This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document E2021C0269
EFTA Surveillance Authority Decision No 269/21/COL of 1 December 2021 introducing revised Guidelines on Regional State Aid for 2022-2027 [2022/1047]
Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 269/21/COL tal-1 ta’ Diċembru 2021 li tintroduċi l-Linji Gwida riveduti dwar l-Għajnuna Reġjonali mill-Istat għall-2022-2027 [2022/1047]
Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA Nru 269/21/COL tal-1 ta’ Diċembru 2021 li tintroduċi l-Linji Gwida riveduti dwar l-Għajnuna Reġjonali mill-Istat għall-2022-2027 [2022/1047]
PUB/2021/1007
ĠU L 173, 30.6.2022, p. 79–120
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1047/oj
30.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/79 |
DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA Nru 269/21/COL
tal-1 ta’ Diċembru 2021
li tintroduċi l-Linji Gwida riveduti dwar l-Għajnuna Reġjonali mill-Istat għall-2022-2027 [2022/1047]
L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA (EFTA SURVEILLANCE AUTHORITY, “ESA”),
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), b’mod partikolari l-Artikoli minn 61 sa 63 u l-Protokoll 26,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), u b’mod partikolari l-Artikolu 24 u l-Artikolu 5(2)(b),
Wara li kkunsidrat il-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti (“il-Protokoll 3”), b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) tal-Parti I.
Billi:
Skont l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-ESA għandha ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar iż-ŻEE li jikkonċernaw l-għajnuna mill-Istat.
Skont l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-ESA għandha toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet ittrattati fil-Ftehim dwar iż-ŻEE, jekk dan il-Ftehim jew il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jipprevedi dan b’mod speċifiku jew jekk l-ESA tqis li jkun meħtieġ.
Billi skont l-Artikolu 1(1) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim tas-Sorveljanza u tal-Qorti, l-ESA għandha żżomm taħt rieżami kostanti s-sistemi kollha ta’ għajnuna eżistenti fl-Istati EFTA u tipproponi xi miżuri approprjati meħtieġa mill-iżvilupp progressiv jew mill-funzjonament tal-Ftehim dwar iż-ŻEE,
Fid-19 ta’ April 2021, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) adottat linji gwida riveduti tal-UE dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat (1),
Dawn il-linji gwida huma wkoll rilevanti għaż-Żona Ekonomika Ewropea,
Għandha tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli taż-ŻEE dwar għajnuna mill-Istat fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha skont l-objettiv tal-omoġeneità stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE,
Skont il-punt II taħt l-intestatura “ĠENERALI” f’paġna 11 tal-Anness XV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, l-ESA, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, għandha tadotta atti li jikkorrispondu ma’ dawk adottati mill-Kummissjoni Ewropea.
Wara li kkonsultat mal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkonsultat mal-Istati tal-EFTA,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-regoli sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat għandhom jiġu emendati bl-introduzzjoni ta’ Linji Gwida riveduti dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat b’effett mid-data ta’ din id-Deċiżjoni. Il-Linji Gwida riveduti huma annessi ma’ din id-Deċiżjoni u jagħmlu parti integrali minnha.
Artikolu 2
Il-Linji Gwida eżistenti dwar l-Għajnuna Reġjonali mill-Istat għall-2014-2021 għandhom jinbidlu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2022.
Artikolu 3
L-unika verżjoni awtentika ta’ din id-Deċiżjoni hija dik bil-lingwa Ingliża.
Magħmul fi Brussell, il-1 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA,
Bente Angell-Hansen
Il-President
Membru tal-Kulleġġ Responsabbli
Högni S. Kristjánsson
Membru tal-Kulleġġ
Stefan Barriga
Membru tal-Kulleġġ
Melpo-Menie Joséphidès
Kontrofirmatarju bħala Direttur,
Affarijiet Legali u Eżekuttivi
(1) Ippubblikat fil-ĠU C 153, 29.4.2021, p. 1.
Linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat (*)
Werrej
1. |
Introduzzjoni | 83 |
2. |
Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet | 85 |
2.1. |
Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna reġjonali | 85 |
2.2. |
Definizzjonijiet | 86 |
3. |
Għajnuna reġjonali notifikabbli | 89 |
4. |
Kostijiet eliġibbli | 89 |
4.1. |
L-għajnuna għall-investiment | 89 |
4.1.1. |
Il-kostijiet eliġibbli kkalkolati abbażi tal-kostijiet ta’ investiment | 90 |
4.1.2. |
Il-kostijiet eliġibbli kkalkulati fuq il-bażi tal-kostijiet lavorattivi | 91 |
4.2. |
Għajnuna operatorja | 91 |
5. |
Valutazzjoni tal-kompatibilità tal-għajnuna reġjonali | 91 |
5.1. |
Kontribut għall-iżvilupp u għall-koeżjoni reġjonali | 92 |
5.1.1. |
Skemi ta’ għajnuna għall-investiment | 92 |
5.1.2. |
Għajnuna għall-investiment individwali notifikabbli | 93 |
5.1.3. |
Skemi ta’ għajnuna operatorja | 94 |
5.2. |
L-effett ta’ inċentiv | 94 |
5.2.1. |
L-għajnuna għall-investiment | 94 |
5.2.2. |
Skemi ta’ għajnuna operatorja | 96 |
5.3. |
Il-bżonn għal intervent mill-Istat | 96 |
5.4. |
L-adegwatezza tal-għajnuna reġjonali | 96 |
5.4.1. |
L-adegwatezza fost strumenti ta’ politika alternattivi | 97 |
5.4.2. |
Adegwatezza fost strumenti differenti ta’ għajnuna | 97 |
5.5. |
Proporzjonalità tal-ammont tal-għajnuna (il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ) | 97 |
5.5.1. |
L-għajnuna għall-investiment | 97 |
5.5.2. |
Skemi ta’ għajnuna operatorja | 99 |
5.6. |
Evitar ta’ effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ | 99 |
5.6.1. |
Kunsiderazzjonijiet ġenerali | 99 |
5.6.2. |
Effetti negattivi b’mod evidenti fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ | 100 |
5.6.3. |
Skemi ta’ għajnuna għall-investiment | 101 |
5.6.4. |
Għajnuna għall-investiment individwali notifikabbli | 102 |
5.6.5. |
Skemi ta’ għajnuna operatorja | 103 |
5.7. |
Trasparenza | 103 |
6. |
Evalwazzjoni | 104 |
7. |
Mapep tal-għajnuna reġjonali | 105 |
7.1. |
Il-kopertura tal-popolazzjoni eliġibbli għall-għajnuna reġjonali | 106 |
7.2. |
Id-deroga fl-Artikolu 61(3)(a) | 106 |
7.3. |
Id-deroga fl-Artikolu 61(3)(c) | 107 |
7.3.1. |
Żoni “c” predefiniti | 107 |
7.3.2. |
Żoni “c” mhux predefiniti | 108 |
7.4. |
L-intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli għall-għajnuna għall-investiment reġjonali | 109 |
7.4.1. |
L-intensitajiet massimi tal-għajnuna fiż-żoni “a” | 109 |
7.4.2. |
L-intensitajiet massimi tal-għajnuna fiż-żoni “c” | 110 |
7.4.3. |
Intensitajiet akbar tal-għajnuna għall-SMEs | 110 |
7.4.4. |
Intensitajiet akbar tal-għajnuna għat-territorji identifikati għall-appoġġ mill-JTF () | 110 |
7.4.5. |
Intensitajiet akbar tal-għajnuna għar-reġjuni li jesperjenzaw telf fil-popolazzjoni | 110 |
7.5. |
Notifika tal-mapep tal-għajnuna reġjonali u l-valutazzjoni tagħhom | 110 |
7.6. |
Emendi | 111 |
7.6.1. |
Ir-riżerva tal-popolazzjoni | 111 |
7.6.2. |
Reviżjoni ta’ nofs it-terminu | 111 |
8. |
Emenda tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 | 111 |
9. |
Applikabbiltà tar-regoli dwar l-għajnuna reġjonali | 112 |
10. |
Rapportar u monitoraġġ | 112 |
11. |
Reviżjoni | 112 |
1. INTRODUZZJONI
1. |
