżultat tal-baġit mis-sena finanzjarja preċedenti, wara li dan ikun ġie ddeterminat mill-Kumitat Speċjali. |
6. Il-Kumitat Speċjali għandu japprova l-abbozz ta’ baġit sal-31 ta’ Diċembru. L-amministratur għandu jadotta l-baġit approvat u jinnotifika l-Istati parteċipanti u kontribwenti.
Artikolu 20
Baġits emendatorji
1. Fil-każ ta’ ċirkostanzi inevitabbli, eċċezzjonali jew imprevisti, b’mod partikolari meta tinqala’ xi operazzjoni matul is-sena finanzjarja, l-amministratur għandu jipproponi abbozz ta’ baġit emendatorju. Jekk l-abbozz ta’ baġit emendatorju jaqbeż sostanzjalment l-ammont ta’ referenza għall-operazzjoni kkonċernata, il-Kumitat Speċjali jista’ jitlob lill-Kunsill sabiex japprovah.
2. L-abbozz ta’ baġit emendatorju għandu jiġi mfassal, propost, approvat u adottat u n-notifika tingħata konformement mal-istess proċedura bħal baġit annwali. Madankollu, meta l-baġit emendatorju jkun marbut mal-varar ta’ operazzjoni militari tal-Unjoni, dan għandu jkun akkumpanjat minn rendikont finanzjarju dettaljat dwar l-ispejjeż komuni antiċipati għall-operazzjoni intiera. Il-Kumitat Speċjali għandu jiddiskutih b’kont meħud tal-urġenza tiegħu.
Artikolu 21
Trasferimenti
1. Meta jkun il-każ u abbażi ta’ proposta mill-kmandant tal-operazzjoni, l-amministratur jista’ jagħmel trasferimenti tal-approprjazzjonijiet. L-amministratur għandu jinforma lill-Kumitat Speċjali dwar l-intenzjoni tiegħu, sakemm tippermetti l-urġenza tas-sitwazzjoni, mill-inqas ġimgħa waħda minn qabel. Madankollu, l-approvazzjoni minn qabel tal-Kumitat Speċjali għandha tkun meħtieġa meta:
(a) |
it-trasferiment ippjanat jemenda t-total tal-approprjazzjonijiet previsti għal operazzjoni; jew |
(b) |
it-trasferimenti ppjanati bejn il-kapitoli matul is-sena finanzjarja jaqbżu 10 % tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-kapitolu li minnu jkunu qed jitfasslu l-approprjazzjonijiet, bħal ma jkun jidher fil-baġit adottat għas-sena finanzjarja fid-data meta ssir il-proposta għat-trasferiment in kwistjoni. |
2. Meta hu jidhirlu li dan ikun meħtieġ għat-tmexxija xierqa ta’ operazzjoni, fit-tliet xhur wara d-data tal-varar tal-operazzjoni, il-kmandant tal-operazzjoni jista’ jagħmel trasferimenti tal-approprjazzjonijiet allokati għall-operazzjoni, bejn artikoli u bejn kapitoli fit-taqsima “spejjeż komuni operattivi” tal-baġit. Hu għandu jinforma lill-amministratur u lill-Kumitat Speċjali b’dan.
Artikolu 22
Riportament ta’ approprjazzjonijiet
1. Fil-prinċipju, l-approprjazzjonijiet maħsuba sabiex ikopru l-ispejjeż komuni li jsiru fit-tħejjija għal, jew bħala segwitu ta’, operazzjonijiet, li ma jkunux ġew impenjati, jiġu kkanċellati fl-aħħar tas-sena finanzjarja.
2. L-approprjazzjonijiet maħsuba sabiex ikopru l-ispiża tal-ħżin ta’ materjal u tagħmir amministrat minn ATHENA jistgħu jiġu riportati darba għas-sena finanzjarja ta’ wara, meta jkun sar impenn għal dak l-effett qabel il-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja attwali. L-approprjazzjonijiet maħsuba sabiex ikopru l-ispejjeż komuni operattivi jistgħu jiġu riportati jekk ikunu meħtieġa għal operazzjoni li ma tkunx ġiet terminata għal kollox.
3. L-amministratur għandu jippreżenta proposti għar-riportament ta’ approprjazzjonijiet mis-sena finanzjarja preċedenti lill-Kumitat Speċjali sal-15 ta’ Frar. Dawn il-proposti għandhom jitqiesu approvati sakemm il-Kumitat Speċjali ma jiddeċidix mod ieħor sal-15 ta’ Marzu.
Artikolu 23
Implimentazzjoni antiċipata
Ladarba l-baġit annwali jkun ġie approvat, jistgħu jintużaw approprjazzjonijiet sabiex ikopru impenji u pagamenti jekk dawn ikunu meħtieġa operattivament.
KAPITOLU 7
KONTRIBUZZJONIJIET U RIMBORŻI
Artikolu 24
Stabbiliment ta’ kontribuzzjonijiet
1. L-approprjazzjonijiet ta’ pagament sabiex ikopru spejjeż komuni li jsiru fit-tħejjija għal, jew bħala segwitu ta’, operazzjonijiet li ma jkunux koperti minn dħul mixxellanju għandhom ikunu finanzjati mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri parteċipanti.
2. L-approprjazzjonijiet ta’ pagament sabiex ikopru l-ispejjeż komuni operattivi ta’ operazzjoni għandhom ikunu koperti minn kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u Stati terzi li jikkontribwixxu għall-operazzjoni.
3. Il-kontribuzzjonijiet li jkollhom jitħallsu mill-Istati Membri kontribwenti għal operazzjoni għandhom ikunu ekwivalenti għall-ammont tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament imdaħħla fil-baġit u maħsuba sabiex ikopru l-ispejjeż komuni operattivi ta’ dik l-operazzjoni, bit-tnaqqis tal-ammonti tal-kontribuzzjonijiet li jkollhom jitħallsu għall-istess operazzjoni mill-Istati terzi kontribwenti taħt l-Artikolu 12.
4. It-tqassim tal-kontribuzzjonijiet bejn l-Istati Membri li minnhom hi meħtieġa kontribuzzjoni għandu jiġi determinat konformement mal-iskala tal-prodott gross nazzjonali kif speċifikat fl-Artikolu 28(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u skont id-Deċiżjoni Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta’ Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej (3), jew kull deċiżjoni oħra tal-Kunsill li tista’ tieħu postha.
5. Id-data għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu dawk disposti fil-kolonna “riżorsi proprji tad-Dħul Gross Nazzjonali (DGN)” fit-tabella “Taqsira tal-finanzjament tal-baġit ġenerali bit-tip tar-riżors proprju u minn Stat Membru” annessa mal-aħħar baġit adottat mill-Komunitajiet Ewropej. Il-kontribuzzjoni ta’ kull Stat Membru li minnu kontribuzzjoni hija dovuta għandha tkun proporzjonali għas-sehem tad-Dħul Gross Nazzjonali (DGN) ta’ dak l-Istat Membru fl-ammont totali tad-DGN tal-Istati Membri li minnhom hi dovuta kontribuzzjoni.
Artikolu 25
Skeda għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet
1. Meta l-Kunsill ikun adotta ammont ta’ referenza għal operazzjoni militari tal-Unjoni, l-Istati Membri kontribwenti għandhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom fil-livell ta’ 30 % tal-ammont ta’ referenza, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix fuq persentaġġ ogħla.
2. Abbażi ta’ proposta mill-amministratur, il-Kumitat Speċjali jista’ jiddeċiedi li ssir sejħa għall-kontribuzzjonijiet addizzjonali qabel l-adozzjoni ta’ baġit emendatorju għall-operazzjoni. Il-Kumitat Speċjali jista’ jiddeċiedi li jirriferi l-kwistjoni lill-korpi preparatorji kompetenti fil-Kunsill.
