02020R2002 — MT — 17.07.2023 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2002 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni ta’ mard elenkat, tal-formati u l-proċeduri għas-sottomissjoni u għar-rapportar tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u tal-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard, u tas-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata (ĠU L 412 8.12.2020, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1183 tat-8 ta’ Lulju 2022 |
L 184 |
6 |
11.7.2022 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1451 tat-13 ta’ Lulju 2023 |
L 179 |
48 |
14.7.2023 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2002
tas-7 ta’ Diċembru 2020
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni ta’ mard elenkat, tal-formati u l-proċeduri għas-sottomissjoni u għar-rapportar tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u tal-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard, u tas-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jikkonċernaw:
mard tal-kategorija E rilevanti għan-notifika tal-Unjoni tat-tifqigħat u l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-Istati Membri għan-notifika u r-rapportar tal-Unjoni fir-rigward tad-detezzjoni ta’ mard tal-kategorija E;
l-iskadenzi u l-frekwenzi tan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni dwar il-mard;
il-format u l-proċedura għar-rapportar lill-Kummissjoni tar-riżultati tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u l-informazzjoni, il-format u l-proċedura għar-rapportar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-riżultati tal-programmi ta’ eradikazzjoni;
il-format u l-istruttura tad-data msemmija fil-punti 1 u 3 li trid tiddaħħal fis-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata għan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni dwar il-mard;
l-elenkar ta’ reġjuni ta’ notifika u rapportar;
il-format u l-proċedura għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni dwar programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra;
l-informazzjoni, il-format u r-rekwiżiti proċedurali fir-rigward tas-sottomissjoni ta’ abbozzi ta’ programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji u abbozzi ta’ programmi ta’ eradikazzjoni fakultattivi lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni u fir-rigward tal-indikaturi tal-prestazzjoni meħtieġa biex tiġi evalwata l-effettività tal-applikazzjoni ta’ dawn il-programmi, kif ukoll il-formati u l-proċeduri għal applikazzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard fit-territorju kollu tal-Istati Membri, jew żoni u kompartimenti tagħhom u għal skambji ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar Stati Membri, jew żoni u kompartimenti tagħhom ħielsa mill-mard;
il-proċeduri għall-istabbiliment u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Mard tal-Annimali (ADIS).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“marda tal-kategorija B” tfisser marda elenkata li trid tiġi kkontrollata fl-Istati Membri kollha bil-għan li tinqered fl-Unjoni kollha, kif imsemmi fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/429;
“marda tal-kategorija C” tfisser marda elenkata li hija ta’ rilevanza għal xi Stati Membri u li għaliha huma meħtieġa miżuri biex ma titħalliex tinfirex lejn partijiet tal-Unjoni li huma uffiċjalment ħielsa mill-mard jew li għandhom programmi ta’ eradikazzjoni għall-marda elenkata kkonċernata, kif imsemmi fl-Artikolu 9(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/429;
“marda tal-kategorija E” tfisser marda elenkata li għaliha hemm bżonn ta’ sorveljanza fl-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 9(1)(e) tar-Regolament (UE) 2016/429;
“tifqigħa primarja” tfisser tifqigħa mhux relatata b’mod epidemjoloġiku ma’ tifqigħa preċedenti fl-istess reġjun ta’ notifika u rapportar ta’ Stat Membru jew l-ewwel tifqigħa f’reġjun ta’ notifika u rapportar differenti tal-istess Stat Membru;
“tifqigħa sekondarja” tfisser tifqigħa li mhix waħda primarja;
“Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Mard tal-Annimali (ADIS)” tfisser is-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata għan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni dwar il-mard imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2016/429 li trid tiġi stabbilita u ġestita mill-Kummissjoni;
“kamp ta’ applikazzjoni territorjali” tfisser it-territorju kopert mill-programm ta’ eradikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fir-rigward tal-annimali terrestri u f’konformità mal-Artikolu 47 ta’ dak ir-Regolament Delegat fir-rigward tal-annimali akkwatiċi;
“durata tal-programm ta’ eradikazzjoni” tfisser il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-programm ta’ eradikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fir-rigward tal-annimali terrestri u f’konformità mal-Artikolu 49 ta’ dak ir-Regolament Delegat fir-rigward tal-annimali akkwatiċi.
Artikolu 3
Notifika tal-Unjoni
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fi żmien 24 siegħa mill-konferma ta’ kwalunkwe tifqigħa primarja fit-territorju tagħhom ta’ marda elenkata msemmija:
fil-punti 1 u 2 tal-Anness I;
fil-punt 3 tal-Anness I, jekk it-tifqigħa primarja tkun instabet fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti fi Stat Membru jew żona ħielsa mill-mard;
fil-punti 4 u 5 tal-Anness I, jekk it-tifqigħa primarja tkun instabet fi Stat Membru, żona jew, fejn rilevanti, kompartiment ħieles mill-mard.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-ewwel jum ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa li tkopri l-ġimgħa ta’ qabel, minn 0.00 it-Tnejn sa 24.00 il-Ħadd, tifqigħat sekondarji fit-territorju tagħhom ta’ marda elenkata msemmija:
fil-punti 1 u 2 tal-Anness I;
fil-punt 3 tal-Anness I, jekk tifqigħat sekondarji bħal dawn instabu fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti fi Stat Membru jew żona ħielsa mill-mard;
fil-punti 4 u 5 tal-Anness I, jekk tifqigħat sekondarji bħal dawn instabu fi Stat Membru, żona jew, fejn rilevanti, kompartiment ħieles mill-mard.
Jekk il-Kummissjoni ma tirċievi l-ebda informazzjoni, dan jitqies li jfisser li l-ebda tifqigħa sekondarja ma ġiet ikkonfermata matul il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 4
Rapportar tal-Unjoni dwar id-detezzjoni tal-mard elenkat
Artikolu 5
Reġjuni ta’ notifika u rapportar
Ir-reġjuni ta’ notifika u rapportar stabbiliti mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/429 huma elenkati fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Rapportar tal-Unjoni dwar ir-riżultati tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni
Artikolu 7
Rapportar tal-Unjoni dwar ir-riżultati annwali tal-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni approvati
Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1, għal kull sena, li tkopri s-sena kalendarja preċedenti, għandu jkun fihom l-informazzjoni speċifikata:
fit-Taqsima 1 tal-Anness V għall-programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-kategoriji B u C tal-annimali terrestri bbażati fuq l-għoti ta’ status ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti;
fit-Taqsima 2 tal-Anness V għall-programmi ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bil-virus tar-rabja (RABV);
fit-Taqsima 3 tal-Anness V għall-programmi ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) (l-infezzjoni bil-BTV);
fit-Taqsima 4 tal-Anness V għall-programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-kategoriji B u C tal-annimali akkwatiċi.