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (“ESA”) tista’ tikkunsidra t-tipi ta’ għajnuna mill-Istat li ġejjin bħala kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, abbażi tal-Artikolu 61(3)(a) u (c) tal-Ftehimtaż-ŻEE:
Dawn it-tipi ta’ għajnuna mill-Istat huma magħrufa bħala għajnuna reġjonali. |
2. |
Dawn il-Linji Gwida jistabbilixxu l-kundizzjonijiet skont liema, l-għajnuna reġjonali, tista’ titqies kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. Dawn jistabbilixxu wkoll il-kriterji għall-identifikazzjoni taż-żoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà skont l-Artikolu 61(3)(a) u l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE. |
3. |
L-objettiv primarju tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-għajnuna reġjonali huwa li jiġi żgurat li l-għajnuna għall-iżvilupp reġjonali u għall-koeżjoni territorjali (2) ma taffettwax b’mod negattiv wisq il-kundizzjonijiet kummerċjali bejn l-Istati taż-ŻEE (3). B’mod partikolari, dan jimmira li jipprevjeni t-tlielaq għas-sussidji li jistgħu jseħħu meta l-Istati taż-ŻEE jfittxu li jattiraw jew li jżommu negozji f’żoni megħjuna taż-ŻEE, u li jillimita l-effetti tal-għajnuna reġjonali fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni għall-minimu meħtieġ. |
4. |
L-objettiv tal-iżvilupp reġjonali u tal-koeżjoni territorjali jagħmel distinzjoni bejn l-għajnuna reġjonali u forom oħrajn ta’ għajnuna, bħall-għajnuna għar-riċerka, għall-iżvilupp u għall-innovazzjoni, għax-xogħol, għat-taħriġ, għall-enerġija jew għall-protezzjoni ambjentali, li jsegwu objettivi oħrajn ta’ żvilupp ekonomiku skont l-Artikolu 61(3) tal-Ftehim ŻEE. F’ċerti ċirkostanzi jistgħu jiġu permessi intensitajiet ogħla ta’ għajnuna għal dawk it-tipi l-oħrajn ta’ għajnuna meta jingħataw lil impriżi stabbiliti f’żoni megħjuna, bħala rikonoxximent tad-diffikultajiet speċifiċi li jiffaċċjaw f’dawn iż-żoni (4). |
5. |
L-għajnuna reġjonali jista’ jkollha rwol effettiv biss jekk tintuża b’mod ristrett u proporzjonat u jekk tkun ikkonċentrata fuq żoni megħjuna fiż-ŻEE (5). B’mod partikolari, il-limiti massimi permessi tal-għajnuna għandhom jirriflettu l-livell tal-problemi li qed jaffettwaw l-iżvilupp taż-żoni kkonċernati. Il-vantaġġi tal-għajnuna f’termini tal-iżvilupp ta’ żona megħjuna jridu jisbqu t-tfixkil tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ li dan jista’ jirriżulta fih (6). Il-piż mogħti lill-effetti pożittivi tal-għajnuna x’aktarx ivarja skont id-deroga tal-Artikolu 61(3) tal-Ftehim ŻEE, li jfisser li tfixkil akbar tal-kompetizzjoni jista’ jkun aċċettat fiż-żoni l-aktar żvantaġġati koperti mill-Artikolu 61(3)(a) milli f’żoni koperti mill-Artikolu 61(3)(c) (7). |
6. |
Barra minn hekk, l-għajnuna reġjonali tista’ tkun effettiva fil-promozzjoni jew fil-faċilitazzjoni tal-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni megħjuna dment li din tingħata biex tistimola investiment jew attività ekonomika addizzjonali f’dawk iż-żoni. F’ċerti każijiet limitati ħafna u identifikati sew, l-ostakli li dawn iż-żoni jiffaċċjaw biex jattiraw jew biex iżommu attività ekonomika jistgħu tant ikunu gravi jew permanenti li l-għajnuna għall-investiment tista’ ma tkunx biżżejjed biex tippermetti liż-żona tiżviluppa. F’din is-sitwazzjoni, l-għajnuna għall-investiment reġjonali tista’ tiġi ssupplimentata b’għajnuna operatorja reġjonali. |