3. Meta l-approprjazzjonijiet maħsuba sabiex ikopru l-ispejjeż komuni operattivi jkunu ddaħħlu fil-baġit, l-Istati Membri għandhom iħallsu l-bilanċ tal-kontribuzzjonijiet li jkollhom jagħtu għal dik l-operazzjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 24 wara tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet diġà msejħa minnhom għall-istess operazzjoni fl-istess sena finanzjarja. Madankollu, meta l-operazzjoni tkun ippjanata li ddum iżjed minn sitt xhur, il-bilanċ tal-kontribuzzjonijiet għandu jitħallas f’pagamenti ta’ kull sitt xhur. F’tali każ, l-ewwel pagament għandu jitħallas fi żmien xahrejn mill-varar tal-operazzjoni; it-tieni pagament għandu jitħallas sa data ta’ skadenza li għandha tiġi stabbilita mill-Kumitat Speċjali waqt li jaġixxi fuq proposta mill-amministratur, b’kont meħud tal-ħtiġijiet operattivi. Il-Kumitat Speċjali jista’ ma jimxix ma’ dawn id-dispożizzjonijiet.
4. Meta jiġi adottat ammont ta’ referenza jew baġit, l-amministratur għandu jibgħat is-sejħiet korrispondenti għal kontribuzzjonijiet permezz ta’ ittra lill-amministraturi nazzjonali li d-dettalji tagħhom ikunu ġew komunikati lilu.
5. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn f’din id-Deċiżjoni, il-kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum wara d-dispaċċ tas-sejħa rilevanti għal kontribuzzjonijiet.
6. Kull Stat kontribwenti għandu jħallas il-piżijiet bankarji relatati mal-ħlas tal-kontribuzzjoni proprja tiegħu.
7. L-amministratur għandu jgħarraf li jkun irċieva l-kontribuzzjonijiet.
Artikolu 26
Prefinanzjament
1. Fil-każ ta’ operazzjoni ta’ Risposta Rapida Militari tal-UE, il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu dovuti minn Stati Membri kontribwenti fil-livell tal-ammont ta’ referenza. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(3), il-ħlasijiet għandhom isiru kif definit hawn taħt.
2. Għall-finijiet ta’ prefinanzjament ta’ operazzjonijiet ta’ Risposta Rapida Militari tal-UE, l-Istati Membri parteċipanti għandhom:
(a) |
jew iħallsu kontribuzzjoniet lil ATHENA minn qabel; |
(b) |
jew, meta l-Kunsill jiddeċiedi li jmexxi operazzjoni ta’ Risposta Rapida Militari tal-UE li huma jikkontribwixxu għall-finanzjament tagħha, iħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-ispejjeż komuni ta’ dik l-operazzjoni fi żmien ħamest ijiem wara d-dispaċċ tas-sejħa fil-livell tal-ammont ta’ referenza, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor. |
3. Għall-finijiet imsemmija hawn fuq, il-Kumitat Speċjali, magħmul minn rappreżentant wieħed ta’ kull Stat Membru li jkun għażel li jħallas kontribuzzjonijiet minn qabel (minn hawn ’il quddiem “Stati Membri antiċipanti”), għandu jistabbilixxi approprjazzjonijiet provviżorji taħt titolu speċifiku fil-baġit. Dawn l-approprjazzjonijiet provviżorji għandhom jiġu koperti minn kontribuzzjonijiet li jkollhom jitħallsu mill-Istati Membri antiċipanti fi żmien 90 jum wara d-dispaċċ tas-sejħa għal dawn il-kontribuzzjonijiet.
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(3), il-kontribuzzjonijiet dovuti minn Stat Membru antiċipanti għal operazzjoni ta’ Risposta Rapida, sal-livell kontribuzzjoni li jkun ħallas lill-approprjazzjonijiet provviżorji msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, għandhom ikunu jistgħu jitħallsu fi żmien 90 jum wara d-dispaċċ tas-sejħa. jista’ jitqiegħed ammont simili għad-dispożizzjoni kmandant tal-operazzjoni mill-kontribuzzjonijiet mħallsa minn qabel.
5. Minkejja l-Artikolu 21, kwalunkwe approprjazzjoni provviżorja msemmija taħt il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu li hija wżata għal operazzjoni għandha tiġi rifornuta fi żmien 90 jum wara d-dispaċċ tas-sejħa.
6. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, kwalunkwe Stat Membru antiċipanti jista’ f’ċirkostanzi speċifiċi jawtorizza lill-amministratur sabiex juża l-kontribuzzjoni tiegħu mħallas minn qabel sabiex ikopri l-kontribuzzjoni tiegħu għal operazzjoni li jipparteċipa fiha, ħlief għal operazzjoni ta’ Risposta Rapida. Għandu jsir riforniment kontribuzzjoni mħallsa minn qabel mill-Istat Membru kkonċernat fi żmien 90 jum wara d-dispaċċ tas-sejħa.
7. Fejn ikunu meħtieġa fondi għal xi operazzjoni, diversa minn operazzjoni ta’ Risposta Rapida, qabel ma jkunu ġew riċevuti kontribuzzjonijiet suffiċjenti għal dik l-operazzjoni:
(a) |
jistgħu jintużaw kontribuzzjonijiet imħallsa minn qabel minn Stati Membri li jikkontribwixxu għall-finanzjament ta’ dik l-operazzjoni, wara l-approvazzjoni mill-Istati Membri antiċipanti, sa 75 % tal-ammont tagħhom sabiex ikopru kontribuzzjonijiet dovuti għal dik l-operazzjoni. Il-kontribuzzjonijiet imħallsa minn qabel għandhom jiġu rifornuti mill-Istati Membri antiċipanti fi żmien 90 jum wara d-dispaċċ tas-sejħa; |
(b) |
fil-każ previst fil-punt (a), għandhom jitħallsu l-kontribuzzjonijiet dovuti taħt l-Artikolu 25(1) mill-Istati Membri mhux antiċipanti, wara approvazzjoni mill-Istati Membri kkonċernati, fi żmien ħamest’ijiem wara d-dispaċċ tas-sejħa għal dawn il-kontribuzzjonijiet mill-amministratur. |
8. Minkejja l-Artikolu 32(3), il-kmandant tal-operazzjoni jista’ jimpenja u jħallas l-ammonti li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu.
9. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jreġġa’ lura l-għażla tiegħu billi jagħti notifika lill-amministratur mill-inqas tliet xhur minn qabel.
Artikolu 27
Rimborż ta’ prefinanzjament
1. Stat Membru, Stat terz jew, skont il-każ, organizzazzjoni internazzjonali li tkun ġiet awtorizzata mill-Kunsill sabiex tipprovdi l-prefinanzjament ta’ parti mill-ispejjeż komuni ta’ operazzjoni tista’ tikseb rimborż minn ATHENA billi tagħmel talba flimkien mad-dokumenti meħtieġa ta’ ġustifikazzjoni u indirizzata lill-amministratur mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data tat-tlestija tal-operazzjoni kkonċernata.
2. L-ebda talba għar-rimborż ma tista’ tkun onorata jekk din ma tkunx ġiet approvata mill-kmandant tal-operazzjoni u mill-amministratur.
3. Jekk tkun approvata talba għar-rimborż preżentata minn Stat kontribwent, din tista’ titnaqqas mis-sejħa għal kontribuzzjonijiet li jkun imiss indirizzata lil dak l-Istat mill-amministratur.
4. Jekk l-ebda sejħa għall-kontribuzzjonijiet ma tkun antiċipata meta t-talba tiġi approvata, jew jekk it-talba approvata għar-rimborż taqbeż il-kontribuzzjoni antiċipata, l-amministratur għandu jħallas l-ammont li għandu jiġi rimborżat fi żmien 30 jum, b’kont meħud tal-likwidità ta’ ATHENA u ta’ dak li jkun jinħtieġ għall-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjoni kkonċernata.
5. Ir-rimborż għandu jkun dovut skont din id-Deċiżjoni wkoll jekk l-operazzjoni tiġi kkanċellata.
Artikolu 28
L-amministrazzjoni minn ATHENA ta’ nfiq mhux inkluż fl-ispejjeż komuni
1. Abbażi ta’ proposta mill-amministratur jew minn Stat Membru, il-Kumitat Speċjali jista’ jiddeċiedi li t-tmexxija amministrattiva ta’ ċerta nefqa fir-rigward ta’ operazzjoni, b’mod partikolari fil-qasam ta’ appoġġ lill-ħaddiema/preparazzjoni u preżentazzjoni ta’ ikel fil-mess u t-tindif ħwejjeġ, filwaqt li tibqa’ r-responsabbiltà tal-Istat Membru li tikkonċerna, għandha tkun fdata lil ATHENA.