Artikolu 8
Rapportar tal-Unjoni dwar ir-riżultati finali tal-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni approvati
▼M2 —————
Ir-rapport finali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih l-informazzjoni speċifikata fil-punti (e) sa (n) tal-Artikolu 11(1) u fl-Artikolu 11(2), kif rilevanti, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni pprovduta preċedentement fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 7(1), meta l-Istati Membri jitolbu:
ir-rikonoxximent ta’ status ta’ ħelsien mill-mard; jew
l-estensjoni tal-perjodu tal-applikazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni f’konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 jew it-tieni sentenza tal-Artikolu 49(2) ta’ dak ir-Regolament Delegat.
Artikolu 9
Sottomissjoni u modifiki sostanzjali tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni
Il-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:
jinkludu tal-inqas l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689;
jiġu sottomessi b’mod elettroniku, permezz tal-mudelli elettroniċi standard ipprovduti għal dan l-iskop.
Artikolu 10
Sottomissjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni
►M2 Lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jissottomettulha għall approvazzjoni: ◄
il-programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji tagħhom sal-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ qabel is-sena tal-bidu tal-applikazzjoni tagħhom;
il-programmi ta’ eradikazzjoni fakultattivi tagħhom, fi kwalunkwe ħin.
Il-programmi ta’ eradikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti stabbilita:
fit-Taqsima 1 tal-Anness VII għal programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategorija B u C ta’ annimali terrestri bbażati fuq l-għoti ta’ status ta’ ħelsien mill-mard fil-livell ta’ stabbiliment;
fit-Taqsima 2 tal-Anness VII għal programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bl-RABV;
fit-Taqsima 3 tal-Anness VII għal programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-BTV;
fit-Taqsima 4 tal-Anness VII għal programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategorija B u C ta’ annimali akkwatiċi.
Artikolu 11
Applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stati Membri u żoni fir-rigward ta’ mard ta’ annimali terrestri u akkwatiċi u tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartimenti fir-rigward ta’ mard ta’ annimali akkwatiċi
►M2 Meta japplikaw lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard f’konformità mat-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, fl-applikazzjonijiet tagħhom, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni li tkun ingħatat fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti speċifikata fi: ◄
fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq l-assenza ta’ speċijiet elenkati;
fit-Taqsimiet 1 u 3 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq l-inkapaċità ta’ sopravivenza tal-aġent tal-marda;
fit-Taqsimiet 1 u 4 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq l-inkapaċità ta’ sopravivenza ta’ vetturi elenkati għal mard elenkat ta’ annimali terrestri;
fit-Taqsimiet 1 u 5 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq data storika u ta’ sorveljanza;
fit-Taqsima 1 u fil-punt 1 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-Brucella abortus, B. melitensis u B. suis fir-rigward ta’ annimali bovini miżmuma;
fit-Taqsima 1 u fil-punt 2 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-Brucella abortus, B. melitensis u B. suis fir-rigward ta’ annimali ovini u kaprini miżmuma;
fit-Taqsima 1 u fil-punt 3 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bl-MTBC;
fit-Taqsima 1 u fil-punt 4 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal-lewkożi enzootika bovina (EBL);
fit-Taqsima 1 u fil-punt 5 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva (IBR/IPV);
fit-Taqsima 1 u l-punt 6 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky (ADV);
fit-Taqsima 1 u fil-punt 7 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għad-dijarea virali bovina (BVD);
fit-Taqsima 1 u fil-punt 8 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bl-RABV;
fit-Taqsima 1 u fil-punt 9 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-BTV;
fit-Taqsima 1 u, fejn rilevanti, fil-punt 10 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal mard ta’ annimali akkwatiċi.
L-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartimenti għandu jkun fihom, flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-punt (n) tal-paragrafu 1, l-informazzjoni li ġejja:
fil-każ ta’ kompartimenti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 73(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, id-dokumentazzjoni li tissostanzja l-konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 79(3), (4) u (5) ta’ dak ir-Regolament Delegat;
fil-każ ta’ kompartimenti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 73(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, il-valutazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 73(3) ta’ dak ir-Regolament Delegat u d-dettalji ta’ kwalunkwe miżura, li ddaħħlu fis-seħħ biex jipprevjenu l-introduzzjoni tal-marda kkonċernata fil-kompartiment kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 73(3) ta’ dak ir-Regolament Delegat.
Artikolu 12
Skambju ta’ informazzjoni dwar Stati Membri, jew iż-żoni u l-kompartimenti tagħhom ħielsa mill-mard
Artikolu 13
Proċeduri għall-istabbiliment u għall-użu tal-ADIS
L-Istati Membri għandhom jużaw l-ADIS jew kwalunkwe parti minnha għad-dħul u t-trasferiment ta’ data f’konformità ma’ dan ir-Regolament mid-data kkomunikata lilhom mill-Kummissjoni.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu jibda japplika mill-21 ta’ April 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
MARD ELENKAT SOĠĠETT GĦAL NOTIFIKA TAL-UNJONI
1. Mard elenkat tal-annimali terrestri soġġett għal notifika tal-Unjoni f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 3(1) u mal-punt (a) tal-Artikolu 3(2)
2. Mard elenkat tal-annimali akkwatiċi soġġett għal notifika tal-Unjoni f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 3(1) u mal-punt (a) tal-Artikolu 3(2)
3. Mard elenkat tal-annimali terrestri soġġett għal notifika tal-Unjoni f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 3(1) u mal-punt (b) tal-Artikolu 3(2)
4. Mard elenkat tal-annimali terrestri soġġett għal notifika tal-Unjoni f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 3(1) u mal-punt (c) tal-Artikolu 3(2)
5. Mard elenkat tal-annimali akkwatiċi soġġett għal notifika tal-Unjoni f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 3(1) u mal-punt (c) tal-Artikolu 3(2)
ANNESS II
INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI PPROVDUTA GĦAL NOTIFIKA TAL-UNJONI DWAR TIFQIGĦAT TA’ MARD ELENKAT F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 3(3)
1. Data tad-dispaċċ.
2. Ħin tad-dispaċċ.
3. Isem tal-pajjiż.
4. Isem tal-marda u t-tip ta’ patoġenu, fejn ikun xieraq.
5. Numru tas-serje tat-tifqigħa.
6. Tip ta’ tifqigħa (tifqigħa primarja/sekondarja).
7. Numru ta’ referenza tat-tifqigħa marbut ma’ din it-tifqigħa (fejn ikun applikabbli).
8. Ir-reġjun u l-post ġeografiku tat-tifqigħa. Għall-mard kollu tal-kategorija A kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (1), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882, indika jekk it-tifqigħa seħħitx f’post diġà soġġett għar-restrizzjonijiet wara l-istabbiliment ta’ żoni ristretti għall-istess marda tal-kategorija A f’konformità mal-Artikoli 64, 71, 70, 257, 258 jew 259 tar-Regolament (UE) 2016/429.