7. |
Fl-2019, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) nediet evalwazzjoni tal-qafas ta’ għajnuna reġjonali biex tivvaluta jekk il-linji gwida tagħha dwar l-għajnuna reġjonali kinux għadhom adattati għall-iskop tagħhom. Ir-riżultati (8) urew li, fil-prinċipju, ir-regoli jaħdmu tajjeb, iżda jeħtieġu xi titjib biex jirriflettu l-iżviluppi ekonomiċi. Barra minn hekk, il-“Patt Ekoloġiku Ewropew” (9), “Strateġija industrijali ġdida għall-Ewropa” (10) u “Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa” (11), jistgħu jitqiesu mill-Kummissjoni meta jiġi vvalutat l-impatt tal-għajnuna reġjonali, u dawn jeħtieġu li jsiru xi emendi għar-regoli. F’dan il-kuntest, regoli oħrajn dwar l-għajnuna mill-Istat għaddejjin ukoll minn proċess ta’ reviżjoni u l-Kummissjoni qed tagħti attenzjoni partikolari għall-ambitu ta’ kull linja gwida tematika kif ukoll għall-possibbiltajiet li potenzjalment jiġu kkombinati tipi differenti ta’ għajnuna għall-istess investiment. Bħala tali, l-appoġġ għall-investimenti inizjali għal teknoloġiji ġodda ekoloġiċi li jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tal-proċessi tal-produzzjoni fl-industrija, inklużi l-industriji intensivi fl-enerġija bħall-azzar, jista’ jiġi vvalutat, skont il-karatteristiċi eżatti tagħhom, b’mod partikolari skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni jew għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija. L-għajnuna reġjonali tista’ tiġi kkombinata wkoll ma’ tipi oħra ta’ għajnuna. Huwa possibbli, pereżempju, għall-istess proġett ta’ investiment, li l-għajnuna reġjonali tiġi kkombinata ma’ appoġġ skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija jekk dak il-proġett ta’ investiment jiffaċilita l-iżvilupp ta’ żona megħjuna u fl-istess ħin iżid il-livell ta’ protezzjoni ambjentali sal-punt li l-investiment jew parti minnu jikkwalifika għal appoġġ taħt iż-żewġ regoli tematiċi u d-dispożizzjonijiet taż-żewġ settijiet ta’ regoli jiġu rispettati. B’dan il-mod, l-Istati taż-ŻEE jistgħu jinċentivaw l-ilħuq taż-żewġ objettivi bl-aħjar mod, filwaqt li jevitaw kumpens żejjed. […] (12). |
7a. |
L-ESA tinnota li ċerti strumenti ta’ politika u dispożizzjonijiet leġiżlattivi msemmija mill-Kummissjoni ma jistgħux jiġu inkorporati fil-Ftehim ŻEE. Filwaqt li tqis is-sitwazzjoni leġiżlattiva partikolari tal-Istati taż-ŻEE-EFTA, l-ESA madankollu, bil-għan li tiżgura applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat, u kundizzjonijiet ugwali ta’ kompetizzjoni fiż-ŻEE kollha, ġeneralment se tapplika l-istess punti ta’ referenza bħal-Linji Gwida tal-Kummissjoni meta tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna reġjonali mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (*). Konsegwentement, dawn il-Linji Gwida jinkludu referenzi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea u għad-dokumenti ta’ politika li jinsabu fil-Linji Gwida tal-Kummissjoni (**). Dan ma jimplikax li l-Istati taż-ŻEE-EFTA huma obbligati jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni li ma ġietx implimentata fil-Ftehim ŻEE. |
8. |