2. Fid-deċiżjoni tiegħu, il-Kumitat Speċjali jista’ jawtorizza lill-kmandant tal-operazzjoni sabiex jidħol f’kuntratti f’isem l-Istati Membri parteċipanti f’operazzjoni, għall-akkwist provvisti deskritti. Huwa għalhekk jiddeċiedi li ATHENA tiġbor il-fondi meħtieġa mill-Istati Membri minn qabel sabiex tonora l-kuntratti li fihom ikunu daħlu.
3. ATHENA għandha żżomm il-kontijiet tan-nefqa sostnuta minn kull Stat Membru li l-amministrazzjoni tagħha tkun fdata biha. Kull xaħar hi għandha tibgħat lil kull Stat Membru rendikont tan-nefqa li tkun sostniet u li tkun saret minnha jew mill-persunal tagħha fix-xahar preċedenti, u għandha ssejjaħ għall-fondi meħtieġa sabiex tħallas għal din in-nefqa. L-Istati Membri għandhom iħallsu lil ATHENA l-fondi meħtieġa fi żmien 30 jum wara d-dispaċċ tas-sejħa għall-fondi.
Artikolu 29
Imgħaxijiet fuq ħlas tardiv
1. Jekk Stat ma jissodisfax l-obbligi finanzjarji tiegħu, għandhom japplikaw b’analoġija r-regoli Komunitarji dwar l-imgħax fuq ħlas tardiv determinati bl-Artikolu 71 tar-Regolament Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali Komunitajiet Ewropej (4) fir-rigward tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet lill-baġit Komunitarju.
2. Meta l-ħlas isir tard b’mhux iżjed minn għaxart ijiem, l-ebda imgħax ma għandu jiġi applikat. Meta ħlas isir tard b’iżjed minn għaxart ijiem, l-imgħaxijiet għandhom japplikaw għad-dewmien kollu.
KAPITOLU 8
IMPLIMENTAZZJONI TAN-NEFQA
Artikolu 30
Prinċipji
1. L-approprjazzjonijiet ta’ ATHENA għandhom jintużaw skont il-prinċipji ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba, jiġifieri skont il-prinċipji ta’ ekonomija, effikaċja u effiċjenza.
2. L-uffiċjali awtorizzanti għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dħul jew tan-nefqa ta’ ATHENA skont il-prinċipji ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba sabiex ikun żgurat li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-legalità u r-regolarità. L-uffiċjali awtorizzanti għandhom jagħmlu impenji baġitarji u legali, jivverifikaw u jawtorizzaw in-nefqa u jwettqu azzjonijiet qabel din l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet. Uffiċjal awtorizzanti jista’ jiddelega d-dmirijiet tiegħu b’deċiżjoni li tiddetermina:
(a) |
il-persunal fuq livell xieraq għal tali delegazzjoni; |
(b) |
il-limitu tas-setgħat konferiti; u |
(c) |
l-ambitu għal benefiċjarji sabiex jissubdelegaw is-setgħat tagħhom. |
3. L-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet skont il-prinċipju ta’ segregazzjoni tal-uffiċjal awtorizzanti u tal-uffiċjal tal-kontabbiltà għandha tkun żgurata. Id-dmirijiet ta’ uffiċjal awtorizzanti u tal-uffiċjal tal-kontabbiltà għandhom ikunu reċiprokament inkompatibbli. Kwalunkwe ħlas li jsir mill-fondi amministrati minn ATHENA għandu jeħtieġ il-firma konġunta ta’ uffiċjal awtorizzanti u ta’ uffiċjal tal-kontabbiltà.
4. Mingħajr preġudizzju għal din id-Deċiżjoni, meta l-implimentazzjoni tan-nefqa komuni tkun fdata lil Stat Membru, istituzzjoni Komunitarja jew, skont il-każ, organizzazzjoni internazzjonali, dak l-Istat, istituzzjoni jew organizzazzjoni għandhom japplikaw ir-regoli applikabbli għall-implimentazzjoni tan-nefqa proprja tagħhom. Meta l-amministratur jimplimenta n-nefqa direttament, din għandha tikkonforma mar-regoli applikabbli għall-implimentazzjoni tat-taqsima “Kunsill” tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.
5. Madankollu l-amministratur jista’ jipprovdi lill-Presidenza b’elementi għal proposta lill-Kunsill jew lill-Kumitat Speċjali dwar regoli għall-implimentazzjoni tan-nefqa komuni.
6. Il-Kumitat Speċjali jista’ japprova regoli għall-implimentazzjoni tan-nefqa komuni li jmorru lil hinn mill-paragrafu 4.
Artikolu 31
Spejjeż komuni li jsiru fit-tħejjija għal, jew bħala segwitu ta’, operazzjonijiet
L-amministratur għandu jwettaq id-dmirijiet ta’ uffiċjal awtorizzanti għan-nefqa li tkopri l-ispejjeż komuni li jsiru fit-tħejjija għal, jew bħala segwitu ta’, operazzjonijiet.
Artikolu 32
Spejjeż komuni operattivi
1. Il-kmandant tal-operazzjoni għandu jwettaq id-dmirijiet ta’ uffiċjal awtorizzanti għan-nefqa li tkopri l-ispejjeż komuni operattivi tal-operazzjoni li hu jikkmanda. Madankollu, l-amministratur għandu jwettaq id-dmirijiet ta’ uffiċjal awtorizzanti għan-nefqa li tkopri l-ispejjeż komuni operattivi li jkunu saru matul il-fażi preparatorja ta’ operazzjoni speċifika, li huma implimentati direttament minn ATHENA, jew relatati mal-operazzjoni wara t-tmiem fażi attiva tagħha.
2. Is-somom meħtieġa għall-implimentazzjoni tan-nefqa fuq operazzjoni għandhom ikunu trasferiti mill-kont bankarju ta’ ATHENA mill-amministratur għall-kmandant tal-operazzjoni, fuq it-talba tiegħu, fil-kont bankarju miftuħ f’isem ATHENA, li tieghu l-kmandant tal-operazzjoni jkun ipprovda d-dettalji.
3. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 18(5), l-adozzjoni tal-ammont ta’ referenza għandha tattiva d-dritt tal-amministratur u tal-kmandant tal-operazzjoni, kull wieħed fil-qasam tiegħu ta’ kompetenza, sabiex jintrabat li jħallas l-ispejjeż għall-operazzjoni kkonċernata sa 30 % tal-ammont ta’ referenza, sakemm il-Kunsill ma jistabbilixxix persentaġġ ogħla. Il-Kumitat Speċjali, abbażi ta’ proposta mill-amministratur, jista’ jiddeċiedi li jsir impenn għal, u titħallas, nefqa addizzjonali. Il-Kumitat Speċjali jista’ jiddeċiedi li jirriferi l-kwistjoni lill-korpi preparatorji kompetenti fil-Kunsill permezz tal-Presidenza. Din id-deroga m’għandhiex tapplika aktar wara d-data tal-adozzjoni ta’ baġit għall-operazzjoni kkonċernata.
4. Matul il-perijodu qabel l-adozzjoni ta’ baġit għal operazzjoni, l-amministratur u l-kmandant tal-operazzjoni jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom jirrapportaw lill-Kumitat Speċjali kull xahar, kull wieħed jirrapporta fuq il-materji li jikkonċernaw lilu, fir-rigward tal-ispejjeż li jkunu eliġibbli bħala spejjeż komuni għal dik l-operazzjoni. Il-Kumitat Speċjali, abbażi ta’ proposta mill-amministratur, kmandant tal-operazzjoni jew Stat Membru, jista’ joħroġ direttivi dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa matul dan il-perijodu.
5. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 18(5), fil-każ ta’ periklu imminenti għall-ħajjiet persunal involuti f’operazzjoni militari tal-Unjoni, il-kmandant tal-operazzjoni għal dik l-operazzjoni jista’ jimplimenta n-nefqa meħtieġa sabiex isalva l-ħajjiet ta’ dak il-persunal, aktar mill-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit. Hu għandu jinforma lill-amministratur u lill-Kumitat Speċjali malajr kemm jista’ jkun. F’dan il-każ, filwaqt li jikkomunika mal-kmandant tal-operazzjoni, l-amministratur għandu jipproponi t-trasferimenti meħtieġa sabiex tiġi finanzjata din in-nefqa mhux mistennija. Jekk ma jkunx possibbli li jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti għal tali nefqa permezz ta’ trasferiment, l-amministratur għandu jipproponi baġit emendatorju.
