8.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 213/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Lulju 2008
li taħtar membru Ġermaniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2008/648/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/524/KE (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Gvern Ġermaniż,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,
Billi post ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew msemmi hawn fuq sar vakanti wara r-riżenja tas-Sur Ludolf VON WARTENBERG,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Bernd DITTMANN, Direttur Eżekuttiv tal-Federazzjoni ta’ l-Industriji Ġermaniżi BDI, huwa maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu li fadal tal-mandat tiegħu, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
(1) ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30.