Bi tweġiba għad-disturb ekonomiku maħluq mill-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni stabbiliet strumenti mmirati, bħall-Qafas Temporanju għall-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat (13). Il-pandemija jista’ jkollha effetti aktar fit-tul f’ċerti żoni milli f’oħrajn. F’dan il-mument, għadu kmieni wisq biex wieħed ibassar l-impatt tal-pandemija fuq perjodu ta’ żmien medju u fit-tul biex jiġu identifikati liema żoni se jkunu partikolarment affettwati. Għalhekk, l-ESA qiegħda tippjana rieżami ta’ nofs it-terminu tal-mapep tal-għajnuna reġjonali fl-2023, li se jqis l-aktar statistika reċenti disponibbli. |
2. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
2.1. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna reġjonali
9. |
Il-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà stabbiliti f’dawn l-Linji Gwida huma applikabbli kemm għall-iskemi ta’ għajnuna reġjonali notifikabbli kif ukoll għall-għajnuna individwali notifikabbli. |
10. |
Dawn il-Linji Gwida ma jkoprux l-għajnuna mill-Istat mogħtija lis-setturi tal-azzar (14), tal-linjite (15) u tal-faħam (16). |
11. |
L-ESA se tapplika l-prinċipji stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida għall-għajnuna reġjonali fis-setturi l-oħrajn kollha tal-attività ekonomika li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE, minbarra s-setturi li huma soġġetti għal regoli speċifiċi dwar l-għajnuna mill-Istat, b’mod partikolari, […] (17) (18) fit-trasport (19), fil-broadband (20), u fl-enerġija (21), ħlief fejn l-għajnuna mill-Istat tingħata f’dawn is-setturi bħala parti minn skema ta’ għajnuna operatorja reġjonali orizzontali. |
12. |
L-ESA se tapplika l-prinċipji stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida għall-ipproċessar u għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli fi prodotti mhux agrikoli (22). |
13. |
Hemm it-tendenza li l-kumpaniji l-kbar jintlaqtu anqas mill-impriżi żgħar u medji (SMEs) mir-restrizzjonijiet reġjonali għall-investiment jew għaż-żamma ta’ attività ekonomika f’żona megħjuna. L-ewwel, l-impriżi l-kbar jistgħu jiksbu kapital u kreditu fis-swieq globali aktar faċilment u huma anqas ristretti mill-offerta aktar limitata tas-servizzi finanzjarji f’żoni megħjuna. It-tieni, l-investimenti mill-impriżi l-kbar jistgħu jipproduċu ekonomiji ta’ skala li jnaqqsu l-kostijiet inizjali speċifiċi għal-lokalità u, f’ħafna aspetti, ma jkunux marbutin maż-żona li fiha jseħħ l-investiment. It-tielet, impriżi kbar li jippjanaw investimenti normalment ikollhom setgħa ta’ negozjar konsiderevoli meta mqabbla mal-awtoritajiet, u dan jista’ jwassal biex l-għajnuna tkun tista’ tingħata mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa jew mingħajr ġustifikazzjoni xierqa. Fl-aħħar, l-impriżi l-kbar għandhom tendenza akbar li jkunu atturi importanti fis-suq ikkonċernat u, konsegwentement, l-investiment li għalih tingħata l-għajnuna jista’ joħloq tfixkil fil-kompetizzjoni u fil-kummerċ fis-suq intern. |
14. |
Peress li għajnuna reġjonali mogħtija lil impriżi kbar għall-investimenti tagħhom aktarx li mhux se jkollha effett ta’ inċentiv, bħala regola ma tistax titqies kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE, sakemm ma tingħatax għal investimenti inizjali li joħolqu attivitajiet ekonomiċi ġodda f’dawn iż-żoni “c” f’konformità mal-kriterji stipulati f’dawn il-Linji Gwida. […] (23) (24). |