KAPITOLU 9
DESTINAZZJONI FINALI TAT-TAGĦMIR U TAL-INFRASTRUTTURA FFINANZJATI B’MOD KOMUNI
Artikolu 33
1. Bil-ħsieb tat-terminazzjoni tal-operazzjoni li hu jkun ikkmanda, il-kmandant tal-operazzjoni għandu jaġixxi kif meħtieġ sabiex isib destinazzjoni finali għat-tagħmir u l-infrastruttura akkwistata b’mod komuni għal dik l-operazzjoni. Hu għandu jipproponi lill-Kumitat Speċjali r-rata rilevanti ta’ deprezzament kif meħtieġ.
2. L-amministratur għandu jamministra t-tagħmir u l-infrastruttura li jibqa’ wara t-tmiem fażi attiva tal-operazzjoni, bil-ħsieb, jekk ikun meħtieġ, li jsib id-destinazzjoni finali tagħha. Hu għandu jipproponi lill-Kumitat Speċjali r-rata rilevanti ta’ deprezzament kif meħtieġ.
3. Ir-rata ta’ deprezzament għat-tagħmir, infrastruttura u assi oħrajn għandha tkun approvata mill-Kumitat Speċjali mill-aktar fis possibli.
4. Id-destinazzjoni finali tat-tagħmir u l-infrastruttura finanzjati b’mod komuni għandha tkun approvata mill-Kumitat Speċjali, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtiġijiet tal-operazzjoni u l-kriterji finanzjarji. Id-destinazzjoni finali tista’ tkun kif ġej:
(a) |
fil-każ tal-infrastruttura, tinbiegħ jew tiġi trasferita permezz ta’ ATHENA lill-pajjiż ospitant, lil Stat Membru jew lil parti terza; |
(b) |
fil-każ ta’ tagħmir, jinbiegħ permezz ta’ ATHENA lil Stat Membru, lill-pajjiż ospitant jew lil parti terza, jew ikun maħżun u miżmum minn ATHENA, Stat Membru jew parti terza. |
5. It-tagħmir u l-infrastruttura għandhom jinbiegħu lil Stat kontribwenti, lill-pajjiż ospitant jew lil parti terza għall-valur fis-suq tagħhom, jew, fejn l-ebda valur fis-suq ma jkun jista’ jiġi determinat, b’kont meħud tar-rata rilevanti ta’ deprezzament.
6. Il-bejgħ jew trasferiment lill-pajjiż ospitant jew lil parti terza għandu jkun skont ir-regoli tas-sigurtà fis-seħħ, partikolarment fi ħdan il-Kunsill, l-Istati kontribwenti jew in-NATO, skont il-każ.
7. Meta jkun deċiż li ATHENA għandha żżomm it-tagħmir akkwistat għal operazzjoni, l-Istati Membri kontribwenti jistgħu jitolbu kumpens finanzjarju mill-Istati Membri l-oħra parteċipanti. Il-Kumitat Speċjali, magħmul mir-rappreżentanti tal-Istati Membri parteċipanti kollha, għandu jieħu d-deċiżjonijiet xierqa abbażi ta’ proposta mill-amministratur.
KAPITOLU 10
KONTABBILTÀ U INVENTARJU
Artikolu 34
Prinċipji
Meta l-implimentazzjoni tan-nefqa komuni tkun ġiet fdata lil Stat Membru, istituzzjoni Komunitarja jew, skont il-każ, organizzazzjoni internazzjonali, dak l-Istat, istituzzjoni jew organizzazzjoni għandhom japplikaw ir-regoli li huma applikabbli għall-kontabbiltà tan-nefqa u l-inventarju tagħhom stess.
Artikolu 35
Kontabbiltà għal spejjeż komuni operattivi
Il-kmandant tal-operazzjoni għandu jżomm il-kontijiet ta’ trasferimenti riċevuti minn ATHENA, tan-nefqa li hu jkun għamel u ħlasijiet li jkunu saru, kif ukoll tal-inventarju tal-proprjetà mobbli finanzjata mill-baġit ta’ ATHENA u użata għall-operazzjoni li hu jikkmanda.
Artikolu 36
Kontijiet konsolidati
1. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jżomm il-kontijiet ta’ kontribuzzjonijiet imsejħa u ta’ trasferimenti li jkunu saru. Hu għandu wkoll ifassal il-kontijiet għall-ispejjeż komuni li jkunu saru fit-tħejjija għal, jew bħala segwitu ta’, operazzjonijiet, u għan-nefqa operattiva implimentata taħt ir-responsabbiltà diretta tal-amministratur.
2. L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jfassal il-kontijiet konsolidati għad-dħul u n-nefqa ta’ ATHENA. Kull kmandant tal-operazzjoni għandu jibgħat il-kontijiet tiegħu għan-nefqa li hu jkun għamel u l-ħlasijiet li hu jkun għamel, kif ukoll għall-prefinanzjamenti li hu jkun approva sabiex ikopri l-ispejjeż komuni operattivi li hu jikkmanda.
KAPITOLU 11
VERIFIKA U PREŻENTAZZJONI TAL-KONTIJIET
Artikolu 37
Rapporti regolari lill-Kumitat Speċjali
Kull tliet xhur, l-amministratur għandu jippreżenta lill-Kumitat Speċjali rapport dwar l-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa matul it-tliet xhur preċedenti u mill-bidu tas-sena finanzjarja. Għal dan il-għan, kull kmandant tal-operazzjoni għandu jipprovdi lill-amministratur fi żmien suffiċjenti rapport dwar in-nefqa relatata mal-ispejjeż komuni operattivi tal-operazzjoni li hu jikkmanda.
Artikolu 38
Kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kontrolli
1. Qabel ma jwettqu l-kompitu tagħhom, il-persuni responsabbli għall-verifika tad-dħul u n-nefqa ta’ ATHENA għandhom ikunu rċevew permess għall-aċċess għal informazzjoni klassifikata sa mill-inqas il-livell “Secret UE” miżmuma mill-Kunsill, jew permess ekwivalenti minn Stat Membru jew in-NATO, skont il-każ. Dawk il-persuni għandhom jiżguraw li huma jirrispettaw il-konfidenzjalità tal-informazzjoni u jipproteġu d-data li tagħha jiksbu konoxxenza waqt il-kompitu tagħhom ta’ verifika, skont ir-regoli applikabbli għal dik l-informazzjoni u data.
2. Il-persuni responsabbli għall-verifika tad-dħul u n-nefqa ta’ ATHENA għandhom ikollhom aċċess mingħajr dewmien u mingħajr ma jagħtu avviż minn qabel għad-dokumenti u l-kontenut tal-ġustifikazzjonijiet kollha tad-data relatati ma’ dak id-dħul u n-nefqa, u għas-siti fejn jinżammu dawk id-dokumenti u l-ġustifikazzjonijiet. Huma jistgħu jagħmlu kopji. Il-persuni involuti fl-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa ta’ ATHENA għandhom jagħtu lill-amministratur u lill-persuni responsabbli għall-verifika ta’ dak id-dħul u n-nefqa l-assistenza meħtieġa fit-twettiq tal-kompitu tagħhom.
Artikolu 39
Verifika esterna tal-kontijiet
1. Meta l-implimentazzjoni tan-nefqa ta’ ATHENA tkun fdata lil Stat Membru, istituzzjoni Komunitarja jew organizzazzjoni internazzjonali, dak l-Istat, l-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni għandhom japplikaw ir-regoli li japplikaw għall-verifika tan-nefqa proprja tagħhom.
2. Madankollu, l-amministratur jew persuni maħtura minnu jistgħu, fi kwalunkwe żmien, iwettqu verifika tal-ispejjeż komuni ta’ ATHENA li jkunu saru fit-tħejjija għal, jew bħala segwitu ta’, operazzjonijiet, jew l-ispejjeż komuni operattivi ta’ operazzjoni. Barra minn dan, abbażi ta’ proposta mill-amministratur jew minn Stat Membru, il-Kumitat Speċjali jista’, fi kwalunkwe żmien, jaħtar awdituri esterni, u jistabbilixxi l-kompiti u l-kondizzjonijiet tal-impjieg tagħhom.