9. Data tas-suspett.
10. Data tal-konferma.
11. Metodi dijanjostiċi użati.
12. Oriġini tal-marda.
13. Miżuri ta’ kontroll meħuda.
14. Annimali involuti fit-tifqigħa:
Annimali terrestri (skont l-ispeċi) ħlief in-naħal tal-għasel u n-naħal bagħli:
għadd ta’ annimali suxxettibbli, inklużi annimali selvaġġi fejn ikun applikabbli;
għadd stmat ta’ annimali infettati jew infestati klinikament jew subklinikament inklużi annimali selvaġġi, fejn ikun applikabbli;
għadd stmat ta’ annimali li mietu jew, fil-każ ta’ annimali selvaġġi, li nstabu mejta;
għadd ta’ annimali maqtula;
għadd ta’ annimali mbiċċra;
Naħal tal-għasel u naħal bagħli:
għadd ta’ kolonji suxxettibbli;
għadd ta’ kolonji li huma klinikament jew subklinikament infettati jew infestati;
għadd ta’ kolonji mejta;
għadd ta’ kolonji li nqerdu;
Annimali akkwatiċi (skont l-ispeċi):
għadd stmat jew bijomassa ta’ annimali suxxettibbli, inklużi annimali selvaġġi fejn ikun applikabbli;
għadd stmat jew bijomassa ta’ annimali klinikament jew subklinikament infettati, inklużi annimali selvaġġi fejn ikun applikabbli;
għadd stmat jew bijomassa ta’ annimali li mietu jew fil-każ ta’ annimali selvaġġi, li nstabu mejta;
għadd stmat jew bijomassa ta’ annimali maqtula;
għadd stmat jew bijomassa ta’ annimali mbiċċra.
15. Id-data tat-tlestija tat-tindif u d-diżinfezzjoni preliminari wara tifqigħa fl-annimali miżmuma ta’ kwalunkwe marda tal-kategorija A kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (1), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882.
ANNESS III
INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI PPROVDUTA GĦAR-RAPPORTAR TAL-UNJONI DWAR ID-DETEZZJONI TAL-MARD ELENKAT F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 4(3)
1. Data tar-rapport.
2. Perjodu ta’ rappurtar.
3. Isem tal-pajjiż.
4. Isem tal-marda u t-tip ta’ patoġenu, fejn ikun xieraq.
5. Għadd ta’ tifqigħat ta’ speċijiet ta’ annimali elenkati jew ta’ gruppi ta’ speċijiet matul il-perjodu ta’ rapportar.
6. Data tal-konferma tal-aħħar tifqigħa.
ANNESS IV
REĠJUNI FL-ISTATI MEMBRI GĦALL-FINI TA’ NOTIFIKA U RAPPURTAR F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 5
L-Istat Membru (1) |
Reġjuni ta’ notifika u rapportar |
Il-Belġju |
provinċja — provincie |
Il-Bulgarija |
област |
Iċ-Ċekja |
okres |
Id-Danimarka |
unitajiet jew muniċipalitajiet veterinarji |
Il-Ġermanja |
Kreis, Regierungsbezirk oder Bundesland |
L-Estonja |
maakond |
L-Irlanda |
kontea |
Il-Greċja |
περιφερειακή ενότητα |
Spanja |
provincia |
Franza |
département |
Il-Kroazja |
županija |
L-Italja |
provincia |
Ċipru |
επαρχία |
Il-Latvja |
novads |
Il-Litwanja |
apskritis |
Il-Lussemburgu |
il-pajjiż kollu |
L-Ungerija |
megye |
Malta |
il-pajjiż kollu |
In-Netherlands |
gemeente |
L-Awstrija |
Bezirk |
Il-Polonja |
powiat |
Il-Portugall |
il-pajjiż kontinentali: distrito partijiet oħra tat-territorju: região autónoma |
Ir-Rumanija |
județ |
Is-Slovenja |
območni urad |
Is-Slovakkja |
kraj |
Il-Finlandja |
maakunta/landskap |
L-Iżvezja |
kommun |
ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq) |
Divisional Veterinary Office |
(1)
F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. |
ANNESS V
INFORMAZZJONI DWAR IR-RIŻULTATI TAL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ PROGRAMMI TA’ ERADIKAZZJONI OBBLIGATORJI U FAKULTATTIVI LI JRIDU JIĠU PPROVDUTI F’KONFORMITÀ MAL-PUNT (A) TAL-ARTIKOLU 7(2)
TAQSIMA 1
Riżultati tal-programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategorija B u C ta’ annimali terrestri bbażati fuq l-għoti ta’ status ta’ ħielsa mill-mard fil-livell ta’ stabbilimenti
Informazzjoni li trid tiġi pprovduta dwar il-programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategoriji B u C ta’ annimali terrestri bbażati fuq l-għoti ta’ status ta’ ħielsa mill-mard fil-livell ta’ stabbilimenti:
Data tar-rapport.
Perjodu ta’ rappurtar.
Isem tal-pajjiż.
Isem tal-marda.
Kamp ta’ applikazzjoni territorjali (fil-każ ta’ bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali f’konformità mal-punt 4 tat-Taqsima 1 tal-Anness VII).
Informazzjoni dwar l-istabbilimenti u l-annimali kkonċernati li jinsabu fit-territorju f’konformità mal-punt 5, skont iż-żona, jekk ikun hemm aktar minn żona waħda fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali mill-popolazzjoni ta’ annimali fil-mira, ħlief l-istabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 ( 1 ) fil-31 ta’ Diċembru;
l-għadd ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li jinżammu fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru;
l-għadd ta’ stabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard, inklużi l-istabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard sospiż, bit-tilqim jew mingħajru, meta jkun rilevanti, mill-għadd ta’ stabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru;
l-għadd ta’ annimali miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (c);
l-għadd ta’ stabbilimenti li ġew ikkonfermati li kienu infettati waqt il-perjodu ta’ rappurtar.
TAQSIMA 2
Ir-riżultati tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bl-RABV
Informazzjoni li trid tiġi pprovduta dwar il-programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bl-RABV:
Data tar-rapport.
Perjodu ta’ rappurtar.
Isem tal-pajjiż.
Il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali (fil-każ ta’ bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali f’konformità mal-punt 3 tat-Taqsima 2 tal-Anness VII).
Informazzjoni dwar is-sorveljanza għal kull żona jew reġjun jekk ikun hemm aktar minn reġjun wieħed inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm, inkluż mill-inqas mapep bid-data ta’:
Għadd ta’ annimali indikaturi ttestjati għal kull speċi;
Għadd ta’ każijiet ikkonfermati skont l-ispeċi.