15. |
L-għajnuna reġjonali li l-għan tagħha huwa li tnaqqas l-ispejjeż kurrenti ta’ impriża tikkostitwixxi għajnuna operatorja. L-għajnuna operatorja tista’ titqies kompatibbli biss jekk ikun jista’ jintwera li hija meħtieġa għall-iżvilupp taż-żona, pereżempju jekk timmira li tnaqqas ċerti diffikultajiet speċifiċi li jiffaċċjaw l-SMEs fl-aktar żoni żvantaġġati (skont l-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim ŻEE), jekk tikkumpensa għal kostijiet addizzjonali mġarrba fit-twettiq ta’ attività ekonomika fir-reġjuni ultraperiferiċi, jew jekk tipprevjeni jew tnaqqas id-depopolazzjoni f’żoni skarsament popolati u f’żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna. |
16. |
Dawn il-Linji Gwida ma jkoprux għajnuna operatorja mogħtija lil impriżi li l-attività ewlenija tagħhom taqa’ taħt it-Taqsima K “Attivitajiet finanzjarji u marbuta ma’ assigurazzjoni” tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi (25) tan-NACE Rev. 2 jew lil impriżi li jwettqu attivitajiet intragrupp u li l-attività ewlenija tagħhom taqa’ taħt il-klassijiet 70.10 “Attivitajiet ta’ uffiċċji ċentrali” jew 70.22 “Negozju u attivitajiet oħra ta’ konsulenza dwar ġestjoni” tan-NACE Rev. 2. |
17. |
L-għajnuna reġjonali ma tistax tingħata lil impriżi f’diffikultà, kif definit għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (26). |
18. |
Meta tivvaluta l-għajnuna reġjonali mogħtija lil impriża li hija soġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti b’segwitu għal deċiżjoni preċedenti tal-ESA li tiddikjara għajnuna bħala illegali u inkompatibbli mat-tħaddim tal-Ftehim ŻEE, l-ESA se tqis kwalunkwe għajnuna li tkun għad trid tiġi rkuprata (27). |
2.2. Definizzjonijiet
19. |
Għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
3. GĦAJNUNA REĠJONALI NOTIFIKABBLI
20. |
Fil-prinċipju, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jinnotifikaw l-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (“Protokoll 3”), bl-eċċezzjoni ta’ miżuri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’Regolament ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija inkorporat fil-Ftehim ŻEE permezz tal-Anness XV (32). |
21. |
Il-Kummissjoni se tapplika dawn il-Linji Gwida għall-iskemi ta’ għajnuna reġjonali notifikabbli u għall-għajnuna reġjonali individwali notifikabbli. |
22. |
IL-għajnuna individwali mogħtija skont skema notifikata tibqa’ soġġetta għall-obbligu ta’ notifika skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 jekk l-għajnuna mis-sorsi kollha taqbeż il-limitu ta’ notifika individwali stabbilit fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (33) (“GBER”) għall-għajnuna għall-investiment reġjonali. |
23. |
L-għajnuna individwali mogħtija skont skema notifikata tibqa’ soġġetta wkoll għall-obbligu ta’ notifika skont l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 sakemm il-benefiċjarju ma jkunx:
|
4. KOSTIJIET ELIĠIBBLI
4.1. L-għajnuna għall-investiment
24. |
Il-kostijiet eliġibbli huma kif ġej:
|
25. |
Meta l-kostijiet eliġibbli jiġu stabbiliti abbażi ta’ kostijiet tal-investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli, huma eliġibbli biss il-kostijiet tal-assi li jagħmlu parti mill-investiment inizjali fl-istabbiliment tal-benefiċjarju tal-għajnuna li jinsab fiż-żona megħjuna fil-mira. |