3. Bil-għan li jsiru verifiki esterni, għandu jkun stabbilit kulleġġ ta’ sitt membri ta’ awdituri. Kull sena, il-Kumitat Speċjali għandu jaħtar mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara żewġ membri għal perijodu ta’ tliet snin, li jista’ jiġġedded darba, minn kandidati proposti mill-Istati Membri. Il-Kumitat Speċjali jista’ jestendi mandat ta’ membru sa mhux aktar minn 6 xhur. Il-kandidati għandhom ikunu membri ta’ korp nazzjonali ta’ verifika fi Stat Membru u joffru garanziji adegwati ta’ sigurtà u indipendenza. Huma għandhom ikunu disponibbli sabiex iwettqu kompiti f’isem ATHENA kif meħtieġ. Waqt li jkunu qed iwettqu dawn il-kompiti:
(a) |
il-membri tal-kulleġġ għandhom jibqgħu jitħallsu mill-istituzzjoni ta’ oriġini tagħhom, filwaqt li ATHENA għandha tkun responsabbli għall-ispejjeż ta’ missjoni tagħhom skont ir-regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ta’ grad ekwivalenti. Il-kandidati għandhom ikunu membri tal-ogħla istituzzjoni nazzjonali ta’ verifika fi Stat Membru, jew irrakkomandati minn din l-istituzzjoni, u joffru garanziji adegwati ta’ sigurtà u indipendenza; |
(b) |
huma la għandhom jitolbu u lanqas jirċievu istruzzjonijiet ħlief mill-Kumitat Speċjali; fi ħdan il-mandat tagħhom verifika, il-Kulleġġ tal-Awdituri u l-membri tiegħu għandhom ikunu kompletament indipendenti u esklussivament responsabbli għat-tmexxija tal-verifika esterna; |
(c) |
huma għandhom jirrapportaw dwar il-kompitu tagħhom lill-Kumitat Speċjali biss; |
(d) |
huma għandhom jivverifikaw matul is-sena finanzjarja kif ukoll ex post, permezz ta’ kontrolli fuq il-post kif ukoll tad-dokumenti ta’ ġustifikazzjoni, li n-nefqa finanzjata jew pre-finanzjata permezz ta’ ATHENA tkun implimentata skont il-leġislazzjoni applikabbli u l-prinċipji ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba, jiġifieri skont il-prinċipji ta’ ekonomija, effikaċja u effiċjenza, u li l-kontrolli interni jkunu adegwati. |
Kull sena, il-Kulleġġ tal-Awdituri għandu jeleġgi sabiex ibiddel jew jestendi l-ħatra tal-president tiegħu minn fost il-membri tiegħu. Huwa għandu jadotta r-regoli applikabbli għall-verifiki mwettqa mill-membri tiegħu konformement mal-ogħla standards internazzjonali. Il-Kulleġġ tal-Awdituri għandu japprova r-rapporti tal-verifiki mfassla mill-membri tiegħu qabel ma dawn jingħataw lill-amministratur u lill-Kumitat Speċjali.
4. Il-Kumitat Speċjali jista’ jiddeċiedi fuq bażi ta’ każ b’każ u fuq motivazzjonijiet speċifiċi sabiex juża korpi esterni oħrajn.
5. L-ispiża tal-verifiki mwettqa minn awdituri li jaġixxu f’isem ATHENA għandha tkun ikkunsidrata bħala spiża komuni li għandha tiġi sostnuta minn ATHENA.
Artikolu 40
Verifika interna tal-kontijiet
1. Fuq proposta tal-amministratur u wara li jkun informa lill-Kumitat Speċjali, is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għandu jaħtar awditur intern għall-mekkaniżmu ATHENA, u mill-inqas deputat awditur intern wieħed għal perijodu ta’ tliet snin, li jista’ jiġġedded darba; l-awdituri interni għandhom ikollhom il-kwalifiki professjonali meħtieġa u għandhom joffru garanziji adegwati ta’ sigurtà u indipendenza.
2. L-awditur intern għandu jirrapporta lill-amministratur dwar kif jipproċedi bir-riskji, billi jagħti opinjonijiet independenti dwar il-kwalità tas-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll, u jipprovdi rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-kontroll intern fl- operazzjonijiet, u għall-promozzjoni ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba. Huwa inkarigat b’mod partikolari mill-valutazzjoni tal-adegwatezza u l-effiċjenza tas-sistemi ta’ ġestjoni interni u kif ukoll il-prestazzjoni tad-dipartimenti fit-twettiq ta’ linji politiċi u objettivi rigward ir-riskji assoċjati magħhom.
3. L-awditur intern iwettaq il-funzjonijiet tiegħu fuq id-dipartimenti kollha involuti fil-ġbir tad-dħul ta’ ATHENA jew fl-implimentazzjoni tal-infiq iffinanzjat minn ATHENA.
4. L-awditur intern għandu jagħmel verifika interna waħda jew aktar tul is-sena finanzjarja, kif meħtieġ. Huwa jirrapporta lill-amministratur u lill-kmandant tal-operazzjoni dwar il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Il-kmandant tal-operazzjoni u l-amministratur għandhom jiżguraw li tittieħed azzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-verifiki.
5. L-amministratur jagħti kont annwali lill-Kumitat Speċjali dwar il-ħidma dwar verifika interna fejn jindika l-għadd u t-tip ta’ verifiki interni li jkunu saru, is-sejbiet li rriżultaw, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula u l-azzjoni meħuda abbażi ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet.
6. Barra minn hekk, kull kmandant tal-operazzjoni għandu jiżgura aċċess sħiħ għall-operazzjoni li huwa jikkmanda lill-awditur intern. L-awditur intern għandu jivverifika t-tħaddim sew tas-sistemi u l-proċeduri finanzjarji u baġitarji, u jiżgura t-tħaddim ta’ sistemi ta’ verifika interna b’saħħithom u effiċjenti. L-awditur intern la jista’ jkun uffiċjal tal-awtorizzazzjoni u lanqas uffiċjal tal-kontabbiltà; huwa ma jistax jipparteċipa fit-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
7. Il-ħidma u r-rapporti tal-awditur intern għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-Kulleġġ tal-Awdituri flimkien mad-dokumenti ta’ ġustifikazzjoni kollha relatati magħhom.
Artikolu 41
Preżentazzjoni annwali tal-kontijiet
1. Kull kmandant tal-operazzjoni għandu jipprovdi lill-uffiċjal tal-kontabbiltà ta’ ATHENA sal-31 ta’ Marzu wara t-tmiem tas-sena finanzjarja jew fi żmien erba’ xhur wara t-tmiem tal-operazzjoni li hu jikkmanda, fid-data li fosthom tkun l-aktar bikrija, bl-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu stabbiliti l-kontijiet annwali għall-ispejjeż komuni, il-kontijiet annwali għall-infiq prefinanzjat u rimborżat konformement mal-Artikolu 28 u r-rapport annwali ta’ attività.
2. L-amministratur, bl-assistenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà u kull kmandant tal-operazzjoni, għandu jistabbilixxi u jipprovdi lill-Kumitat Speċjali u lill-Kulleġġ tal-Awdituri, sat-30 ta’ April wara t-tmiem tas-sena finanzjarja, il-kontijiet annwali provviżorji u r-rapport annwali ta’ attività.
3. Sal-31 ta’ Lulju wara t-tmiem tas-sena finanzjarja, il-Kumitat Speċjali għandu jkun provdut mill-Kulleġġ tal-Awdituri b’rapport ta’ verifika annwali u mill-amministratur, assistit mill-uffiċjal tal-kontabbiltà u minn kull kmandant tal-operazzjoni, bil-kontijiet annwali finali ta’ ATHENA. Sat-30 ta’ Settembru wara t-tmiem tas-sena finanzjarja l-Kumitat Speċjali għandu jeżamina l-kontijiet annwali fid-dawl tar-rapport ta’ verifika tal-Kulleġġ, bil-ħsieb li jagħti rilaxx lill-amministratur, lill-uffiċjal tal-kontabbiltà u lil kull kmandant tal-operazzjoni.
4. Il-kontijiet u l-inventarji kollha għandhom jinżammu, kull wieħed fil-livell tiegħu, mill-uffiċjal tal-kontabbiltà u minn kull kmandant tal-operazzjoni għal perijodu ta’ ħames snin mid-data li fiha jkun ingħata r-rilaxx korrispondenti.