Informazzjoni dwar it-tilqim ta’ annimali selvaġġi, għal kull żona jew reġjun jekk ikun hemm aktar minn reġjun wieħed inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
Għadd u dati tal-kampanji ta’ tilqim;
Densità tal-lixka tal-vaċċin miksuba u, jekk id-daqs totali taż-żona tat-tilqim għal kull kampanja tat-tilqim ikun ta’ aktar minn 20 000 km2, il-mapep tad-densità tal-lixka tal-vaċċin;
Fuq talba tal-Kummissjoni, fajls elettroniċi li jkun fihom:
Rotot ta’ titjir irreġistrati matul id-distribuzzjoni tal-lixka tal-vaċċin;
Distribuzzjoni tal-lixka tal-vaċċin (il-ħin u l-pożizzjoni ta’ kull lixka rilaxxata) irreġistrata matul id-distribuzzjoni mill-ajru jekk id-daqs totali taż-żona tat-tilqim għal kull kampanja tat-tilqim ikun akbar minn 20 000 km2;
Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-effettività tat-tilqim, b’mapep bid-data ta’:
għadd ta’ annimali pożittivi għat-test tal-bijomarkatur/għadd ta’ testijiet tal-bijomarkatur imwettqa;
għadd ta’ annimali li huma pożittivi għal testijiet seroloġiċi/għadd ta’ testijiet seroloġiċi mwettqa.
TAQSIMA 3
Riżultati tal-programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-BTV
Informazzjoni li trid tiġi pprovduta dwar il-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV:
Data tar-rapport.
Perjodu ta’ rappurtar.
Isem tal-pajjiż.
Il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali (fil-każ ta’ bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali f’konformità mal-punt 3 tat-Taqsima 3 tal-Anness VII).
Informazzjoni dwar is-sorveljanza fit-territorju f’konformità mal-punt 4, skont iż-żona jew ir-reġjun jekk ikun hemm aktar minn reġjun wieħed inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
għadd ta’ stabbilimenti li jżommu annimali tal-popolazzjoni ta’ annimali fil-mira fil-31 ta’ Diċembru;
għadd ta’ annimali tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li jinżammu fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) tal-31 ta’ Diċembru;
għadd ta’ stabbilimenti li jżommu annimali tal-popolazzjoni ta’ annimali fil-mira fejn ikun sar it-tilqim kontra l-infezzjoni bil-BTV u għadd ta’ annimali mlaqqma matul il-perjodu ta’ rappurtar, skont l-ispeċi u, jekk rilevanti, skont is-serotipi tal-BTV;
għadd ta’ tifqigħat skont is-serotip tal-BTV ikkonfermat matul il-perjodu ta’ rappurtar;
għadd u post ta’ stabbilimenti protetti mill-vetturi, fejn ikun rilevanti;
deskrizzjoni taż-żoni staġjonalment ħielsa mill-BTV u dati tal-bidu u tmiem tal-perjodu ħieles mill-vetturi, fejn ikun rilevanti.
TAQSIMA 4
Riżultati tal-programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategoriji B u C tal-annimali akkwatiċi
Informazzjoni li trid tiġi pprovduta dwar il-programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategoriji B u C tal-annimali akkwatiċi:
Data tar-rapport.
Perjodu ta’ rappurtar.
Isem tal-pajjiż.
Isem tal-marda.
Il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali (fil-każ ta’ bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali f’konformità mal-punt 4 tat-Taqsima 4 tal-Anness VII).
Informazzjoni dwar l-istabbilimenti tal-akkwakultura u l-annimali kkonċernati li jinsabu fit-territorju msemmi fil-punt 5 skont l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment:
l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura approvati u l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura rreġistrati li jżommu annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira, u fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, li huma inklużi fil-programm ta’ eradikazzjoni, fil-31 ta’ Diċembru;
l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura, u fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, mill-għadd ta’ stabbilimenti jew mill-punti ta’ kampjunar imsemmija fil-punt (a), li mhumiex infettati fil-31 ta’ Diċembru;
l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura infettati, u fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi b’każ(ijiet) ikkonfermat(i) mill-għadd ta’ stabbilimenti u mill-punti ta’ kampjunar imsemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru;
l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura infettati ġodda, u fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, b’każ(ijiet) ikkonfermat(i) mill-għadd ta’ stabbilimenti u punti ta’ kampjunar imsemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru.
ANNESS VI
INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI INKLUŻA FL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAR-RIKONOXXIMENT TAL-ISTATUS TA’ ĦELSIEN MILL-MARD TAL-ISTATI MEMBRI JEW TA’ ŻONI RIGWARD IL-MARD TA’ ANNIMALI TERRESTRI U AKKWATIĊI, U FL-APPLIKAZZJONIJET GĦAR-RIKONOXXIMENT TAL-ISTATUS TA’ ĦELSIEN MILL-MARD TA’ KOMPARTIMENTI FIR-RIGWARD TA’ MARD TAL-ANNIMALI AKKWATIĊI, F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 11
TAQSIMA 1
Konformità mal-kriterji ġenerali
Informazzjoni ġenerali li trid tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard:
Data tal-applikazzjoni.
Isem tal-pajjiż.
Isem tal-marda.
Kamp ta’ applikazzjoni territorjali fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard.
Dikjarazzjoni li tikkonferma l-konformità mal-kriterji ġenerali rilevanti f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-Istati Membri jew għaż-żoni, jew mal-punt (a) tal-Artikolu 73(1) ta’ dan ir-Regolament Delegat għall-kompartimenti akkwatiċi.
TAQSIMA 2
Status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq in-nuqqas ta’ speċijiet elenkati
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq in-nuqqas ta’ speċijiet elenkati:
Dokumentazzjoni f’konformità mal-Artikoli 67(2) jew 74(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.
TAQSIMA 3
Status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq l-inkapaċità tal-aġent tal-marda li jgħix
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq l-inkapaċità tal-aġent tal-marda li jgħix:
Dokumentazzjoni f’konformità mal-Artikoli 68(2) jew 75(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.
TAQSIMA 4
Status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq l-inkapaċità ta’ sopravivenza ta’ vetturi elenkati għal mard elenkat ta’ annimali terrestri
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq l-inkapaċità ta’ sopravivenza ta’ vetturi elenkati għal mard elenkat ta’ annimali terrestri:
Dokumentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 69(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.