26. |
B’deroga mill-kundizzjoni fil-paragrafu 25, l-assi tal-għodod (34) destinati għall-fornituri jistgħu jiġu inklużi fil-kostijiet eliġibbli tal-impriża li tkun akkwistathom (jew ipproduċiethom) jekk jintużaw matul il-perjodu minimu sħiħ ta’ manutenzjoni ta’ ħames snin għal intrapriżi kbar, u tliet snin għall-SMEs, għal operazzjoni ta’ pproċessar jew assemblaġġ tal-benefiċjarju tal-għajnuna marbuta direttament ma’ proċess ta’ produzzjoni bbażat fuq l-investiment inizjali megħjun tal-benefiċjarju tal-għajnuna. Din id-deroga hija applikabbli diment li l-istabbiliment tal-fornitur ikun jinsab f’żona megħjuna, il-fornitur innifsu ma jirċevix għajnuna għall-investiment reġjonali jew għajnuna għall-investiment għall-SMEs skont l-Artikolu 17 tal-GBER għall-assi kkonċernati, u l-intensità tal-għajnuna ma taqbiżx l-intensità massima rilevanti tal-għajnuna applikabbli għal-lokalità tal-istabbiliment tal-fornitur. Kull aġġustament tal-intensità tal-għajnuna għal proġetti kbar ta’ investiment japplika wkoll għall-għajnuna kkalkulata għall-kostijiet tal-assi tal-għodod destinati għall-fornituri, li jkunu kkunsidrati li jiffurmaw parti mill-kostijiet tal-investiment ġenerali tal-investiment inizjali. |
4.1.1. Il-kostijiet eliġibbli kkalkolati abbażi tal-kostijiet ta’ investiment
27. |
L-assi akkwiżiti jridu ikunu ġodda, minbarra għall-SMEs jew fil-każ ta’ akkwiżizzjoni ta’ stabbiliment (35). |
28. |
Għall-SMEs, sa 50 % tal-kostijiet tal-istudji preparatorji u tal-kostijiet ta’ servizzi ta’ konsulenza marbuta mal-investiment jistgħu jitqiesu wkoll bħala kostijiet eliġibbli. |
29. |
Għal għajnuna mogħtija lil intrapriżi kbar għal bidla fundamentali fil-proċess tal-produzzjoni, il-kostijiet eliġibbli jridu jaqbżu d-deprezzament tal-assi marbuta mal-attività li tkun trid tiġi mmodernizzata matul it-tliet snin fiskali preċedenti. |
30. |
Fil-każ ta’ għajnuna mogħtija għal diversifikazzjoni ta’ stabbiliment eżistenti, il-kostijiet eliġibbli jridu jaqbżu l-valur kontabilistiku tal-assi li jkunu qed jerġgħu jintużaw b’mill-anqas 200 %, kif irreġistrat fis-sena fiskali ta’ qabel bdew ix-xogħlijiet. |
31. |
Il-kostijiet marbuta mal-lokazzjoni tal-assi tanġibbli jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-kundizzonijiet li ġejjin:
|
32. |
Fil-każ ta’ investiment inizjali kif imsemmi fil-paragrafu 19(13)(b) jew 19(14)(b), fil-prinċipju għandhom jitqiesu biss il-kostijiet tax-xiri tal-assi minn partijiet terzi mhux relatati max-xerrej. Madankollu, jekk membru tal-familja tas-sid oriġinali, jew impjegat, jieħu f’idejh intrapriża żgħira, il-kundizzjoni li l-assi jridu jinxtraw minn partijiet terzi mhux relatati max-xerrej ma tapplikax. It-tranżazzjoni trid isseħħ skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Jekk l-akkwiżizzjoni tal-assi ta’ stabbiliment tkun akkumpanjata minn investiment addizzjonali eliġibbli għall-għajnuna reġjonali, il-kostijiet eliġibbli ta’ dak l-investiment addizzjonali għandhom jiġu miżjuda mal-kostijiet tal-akkwiżizzjoni tal-assi tal-istabbiliment. |
33. |