5. Il-Kumitat Speċjali għandu jiddeċiedi li jdaħħal il-bilanċ tar-riżultat tal-baġit għal sena finanzjarja li għaliha l-kontijiet jkunu ġew approvati fil-baġit għas-sena finanzjarja ta’ wara, bħala dħul jew nefqa u dan skont iċ-ċirkostanzi, permezz ta’ baġit emendatorju.
6. Dik il-parti tal-bilanċ tar-riżultat tal-baġit għal sena finanzjarja li tiġi mill-implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet maħsuba sabiex ikopru l-ispejjeż komuni li jkunu saru fit-tħejjija għal, jew bħala segwitu ta’, operazzjonijiet, għandha tiddaħħal kontra l-kontribuzzjonijiet li jkun imiss mill-Istati Membri parteċipanti.
7. Dik il-parti tal-bilanċ tar-riżultat tal-baġit li tiġi mill-implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet maħsuba sabiex ikopru l-ispejjeż komuni operattivi ta’ operazzjoni partikolari għandha tiddaħħal kontra l-kontribuzzjonijiet li jkun imiss mill-Istati Membri li jkunu kkontribwixxew għal dik l-operazzjoni.
8. Jekk ir-rimborż ma jkunx jista’ jsir bit-tnaqqis mill-kontribuzzjonijiet dovuti lil ATHENA, il-bilanċ tar-riżultat tal-baġit għandu jitħallas lura lill-Istati Membri kkonċernati.
9. Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena kull Stat Membru li jipparteċipa f’operazzjoni għandu jipprovdi informazzjoni fuq bażi volontarja lill-amministratur fejn ikun il-każ permezz Kmandant tal-Operazzjoni, dwar l-ispejjeż inkrementali li jkun għamel għall-operazzjoni matul is-sena finanzjarja preċedenti. Din l-informazzjoni għandha titqassam sabiex turi l-elementi prinċipali tan-nefqa. L-amministratur għandu jiġbor din l-informazzjoni sabiex jipprovdi lill-Kumitat Speċjali b’idea ġenerali tal-ispejjeż inkrementali tal-operazzjoni.
Artikolu 42
Preżentazzjoni tal-kontijiet ta’ operazzjoni
1. Meta tkun ġiet kompluta operazzjoni, il-Kumitat Speċjali jista’ jiddeċiedi, abbażi ta’ proposta mill-amministratur jew minn Stat Membru, li l-amministratur, bl-assistenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà u kmandant tal-operazzjoni, għandu jippreżenta lill-Kumitat Speċjali l-kontijiet tal-amministrazzjoni u l-karta bilanċ għal dik l-operazzjoni, mill-inqas sad-data li fiha kienet kompluta, u, jekk possibli, sad-data li fiha tkun ġiet terminata. L-iskadenza imposta fuq l-amministratur ma tistax tkun inqas minn erba’ xhur mid-data li fiha tkun ġiet kompluta l-operazzjoni.
2. Jekk fiż-żmien l-iskadenza mogħtija, il-kontijiet tal-amministrazzjoni u l-karta bilanċ ma jistgħux jinkludu d-dħul u n-nefqa konnessi mat-terminazzjoni ta’ dik l-operazzjoni, allura dak id-dħul u dik in-nefqa għandhom jidhru fil-kont annwali tal-amministrazzjoni u fil-karta bilanċ għal ATHENA u għandhom jiġu eżaminati mill-Kumitat Speċjali b’konnessjoni mal-preżentazzjoni annwali tal-kontijiet.
3. Il-Kumitat Speċjali għandu japprova l-kont tal-amministrazzjoni u l-karta tal-bilanċ għal dik l-operazzjoni li jkunu ġew preżentati lilu. Huwa għandu jagħti rilaxx lill-amministratur, lill-uffiċjal tal-kontabbiltà u lil kull kmandant tal-operazzjoni għall-operazzjoni in kwistjoni.
4. Jekk ir-rimborż ma jkunx jista’ jsir bit-tnaqqis mill-kontribuzzjonijiet dovuti lil ATHENA, il-bilanċ tar-riżultat tal-baġit għandu jitħallas lura lill-Istati Membri kkonċernati.
KAPITOLU 12
RESPONSABBILTÀ LEGALI
Artikolu 43
1. Il-kondizzjonijiet li jirregolaw ir-responsabbiltà dixxiplinari jew kriminali tal-kmandant tal-operazzjoni, tal-amministratur u ta’ persunal ieħor provdut partikolarment mill-istituzzjonijiet Komunitarji jew minn Stati Membri fil-każ ta’ kondotta skorretta jew ta’ negliġenza fl-implimentazzjoni tal-baġit għandhom ikunu regolati mir-Regolamenti tal-Persunal jew mill-arranġamenti applikabbli għalihom. Addizzjonalment, ATHENA tista’ fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta’ Stat kontribwent iġġib azzjoni ċivili kontra l-persunal imsemmi hawn fuq.
2. Fl-ebda każ ma jistgħu l-Komunitajiet Ewropej jew is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill jinżammu responsabbli minn Stat kontribwenti bħala riżultat tal-prestazzjoni tad-dmirijiet tagħhom mill-amministratur, mill-uffiċjal tal-kontabbiltà jew mill-persunal assenjat lilhom.
3. Ir-responsabbiltà kuntrattwali li tista’ tirriżulta minn kuntratti konklużi fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-baġit għandha tkun koperta permezz ta’ ATHENA mill-Istati kontribwenti. Din għandha tkun regolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratti in kwistjoni.
4. Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, kull dannu kkawżat mill-kwartieri ġenerali tal-operazzjoni, il-kwartieri ġenerali tal-forzi u l-kwartieri ġenerali tal-komponenti tal-istruttura tal-kriżi, li l-kompożizzjoni tagħhom għandha tiġi approvata mill-kmandant tal-operazzjoni, jew mill-persunal tagħhom fil-qadi ta’ dmirijiethom għandu jkun kopert permezz ta’ ATHENA mill-Istati kontribwenti, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri u r-Regolamenti tal-Persunal tal-forzi, applikabbli fil-post tal-operazzjonijiet.
5. Fl-ebda każ ma jistgħu l-Komunitajiet Ewropej jew l-Istati Membri jinżammu responsabbli minn Stat kontribwenti għal kuntratti konklużi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-baġit jew għal dannu kkawżat mill-unitajiet u d-dipartimenti tal-istruttura tal-kriżi, li l-kompożizzjoni tagħhom għandha tiġi approvata mill-kmandant tal-operazzjoni, jew mill-persunal tagħhom fil-qadi ta’ dmirijiethom.
Artikolu 44
Eżami mill-ġdid u reviżjoni
Din id-Deċiżjoni sħiħa jew parti minnha, inklużi l-Annessi tagħha, għandha tiġi riveduta, jekk meħtieġ, fuq talba ta’ Stat Membru jew wara kull operazzjoni. Hija għandha tiġi riveduta mill-anqas darba kull tliet snin. Waqt l-eżami mill-ġdid jew ir-reviżjoni, jistgħu jintużaw l-esperti kollha utli għall-ħidma, u partikolarment il-korpi ta’ ġestjoni ta’ ATHENA.
Artikolu 45
Dispożizzjonijiet finali
Id-Deċiżjoni 2007/384/PESK hija b’dan imħassra.
Artikolu 46
Effett
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mill-jum tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 47
Pubblikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
(1) ĠU L 63, 28.2.2004, p. 68.
(2) ĠU L 152, 13.6.2007, p.14.
(3) ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42.
(4) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
ANNESS I
SPEJJEŻ KOMUNI SOSTNUTI MINN ATHENA KULL META JSIRU
F'każijiet meta l-ispejjeż komuni li ġejjin ma jkunux jistgħu jiġu marbuta direttament ma' operazzjoni speċifika, il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li jalloka l-approprjazzjonijiet korrispondenti mal-parti ġenerali tal-baġit annwali. Sa fejn ikun possibli, dawn l-approprjazzjonijiet għandhom jiddaħħlu fl-artikoli li juru l-operazzjoni li magħha jkunu l-aktar relatati.