TAQSIMA 5
Status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza
1. Informazzjoni li trid tiġi inkluża mill-awtorità kompetenti fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza, dment li l-marda qatt ma tkun ġiet irrapportata fit-territorju kkonċernat jew tkun ġiet eradikata u ma ġietx irrapportata għal mill-inqas 25 sena qabel l-applikazzjoni għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard f’dan it-territorju:
jekk jintalab ir-rikonoxximent tal-istatus ħielsa mill-infestazzjoni b’Varroa spp.:
evidenza dokumentata dwar l-issodisfar tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (f) tat-Taqsima 1 tal-Parti III tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689;
jekk jintalab ir-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħielsa mill-infezzjoni b’Bonamia exitiosa:
ir-riżultati ta’ stħarriġ li jkun sar għal mill-inqas sena fl-istabbilimenti jew fil-gruppi kollha ta’ stabbilimenti li jżommu speċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, żona jew kompartiment, u fejn ikun meħtieġ, punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi. Dawn iridu jkunu ġew ittestjati bl-użu ta’ daqs ta’ kampjun li jippermetti li tiġi identifikata infezzjoni bil-Bonamia exitiosa b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, jekk l-aġent tal-marda jkun preżenti fil-popolazzjoni b’rata ta’ prevalenza ta’ 2 %;
miżuri applikati għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-Bonamia exitiosa fit-territorju kkonċernat;
miżuri ta’ kontroll tal-mard applikati f’każ ta’ tifqigħa;
jekk jintalab rikonoxximent tal-istatus ta’ ħielsa mill-infezzjoni bid-WSSV:
ir-riżultati ta’ stħarriġ li jkun sar għal mill-inqas sena fl-istabbilimenti jew fil-gruppi kollha ta’ stabbilimenti li jżommu speċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, żona jew kompartiment, u fejn ikun meħtieġ, punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi. Dawn għandhom ikunu ġew ittestjati bl-użu ta’ daqs ta’ kampjun li jippermetti d-detezzjoni ta’ infezzjoni bid-WSSV b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, jekk l-aġent tal-marda jkun preżenti fil-popolazzjoni b’rata ta’ prevalenza ta’ 2 %;
miżuri applikati għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tad-WSSV fit-territorju kkonċernat;
miżuri ta’ kontroll tal-mard applikati f’każ ta’ tifqigħa.
2. Informazzjoni li tkopri mill-inqas l-10 snin ta’ qabel li trid tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħielsa mill-BVD ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza, meta ġiet irrappurtata f’dawn l-aħħar 25 sena u ġiet eradikata mit-territorju kkonċernat:
l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini skont l-istat tas-saħħa ( 2 ) u l-għadd ta’ annimali bovini li jinżammu f’dawn l-istabbilimenti fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena;
strateġija/reġimi tal-ittestjar u metodi dijanjostiċi użati biex jiddeterminaw l-istatus tal-BVD tal-istabbilimenti li jżommu l-annimali bovini (infettati, mhux infettati);
strateġija/reġimi ta’ ttestjar u metodi dijanjostiċi użati biex jagħtu prova taż-żamma tal-istatus ta’ stabbilimenti mhux infettati li jżommu l-annimali bovini;
miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-virus BVD fit-territorju kkonċernat;
miżuri ta’ kontroll tal-mard applikati f’każ ta’ tifqigħa;
l-għadd ta’ tifqigħat kull sena;
l-għadd ta’ każijiet ikkonfermati matul it-18-il xahar ta’ qabel;
l-istorja tat-tilqim u d-data tal-projbizzjoni tat-tilqim kontra l-BVD għal annimali bovini miżmuma.
3. Informazzjoni li trid tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza jekk jintalab rikonoxximent tal-istatus ta’ ħielsa minn infezzjoni tal-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim:
evidenza dokumentata dwar l-issodisfar tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (e) tat-Taqsima 1 tal-Parti IV tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.
TAQSIMA 6
Status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq programmi ta’ eradikazzjoni
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq programmi ta’ eradikazzjoni, skont is-sena kalendarja:
fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward ta’ annimali bovini miżmuma, skont iż-żona, jekk ikun hemm aktar minn żona waħda li tkun inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini, ħlief l-istabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini bl-istatus ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim, inklużi l-istabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard sospiż fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (c) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini ttestjati b’test seroloġiku għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti fejn hemm suspett wara l-ittestjar imsemmi fil-punt (e) kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ każijiet ta’ abort minn annimali bovini miżmuma li setgħu ġew ikkawżati minn infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis investigati kull sena għall-aħħar tliet snin;
id-data tal-aħħar każ ikkonfermat ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis f’annimali bovini miżmuma;
id-data tal-aħħar tilqima kontra l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ta’ annimali bovini miżmuma;
fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward ta’ annimali ovini u kaprini miżmuma, skont iż-żona, jekk ikun hemm aktar minn żona waħda inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali ovini jew kaprini, ħlief l-istabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-31 ta’ Diċembru fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ annimali ovini u kaprini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali ovini jew kaprini bl-istatus ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim, inklużi l-istabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard sospiż fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ annimali ovini u kaprini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (c) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali ovini jew kaprini li ġew ittestjati għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti fejn hemm suspett wara l-ittestjar imsemmi fil-punt (e) kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ każijiet ta’ abort ta’ annimali ovini jew kaprini li setgħu ġew ikkawżati mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis li ġew investigati kull sena fl-aħħar tliet snin;
id-data tal-aħħar każ ikkonfermat ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ta’ annimali ovini jew kaprini miżmuma;
id-data tal-aħħar tilqima kontra l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ta’ annimali ovini jew kaprini miżmuma;
fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bl-MTBC, skont iż-żona, jekk ikun hemm aktar minn żona waħda inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini, ħlief l-istabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini bl-istatus ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC inkluż l-istabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard sospiż fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (c) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini ttestjati għall-MTBC kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti fejn hemm suspett wara l-ittestjar imsemmi fil-punt (e) kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ annimali bovini mbiċċra, li jippreżentaw feriti li hu ssuspettat li huma kkawżati mill-infezzjoni bl-MTBC, li jkunu ġew investigati kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti li ġew ikkonfermati li kienu infettati bl-MTBC kull sena fl-aħħar tliet snin;
fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-EBL, skont iż-żona, jekk ikun hemm aktar minn żona waħda inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini, ħlief l-istabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini bl-istatus ta’ ħelsien mill-EBL inklużi l-istabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard sospiż fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (c) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini ttestjati għall-EBL kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti fejn hemm suspett wara l-ittestjar imsemmi fil-punt (e) kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ kampjuni minn annimali bovini li meta tbiċċru kellhom aktar minn 24 xahar, u kellhom tumuri li setgħu kienu kkawżati mill-EBL u li ġew eżaminati fil-laboratorju biex tiġi kkonfermata jew eskluża l-preżenza tal-EBL kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti li ġie kkonfermat li kienu infettati bl-EBL, kull sena fl-aħħar tliet snin;
fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-IBR/IPV, skont iż-żona, jekk ikun hemm aktar minn żona waħda inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini, ħlief l-istabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti bl-istatus ta’ ħelsien mill-IBR/IPV inklużi l-istabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard sospiż fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (c) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti ttestjati għall-IBR/IPV kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti fejn hemm suspett wara l-ittestjar imsemmi fil-punt (e) kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti kkonfermati infettati bl-IBR/IPV kull sena fl-aħħar tliet snin;
id-data tal-projbizzjoni tat-tilqim kontra l-IBR/IPV tal-annimali bovini miżmuma;
fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bl-ADV, skont iż-żona, jekk ikun hemm aktar minn żona waħda inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali porċini, ħlief l-istabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ annimali porċini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV, inklużi l-istabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard sospiż fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ annimali porċini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (c) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti fejn tkun twettqet sorveljanza biex tiġi skoperta kull evidenza klinika, viroloġika jew seroloġika ta’ infezzjoni bl-ADV kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ annimali porċini ttestjati fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (e) kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti li ġie kkonfermat li kienu infettati bil-ADV kull sena fl-aħħar tliet snin;
id-data tal-projbizzjoni tat-tilqim kontra l-ADV tal-annimali porċini miżmuma;
fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-BVD, skont iż-żona, jekk ikun hemm aktar minn żona waħda inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini, ħlief l-istabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti bl-istatus ta’ ħelsien mill-BVD inklużi l-istabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard sospiż fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (c) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti ttestjati għall-BVD kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti fejn hemm suspett wara l-ittestjar imsemmi fil-punt (e) kull sena fl-aħħar tliet snin;
l-għadd ta’ stabbilimenti li ġie kkonfermat li kienu infettati bil-BVD kull sena fl-aħħar tliet snin;
id-data tal-projbizzjoni tat-tilqim kontra l-BVD tal-annimali bovini miżmuma.
fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bl-RABV, skont iż-żona jew ir-reġjun, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm, informazzjoni dwar:
is-sorveljanza, inkluż tal-anqas mapep bid-data ta’:
annimali indikaturi ttestjati għal kull speċi;
każijiet ikkonfermati skont l-ispeċi;
it-tilqim ta’ annimali selvaġġi:
l-għadd u d-dati tal-kampanji ta’ tilqim;
id-densità tal-lixka tal-vaċċin miksuba għal kull żona jew reġjun u, jekk id-daqs totali taż-żona tat-tilqim għal kull kampanja ta’ tilqim ikun ta’ aktar minn 20 000 km2, il-mapep tad-densità tal-lixka tal-vaċċin;
fuq talba tal-Kummissjoni, fajls elettroniċi bi:
il-monitoraġġ tal-effettività tat-tilqim, b’mapep bid-data ta’:
l-għadd u r-riżultati tat-titrazzjoni tat-testijiet tal-lixka tal-vaċċin li jkunu saru;
l-għadd ta’ każijiet ikkonfermati li għalihom ma kienx hemm infezzjoni bl-RABV fit-territorju kkonċernat (każijiet importati);
jekk ikunu ġew identifikati rabtiet epidemjoloġiċi fil-każijiet imsemmija fil-punt (c), ir-riżultati tas-sorveljanza miżjuda mwettqa fuq perjodu ta’ sitt xhur wara l-mewt tal-annimal ikkonċernat, fejn ikun rilevanti.
fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bl-BTV:
kamp ta’ applikazzjoni territorjali b’mappa u deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi u amministrattivi koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni u l-ismijiet taż-żoni u tar-reġjuni, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm; fejn ikun rilevanti, ir-raġunijiet għall-applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 37(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 u l-evoluzzjoni taż-żona matul il-programm;
l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fil-31 ta’ Diċembru;
l-għadd ta’ annimali tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li jinżammu fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (b) fil-31 ta’ Diċembru;
l-iskemi ta’ kampjunar implimentati kull sena: l-unità ta’ mmappjar u l-kriterji tal-għażla implimentati, il-frekwenza tal-ittestjar, l-għadd ta’ testijiet, it-tip ta’ metodi dijanjostiċi u r-riżultati;
l-għadd ta’ każijiet ikkonfermati skont iż-żona, l-ispeċi, is-sena/xhur u s-serotip(i) tal-BTV;
l-għadd ta’ annimali mlaqqma skont is-sena, l-ispeċi u s-serotip(i) tal-BTV;
id-derogi għall-movimenti mogħtija, l-għadd ta’ annimali kkonċernati u, fejn ikun rilevanti, l-adattament tas-sorveljanza implimentata;
il-miżuri kkoordinati ma’ Stati Membri oħra jew ma’ pajjiżi terzi, fejn ikun rilevanti, u l-adattament tas-sorveljanza għal sorsi esterni ta’ infezzjoni bil-BTV.
fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-kategoriji B u C tal-annimali akkwatiċi, agħti l-informazzjoni li ġejja għal kull sena tal-programm, skont l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment, skont ir-rilevanza għall-kamp ta’ applikazzjoni territorjali:
l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura approvati, u fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura rreġistrati li jżommu annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u l-għadd ta’ punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, li huma inklużi fil-programm ta’ eradikazzjoni, kif ukoll mapep li juru l-post fejn jinsabu l-istabbilimenti u l-punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi;
l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura u, fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, mill-għadd ta’ stabbilimenti u punti ta’ kampjunar imsemmija fil-punt (a), li mhumiex infettati;
l-għadd ta’ żjarat tas-saħħa tal-annimali għal kull stabbiliment tal-akkwakultura approvat u fejn ikun rilevanti, għal kull stabbiliment tal-akkwakultura rreġistrat;
l-għadd ta’ drabi li ttieħdu l-kampjuni għal kull stabbiliment tal-akkwakultura approvat u fejn ikun rilevanti, għal kull stabbiliment tal-akkwakultura rreġistrat u għal kull punt ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, kif ukoll id-dettalji tal-ispeċijiet, ir-riżultati tal-kampjunar (pożittiv/negattiv) u t-temperatura tal-ilma fil-ħin tal-kampjunar;
l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura infettati u, fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi b’każ(ijiet) ikkonfermat(i) mill-għadd ta’ stabbilimenti msemmija fil-punt (a);
l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura infettati ġodda u, fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi b’każ(ijiet) ikkonfermat(i) mill-għadd ta’ stabbilimenti msemmija fil-punt (a).