1. |
In-nefqa tal-missjoni li ssir mill-kmandant tal-operazzjoni u l-persunal tiegħu għall-preżentazzjoni tal-kontijiet ta' operazzjoni lill-Kumitat Speċjali. |
2. |
L-indennizzi għal danni u spejjeż li jirriżultaw minn pretensjonijiet u azzjonijiet li jkollhom jitħallsu permezz ta' ATHENA. |
3. |
L-ispejjeż skont kwalunkwe deċiżjoni sabiex jinħażen materjal li jkun inkiseb b'mod komuni għal operazzjoni (fejn dawn l-ispejjeż ikunu attribwiti għall-parti ġenerali tal-baġit annwali, għandha tkun indikata rabta ma' operazzjoni speċifika). |
Barra minn dan il-parti ġenerali tal-baġit annwali għandha tinkludi approprjazzjonijiet, fejn meħtieġ, sabiex ikopru l-ispejjeż komuni li ġejjin, f'operazzjonijiet li għall-finanzjament tagħhom jikkontribwixxu l-Istati Membri parteċipanti:
1. |
Spejjeż bankarji; |
2. |
Spejjeż ta' verifika; |
3. |
Spejjeż komuni relattivi għall-fażi preparatorja ta' operazzjoni kif definit fl-Anness II. |
ANNESS II
SPEJJEŻ KOMUNI OPERATTIVI RELATTIVI GĦALL-FAŻI PREPARATORJA U SOSTNUTI MINN ATHENA
L-ispejjeż inkrimentali meħtieġa għal missjonijiet esploratorji u għal preparazzjonijiet (b'mod partikolari missjonijiet ta' stħarriġ u tkixxif) li jsiru minn forzi militari bil-ħsieb ta' operazzjoni militari speċifika tal-Unjoni: trasport, akkomodazzjoni, użu ta' mezzi ta' komunikazzjoni operattiva, reklutaġġ ta' persunal ċivili lokali għat-twettiq tal-missjoni bħal interpreti u xufiera.
Servizzi mediċi: l-ispiża ta' evakwazzjonijiet mediċi ta' emerġenza (Medevac) ta' persuni li jkunu qed jieħdu sehem f'missjonijiet esploratorji u preparazzjonijiet minn forzi militari bil-ħsieb ta' operazzjoni militari speċifika tal-Unjoni, meta ma jkunx jista' jiġi pprovdut trattament mediku fil-post tal-operazzjoni.
ANNESS III
III-A
SPEJJEŻ OPERATTIVI KOMUNI RELATTIVI GĦALL-FAŻI ATTIVA TA' OPERAZZJONIJIET LI DEJJEM JINĠARRU MINN ATHENA
Għal kwalunkwe operazzjoni militari tal-Unjoni, ATHENA ser terfa' bħala spejjeż komuni operattivi l-ispejjeż inkrementali meħtieġa għall-operazzjoni definita hawn taħt.
1. L-ispejjeż inkrementali għall-kwartieri ġenerali (li jistgħu jiġu skjerati jew li huma fissi) għal operazzjonijiet immexxija mill-Unjoni Ewropea.
1.1. Definizzjoni tal-Kwartieri Ġenerali (HQ) li l-ispejjeż inkrementali tagħhom jitħallsu b'mod komuni:
(a) |
: |
Kwartieri ġenerali (HQ) |
: |
kwartieri ġenerali (HQ), persunal ta' kmand u ta' servizz kif approvati fil-Pjan ta' operazzjoni (OPLAN) |
(b) |
: |
Kwartieri ġenerali tal-operazzjoni (OHQ) |
: |
kwartieri ġenerali statiċi, barra miż-żona, tal-kmandant tal-operazzjoni, li huwa responsabbli għall-kostruzzjoni, it-tnedija, l-appoġġ u l-irkupru ta' forza tal-Unjoni Ewropea. Id-definizzjoni tal-ispejjeż komuni applikabbli għal OHQ għal operazzjoni għandha tkun appikabbli wkoll għas-Segretarjat Ġenerali Kunsill u għal ATHENA sa fejn dawn jaġixxu direttament għal dik l-operazzjoni. |
(c) |
: |
Kwartieri ġenerali tal-forza (FHQ) |
: |
il-kwartieri ġenerali ta' forza tal-Unjoni Ewropea skjerata għaż-żona tal-operazzjonijiet. |
(d) |
: |
Kwartieri ġenerali tal-komponenti (CCHQ) |
: |
kwartieri ġenerali ta' kmandant ta' komponent tal-Unjoni Ewropea skjerat għall-operazzjoni (jiġifieri l-kmandanti tal-ajru, tal-art, dawk marittimi u dawk b'funzjonijiet speċifiċi oħrajn li jistgħu jitqiesu meħtieġa li jinħatru skont in-natura tal-operazzjoni. |
1.2. Definizzjoni ta' l-ispejjeż inkrimentali li tħallsu b'mod komuni:
(a) |
: |
Spejjeż tat-trasport |
: |
trasport lejn u mill-post tal-operazzjonijiet għall-iskjerament, is-sosteniment u l-irkupru tal-FHQ u s-CCHQ; spejjeż tat-trasport li jsiru mill-OHQ meħtieġa għal operazzjoni. |
(b) |
: |
Amministrazzjoni |
: |
tagħmir supplimentari għal uffiċċju u akkomodazzjoni, servizzi u l-utilitajiet kuntrattwali, spejjeż għall-manutenzjoni tal-bini tal-kwartieri ġenerali. |
(c) |
: |
Persunal ċivili reklutat speċifikament fil-kwartieri ġenerali eliġibbli għall-ħtiġijiet tal-operazzjoni |
: |
persunal ċivili li jaħdem fl-Unjoni Ewropea, persunal internazzjonali u persunal lokali reklutat lokalment meħtieġa għat-tmexxija tal-operazzjoni lil hinn mir-rekwiżiti operattivi normali (inkluż kwalunkwe ħlas għall-kumpens tas-sahra). |
(d) |
: |
Komunikazzjoni bejn il-kwartieri ġenerali eliġibbli u bejn il-kwartieri ġenerali eliġibbli u l-forzi direttament subordinati |
: |
nefqa kapitali għax-xiri u l-użu ta' tagħmir tat-TI u ta' komunikazzjoni supplimentari u l-ispejjeż għal servizzi mogħtija (kera u manutenzjoni ta' modems, linji tat-telefoun, satphones, cryptofax, linji siguri, fornituri tal-internet, linji għat-trasmissjoni ta' data, netwerks lokali); |
(e) |
: |
Trasport/vjaġġar (esklużi l-ispejjeż “per diem”) fiż-żona tal-operazzjonijiet tal-kwartieri ġenerali |
: |
nefqa relatata mat-trasport ta' vetturi u vjaġġar ieħor b'mezzi oħrajn u l-ispejjeż tal-ġarr, inkluż vjaġġar minn rinforzi nazzjonali u viżitaturi; spejjeż inkrementali ta' karburant meta mqabbla mal-ispejjeż li kieku kienu jiswew operazzjonijiet normali; kera ta' vetturi addizzjonali; spejjeż ta' vjaġġi uffiċjali bejn il-lokalità operattiva u Brussell u/jew il-postijiet fejn jiġu organizzati laqgħat mill-Unjoni Ewropea; spejjeż tal-assigurazzjoni ta' partijiet terzi imposti minn xi pajjiżi fuq organizzazzjonijiet internazzjonali li jmexxu operazzjonijiet fit-territorju tagħhom. |
(f) |
: |
Kwartieri u alloġġ/infrastruttura |
: |
nefqa għall-akkwist, il-kiri jew ir-ridekorazzjoni tal-faċilitajiet ta' HQ meħtieġa fil-post tal-operazzjoni (kiri ta' bini, shelters, tined), jekk meħtieġ. |
(g) |
: |
Informazzjoni pubblika |
: |
spejjeż relatati ma' kampanji ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni mal-mezzi tax-xandir fl-OHQ u l-FHQ, konformement mal-istrateġija tal-informazzjoni żviluppata mill-HQ operattivi. |
(h) |
: |
Rappreżentazzjoni u akkoljenza |
: |
spejjeż għar-rappreżentazzjoni; spejjeż fil-livell ta' HQ meħtieġa għat-tmexxija ta' operazzjoni. |
2. Spejjeż inkrementali li jsiru sabiex jiġi provdut appoġġ għall-forza fl-intier tagħha:
L-ispejjeż definiti hawn taħt huma dawk li jsiru bħala konsegwenza tal-iskjerament tal-forza fil-lokalità tagħha:
(a) |
: |
Xogħlijiet meħtieġa għall-iskjerament/ infrastruttura |
: |
nefqa assolutament meħtieġa sabiex il-forza fl-intier tagħha twettaq il-missjoni tagħha (ajruport, linji tal-ferrovija, portijiet, toroq loġistiċi ewlenin, inklużi punti tal-iżbark u żoni avvanzati tal-assemblea li jkunu użati b'mod komuni; ippumpjar, trattament, distribuzzjoni u evakwazzjoni tal-ilma, forniment ta' elettriku u ilma, xogħlijiet tal-art u protezzjoni statika tal-forzi, faċilitajiet tal-ħżin, b'mod partikolari ta' karburant u munizzjon, żoni loġistiċi ta' assemblea; appoġġ tekniku għall-infrastruttura ffinanzjata b'mod konġunt). |
(b) |
: |
Marki ta' identifikazzjoni |
: |
marki speċifiċi ta' identifikazzjoni, karti tal-identità “Unjoni Ewropea”, badges, medalji, bnadar bil-kuluri tal-Unjoni Ewropea jew marki ta' identità oħrajn tal-forza jew identifikazzjoni tal-HQ (esklużi ħwejjeġ, kpiepel jew uniformijiet). |
(c) |
: |
Servizzi mediċi |
: |
evakwazzjonijiet mediċi ta' emerġenza (Medevac). Installazzjoni ta' rwoli 2 u ta' rwoli 3 fil-livell tal-elementi operattivi fil-post bħall-ajruporti u l-punti tal-iżbark, hekk kif approvati fil-Pjan ta' operazzjoni (OPLAN). |
(d) |
: |
Ksib ta' informazzjoni |
: |
Ritratti bis-satellita għall-intelligence hekk kif approvati fil-Pjan ta' operazzjoni (OPLAN), jekk il-finanzjament tagħhom ma jistax jiġi żgurat mill-fondi disponibbli fil-baġit taċ-Ċentru tas-Satellita tal-Unjoni Ewropea (SATCEN). |
3. Spejjeż inkrementali li jsiru mir-rikors tal-UE għall-assi u l-kapaċitajiet komuni tan-NATO magħmula disponibbli għal operazzjoni mmexxija mill-UE.
L-ispiża għall-Unjoni Ewropea tal-applikazzjoni għal waħda mill-operazzjonijiet militari tagħha tal-arranġamenti bejn l-UE u n-NATO relatata mar-rilaxx, monitoraġġ u ritorn jew sejħa mill-ġdid tal-assi u l-kapaċitajiet komuni tan-NATO magħmula disponibbli għal operazzjoni mmexxija mill-UE. Rimborżi min-NATO lill-UE.
4. L-ispejjeż inkrementali li jsiru mill-Unjoni Ewropea għal merkanzija, servizzi jew xogħlijiet inklużi fil-lista ta' spejjeż komuni u magħmula disponibbli f'operazzjoni mmexxija mill-Unjoni Ewropea, minn Stat Membru, istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali skont arranġament imsemmi fl-Artikolu 11. Rimborżi minn stat, istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea jew organizzazzjoni internazzjonali bbażati fuq tali arranġament.
III-B
SPEJJEŻ KOMUNI TAL-PJAN OPERAZZJONALI RELATTIVI GĦALL-FAŻI ATTIVA TA' ĦIDMA SPEĊIFIKA, RESPONSABBLI MINN ATHENA META L-KUNSILL HEKK JIDDEĊIEDI
Spejjeż tat-trasport |
: |
trasport lejn u mill-post tal-operazzjonijiet sabiex jiġu skjerati, mantenuti u rkuprati l-forzi meħtiġa għall-operazzjoni. |
Kwartieri ġenerali multinazzjonali tat-Task-force |
: |
kwartieri ġenerali multinazzjonali tat-task-forces tal-UE skjerati fiż-żona tal-operazzjoni. |
III-C
SPEJJEŻ OPERATTIVI KOMUNI ASSUNTI MINN ATHENA, META MITLUBA MILL-KMANDANT TAL-OPERAZZJONI U APPROVATI MILL-KUMITAT SPEĊJALI
(a) |
: |
Kwartieri u alloġġ/infrastruttura |
: |
nefqa għall-akkwist, kiri jew ridekorazzjoni ta' bini fil-post tal-operazzjoni (bini, shelters, tined), kif meħtieġ għall-forzi skjerati għall-operazzjoni. |
(b) |
: |
Tagħmir addizzjonali essenzjali |
: |
kiri jew xiri matul operazzjoni ta' tagħmir speċifiku mhux previst li jkun essenzjali għat-twettiq tal-operazzjoni, sa fejn it-tagħmir mixtri ma jkunx ripatrijat fi tmiem il-missjoni. |
(c) |
: |
servizzi mediċi |
: |
Installazzjoni ta' rwoli 2 fil-post, li mhumiex dawk imsemmija fl-Anness III-A. |
(d) |
: |
Ksib ta' informazzjoni |
: |
ksib ta' informazzjoni (ritratti bis-satellita; intelligence, tkixxif u sorveljanza fuq il-post tal-operazzjoni (ISR), inkluż Sorveljanza Ajru-Art (AGSR); intelligence umana). |
(e) |
: |
Kapaċitajiet essenzjali oħrajn fil-livell tal-post tal-operazzjoni |
: |
tneħħija ta' mini sa fejn din tkun meħtieġa għall-operazzjoni tal-protezzjoni kimika, bijoloġika, radjoloġika u nukleari (CBRN); ħżin u qerda ta' armi u munizzjon miġbura fiż-żona ta' operazzjoni. |
ANNESS IV
SPEJJEŻ KOMUNI OPERATTIVI RELATTIVI GĦAT-TERMINAZZJONI TA' OPERAZZJONI, LI JINĠARRU MINN ATHENA
Spejjeż li jkunu saru sabiex tinstab id-destinazzjoni finali għat-tagħmir u l-infrastruttura ffinanzjati b'mod komuni għall-operazzjoni.
Spejjeż inkrementali għat-tfassil tal-kontijiet għall-operazzjoni. L-ispejjeż komuni eliġibbli għandhom ikunu determinati konformement mal-Anness III, b'kont meħud tal-fatt li l-persunal li jkun meħtieġ sabiex jitfasslu l-kontijiet jappartjeni għall-kwartieri ġenerali għal dik l-operazzjoni, ukoll wara li dan tal-aħħar ikun temm l-attivitajiet tiegħu.
Corrigendum
23.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 345/115 |
Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/936/KE ta’ l-20 ta’ Mejju 2008 li tikkonċerna l-għajnuna mogħtija minn Franza lill-Fond għall-prevenzjoni tar-riskji tas-sajd u lill-impriżi tas-sajd (Għajnuna mill-Istat C 9/06) (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5636)
( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 334, 12 ta' Diċembru 2008 )
Fit-titolu tad-Deċiżjoni, fil-qoxra u f'paġna 62:
minflok:
“2008/936/KE”;
aqra:
“2008/964/KE”.
23.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 345/115 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1337/2007 tal-15 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 992/95 fir-rigward tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw fin-Norveġja
( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 298, 16 ta' Novembru 2007 )
F'paġna 9, fl-Anness, punt (c), ir-raba' kolonna tat-tabella:
minflok:
“16.6.2008-14.2.2009: 30 500”
aqra:
“16.6-14.2: 30 500”.
23.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 345/116 |
Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE tas-26 ta' Lulju 1995 li tistabbilixxi kriterji speċifiċi ta' purezza dwar kuluri li jintużaw fl-ikel
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 226 tat-22 ta' Settembru 1995 )
Fl-Anness għad-Direttiva, punt B “Kriterji Speċifiċi ta' Purezza”
— |
E 101 (i) RIBOFLAVIN – Identifikazzjoni, A. Spettrometrija:
|
— |
E 101 (ii) RIBOFLAVIN-5′-FOSFAT – Identifikazzjoni, A. Spettrometrija:
|
— |
E 160e BETA-APO-8’-KAROTENAL (C30) – Purità:
|