ANNESS VII
INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA GĦAS-SOTTOMISSJONI TA’ PROGRAMMI TA’ ERADIKAZZJONI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 10
TAQSIMA 1
Sottomissjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategoriji B u C ta’ annimali terrestri bbażati fuq l-għoti ta’ status ta’ ħielsa mill-mard fil-livell ta’ stabbilimenti
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategoriji B u C ta’ annimali terrestri bbażati fuq l-għoti ta’ status ta’ ħielsa mill-mard fil-livell ta’ stabbilimenti:
Data tas-sottomissjoni.
Isem tal-pajjiż.
Isem tal-marda.
Kamp ta’ applikazzjoni territorjali b’deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi u amministrattivi koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni u l-ismijiet taż-żoni u tar-reġjuni, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm.
Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika għal kull żona jew reġjun, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu annimali tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira skont l-istatus tas-saħħa ( 3 ) ħlief stabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga msemmija fil-punt (6)(f) fil-31 ta’ Diċembru;
l-għadd ta’ annimali tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li jinżammu fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) skont l-istatus tas-saħħa;
mapep li jindikaw id-densità tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira msemmija fil-punt (b) skont l-istatus tas-saħħa;
skeda ta’ żmien bi prevalenza, data ta’ inċidenza u, fejn rilevanti, storja ta’ tilqim li tkopri mill-inqas l-aħħar ħames snin; u
informazzjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika f’popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali, fejn ikun rilevanti.
Deskrizzjoni tal-istrateġija ta’ kontroll tal-mard tal-programm ta’ eradikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689, inkluż mill-inqas:
l-iskemi ta’ kampjunar u l-metodi dijanjostiċi li jridu jintużaw f’konformità mal-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689:
għall-għoti ta’ status ta’ ħielsa mill-mard lil stabbilimenti u ż-żamma ta’ dan l-istatus;
biex tiġi kkonfermata jew eskluża l-marda fil-każ ta’ każ suspettat;
il-miżuri ta’ kontroll tal-mard li jridu jiġu applikati fil-każ ta’ każ ikkonfermat;
il-miżuri ta’ bijosigurtà u mitigazzjoni tar-riskji li jridu jiġu implimentati;
it-tip ta’ vaċċin(i) li jrid(u) jintuża(w) u l-iskema ta’ tilqim, jekk ikun rilevanti;
il-miżuri li jridu jiġu implimentati fir-rigward tal-popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali, jekk ikun rilevanti;
id-derogi li jridu jiġu applikati f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, jekk ikun rilevanti;
il-miżuri kkoordinati ma’ Stati Membri oħra jew ma’ pajjiżi terzi, jekk ikun rilevanti.
Deskrizzjoni tal-organizzazzjoni, tas-superviżjoni u tar-rwoli tal-partijiet involuti fil-programm ta’ eradikazzjoni inkluż mill-inqas:
l-awtoritajiet responsabbli mill-koordinazzjoni u mis-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-programm;
ir-responsabbiltajiet tal-partijiet ikkonċernati kollha involuti.
It-tul ta’ żmien stmat tal-programm ta’ eradikazzjoni.
Il-miri intermedji tal-programm ta’ eradikazzjoni b’rabta mal-kriterji speċifiċi għall-marda biex jinkiseb l-istatus ta’ ħelsien mill-mard, inklużi mill-inqas:
it-tnaqqis annwali mistenni fl-għadd ta’ stabbilimenti infettati;
iż-żieda annwali mistennija fl-għadd ta’ stabbilimenti ħielsa mill-mard.
TAQSIMA 2
Sottomissjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bl-RABV
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bl-RABV:
Data tas-sottomissjoni.
Isem tal-pajjiż.
Kamp ta’ applikazzjoni territorjali b’deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi u amministrattivi koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni u ismijiet taż-żoni u tar-reġjuni, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm.
Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika matul mill-anqas l-aħħar ħames snin, inkluż:
l-għadd ta’ każijiet ikkonfermati skont l-ispeċijiet ta’ annimali elenkati;
mapep li jindikaw id-distribuzzjoni ta’ każijiet ikkonfermati msemmija fil-punt (a) fis-sena;
strateġija ta’ kontroll tal-mard u r-riżultati ta’ miżuri ta’ kontroll.
Deskrizzjoni tal-istrateġija ta’ kontroll tal-mard tal-programm ta’ eradikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689:
is-sorveljanza, inkluż mill-inqas:
il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira;
l-iskemi ta’ kampjunar u dettalji dwar il-ġbir ta’ annimali mejtin;
il-metodi dijanjostiċi;
jekk ikun rilevanti, it-tilqim, inkluż mill-inqas:
it-tilqim ta’ annimali miżmuma fil-qafas tal-programm ta’ eradikazzjoni;
it-tilqim ta’ annimali selvaġġi:
il-miżuri ta’ kontroll tal-mard li jridu jiġu applikati fil-każ ta’ każ ikkonfermat;
il-kampanji ta’ informazzjoni pubblika li jridu jiġu implimentati;
il-miżuri li jridu jiġu implimentati biex jitnaqqas il-kuntatt ma’ annimali infettati;
il-miżuri kkoordinati ma’ Stati Membri oħra jew ma’ pajjiżi terzi, fejn ikun rilevanti.
Deskrizzjoni tal-organizzazzjoni, tas-superviżjoni u tar-rwoli tal-partijiet involuti fil-programm ta’ eradikazzjoni inkluż mill-inqas:
l-awtoritajiet responsabbli mill-koordinazzjoni u mis-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-programm;
ir-responsabbiltajiet tal-partijiet ikkonċernati kollha involuti.
It-tul ta’ żmien stmat tal-programm ta’ eradikazzjoni.
Il-miri intermedji tal-programm ta’ eradikazzjoni li jinkludu mill-inqas:
it-tnaqqis annwali mistenni fl-għadd ta’ tifqigħat;
l-għadd mistenni ta’ tifqigħat ikkonfermati f’żoni b’tifqigħat matul is-sena ta’ qabel;
il-perċentwal mistenni ta’ serokonverżjoni f’popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira;
il-perċentwal mistenni tat-teħid tal-vaċċin fl-annimali tal-ispeċijiet fil-mira.
TAQSIMA 3
Sottomissjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-BTV
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-BTV:
Data tas-sottomissjoni.
Isem tal-pajjiż.
Kamp ta’ applikazzjoni territorjali b’deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi u amministrattivi koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni u l-ismijiet taż-żoni u tar-reġjuni, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm: u r-raġunijiet għall-applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 37(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, fejn ikun rilevanti.
Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika għal kull żona jew reġjun, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:
l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fil-31 ta’ Diċembru;
l-għadd ta’ annimali tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li jinżammu fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a);
mapep li jindikaw:
id-densità tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira msemmija fil-punt (b); u
id-distribuzzjoni ġeografika ta’ każijiet ta’ infezzjoni bil-BTV skont is-serotipi li jkopru mill-inqas l-aħħar ħames snin;
skeda ta’ żmien bi prevalenza, data ta’ inċidenza u, fejn rilevanti, storja ta’ tilqim li tkopri mill-inqas l-aħħar ħames snin;
ir-riżultati tas-sorveljanza tal-vetturi li mill-inqas ikopru l-ħames snin li għaddew;
informazzjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika f’popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali, fejn ikun rilevanti.
Deskrizzjoni tal-istrateġija ta’ kontroll tal-mard tal-programm ta’ eradikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 inkluż mill-inqas:
id-dettalji tas-sorveljanza attiva li trid tiġi implimentata f’konformità mat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 bi:
mapep li jindikaw l-unitajiet ġeografiċi;
għażla ta’ siti ta’ kampjunar, skemi ta’ kampjunar u metodi dijanjostiċi użati għall-monitoraġġ ta’ annimali sentinella;
għażla ta’ siti ta’ kampjunar, skemi ta’ kampjunar u metodi dijanjostiċi użati għall-istħarriġ ta’ prevalenza strutturata;
tip ta’ vaċċin(i) li jrid/jridu jintuża(w) u skemi ta’ tilqim għat-tilqim tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti, fejn ikun rilevanti;
proċedura u metodi dijanjostiċi biex tiġi kkonfermata jew eskluża l-marda fil-każ ta’ każ suspettat;
il-miżuri ta’ kontroll tal-mard li jridu jiġu applikati fil-każ ta’ każ ikkonfermat;
restrizzjonijiet fuq il-moviment implimentati għal movimenti ta’ annimali miżmuma u prodotti ġerminali;
il-miżuri ta’ bijosigurtà u mitigazzjoni tar-riskji li jridu jiġu implimentati;
dettalji dwar is-sorveljanza tal-vetturi u, fejn ikun rilevanti, l-istabbiliment ta’ żoni staġjonalment ħielsa mill-BTV;
dettalji dwar l-għoti lill-istabbilimenti tal-istatus ta’ “stabbiliment protett mill-vetturi”, fejn ikun rilevanti;
miżuri kkoordinati ma’ Stati Membri oħra jew ma’ pajjiżi terzi, fejn ikun rilevanti.
Deskrizzjoni tal-organizzazzjoni, tas-superviżjoni u tar-rwoli tal-partijiet involuti fil-programm ta’ eradikazzjoni inkluż mill-inqas:
l-awtoritajiet responsabbli mill-koordinazzjoni u mis-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-programm;
ir-responsabbiltajiet tal-partijiet ikkonċernati kollha involuti.
It-tul ta’ żmien stmat tal-programm ta’ eradikazzjoni.
Il-miri intermedji tal-programm ta’ eradikazzjoni li jinkludu mill-inqas:
it-tnaqqis annwali mistenni fl-għadd ta’ każijiet ikkonfermati fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira;
iż-żieda annwali mistennija fl-għadd ta’ unitajiet ġeografiċi ħielsa mill-mard;
il-kopertura tat-tilqim mistennija, fejn ikun rilevanti.
TAQSIMA 4
Sottomissjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategoriji B u C tal-annimali akkwatiċi
Informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategoriji B u C tal-annimali akkwatiċi:
Data tas-sottomissjoni.
Isem tal-pajjiż.
Isem tal-marda.
Kamp ta’ applikazzjoni territorjali b’deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi u amministrattivi koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni u l-ismijiet taż-żoni jew tal-kompartimenti.
Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartiment, skont ir-rilevanza għall-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm, inklużi:
l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura approvati u l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura rreġistrati li jżommu annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira, skont it-tip ta’ produzzjoni u l-istatus tas-saħħa;
l-ispeċijiet elenkati miżmuma fl-istabbilimenti tal-akkwakultura msemmija fil-punt (a) skont l-istatus tas-saħħa;
mapep li jindikaw:
il-pożizzjoni ġeografika tal-istabbilimenti tal-akkwakultura msemmija fil-punt (a) u ż-żoni rilevanti tal-magħqad tal-ilma; u
id-distribuzzjoni ġeografika tal-każijiet ta’ infezzjoni bil-mard rilevanti tal-kategoriji B jew C għal perjodu ta’ mill-inqas l-aħħar ħames snin;
informazzjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-annimali akkwatiċi selvaġġi, fejn ikun rilevanti.
Deskrizzjoni tal-istrateġija ta’ kontroll tal-mard tal-programm ta’ eradikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 li tinkludi mill-inqas:
l-iskemi ta’ kampjunar u l-metodi dijanjostiċi li jridu jintużaw f’konformità mal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għal:
żjarat tas-saħħa u kampjunar fi stabbilimenti tal-akkwakultura;
is-sorveljanza mmirata fil-popolazzjonijiet selvaġġi, fejn ikun rilevanti;
il-miżuri ta’ kontroll tal-mard li jridu jiġu applikati fil-każ ta’ każ ikkonfermat;
il-miżuri ta’ bijosigurtà u mitigazzjoni tar-riskji li jridu jiġu implimentati;
skemi ta’ tilqim, fejn ikun rilevanti;
il-miżuri li jridu jiġu implimentati fir-rigward tal-annimali akkwatiċi selvaġġi u l-għadd u l-lokalità ġeografika tal-punti ta’ kampjunar fejn ikun rilevanti;
id-derogi li jridu jiġu applikati f’konformità mal-Artikolu 47(4), mal-Artikolu 51(2) jew mal-Artikolu 53 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, fejn ikun rilevanti;
il-miżuri kkoordinati ma’ Stati Membri oħra jew ma’ pajjiżi terzi, fejn ikun rilevanti.
Deskrizzjoni tal-organizzazzjoni, tas-superviżjoni u tar-rwoli tal-partijiet involuti fil-programm ta’ eradikazzjoni inkluż mill-inqas:
l-awtoritajiet responsabbli mill-koordinazzjoni u mis-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-programm;
ir-responsabbiltajiet tal-partijiet ikkonċernati kollha involuti.
It-tul ta’ żmien stmat tal-programm ta’ eradikazzjoni.
Il-miri intermedji tal-programm ta’ eradikazzjoni u l-istrateġiji għall-kontroll tal-mard għall-implimentazzjoni tiegħu, inkluż mill-inqas:
it-tnaqqis annwali mistenni fl-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura infettati u fejn ikun rilevanti, il-punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi;
iż-żieda annwali mistennija fl-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura u, fejn ikun rilevanti, il-punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi li ttestjaw negattivi;
il-kopertura tat-tilqim mistennija, fejn ikun rilevanti.
( 1 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).
( 2 ) Infettat, mhux infettat, mhux magħruf.
( 3 ) Ħieles mill-mard, infettat jew mhux magħruf.