Fil-każ ta’ intrapriżi kbar, il-kostijiet ta’ assi intanġibbli huma eliġibbli biss sa limitu ta’ 50 % tal-kostijiet ta’ investiment eliġibbli totali għall-investiment inizjali. Għall-SMEs, 100 % tal-kostijiet tal-assi intanġibbli huma eliġibbli. |
34. |
L-assi intanġibbli li jistgħu jitqiesu għall-kalkolu tal-kostijiet tal-investiment iridu jibqgħu assoċjati maż-żona kkonċernata u ma għandhomx jiġu ttrasferiti għal żoni oħrajn. Għal dak il-għan, l-assi intanġibbli jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
4.1.2. Il-kostijiet eliġibbli kkalkulati fuq il-bażi tal-kostijiet lavorattivi
35. |
L-għajnuna reġjonali tista’ tiġi kkalkulata wkoll b’referenza għall-kostijiet lavorattivi previsti marbuta mal-impjiegi maħluqa bħala riżultat ta’ investiment inizjali. L-għajnuna tista’ tikkumpensa biss il-kostijiet tal-pagi relatati mal-ħolqien tal-impjiegi, ikkalkulati fuq sentejn, u l-intensità tal-għajnuna li tirriżulta ma tridx taqbeż l-intensità massima applikabbli tal-għajnuna fiż-żona kkonċernata. |
36. |
Meta l-kostijiet eliġibbli jiġu kkalkulati b’referenza għall-kostijiet lavorattivi stmati kif imsemmi fil-paragrafu 35, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
4.2. Għajnuna operatorja
37. |
Il-kostijiet eliġibbli fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna operatorja jridu jkunu predefiniti u attribwibbli għal kollox għall-problemi li l-għajnuna tkun maħsuba li tindirizza, kif muri mill-Istat taż-ŻEE-EFTA. |
38. |
[…]. |
5. VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA REĠJONALI
39. |
L-ESA se tikkunsidra miżura ta’ għajnuna reġjonali kompatibbli mal-Artikolu 61(3) tal-Ftehim ŻEE biss jekk l-għajnuna tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-koeżjoni reġjonali. L-għan irid ikun jew li jiġi promoss l-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni “a” jew li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ żoni “c” (Taqsima 5.1) u barra minn hekk trid tissodisfa kull wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
40. |
Il-bilanċ ġenerali ta’ ċerti kategoriji ta’ skemi jista’ jkun soġġett ukoll għal rekwiżit li titwettaq evalwazzjoni ex post, kif deskritt fit-Taqsima 6. F’każijiet bħal dawn, l-ESA tista’ tillimita t-tul tal-iskemi (normalment għal erba’ snin jew anqas) bil-possibbiltà li terġa’ tinnotifika l-estensjoni tad-data ta’ skadenza tagħhom wara dan. |
41. |
Jekk miżura ta’ għajnuna mill-Istat, il-kundizzjonijiet mehmużin magħha (inkluż il-metodu ta’ finanzjament tagħha meta dan jifforma parti integrali mill-miżura ta’ għajnuna mill-Istat), jew l-attività li tiffinanzja tkun tinvolvi ksur ta’ dispożizzjoni rilevanti tad-dritt taż-ŻEE, l-għajnuna ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (36). |
5.1. Kontribut għall-iżvilupp u għall-koeżjoni reġjonali
42. |
L-objettiv primarju tal-għajnuna reġjonali huwa l-iżvilupp ekonomiku taż-żoni żvantaġġati fiż-ŻEE. Billi tippromwovi u tiffaċilita l-iżvilupp sostenibbli ta’ żoni megħjuna, l-għajnuna ttejjeb il-koeżjoni ekonomika u soċjali billi tnaqqas id-disparitajiet fil-livell ta’ żvilupp bejn iż-żoni. |
5.1.1. Skemi ta’ għajnuna għall-investiment
43. |
L-iskemi ta’ għajnuna reġjonali għandhom jiffurmaw parti integrali minn strateġija ta’ żvilupp reġjonali b’objettivi definiti b’mod ċar. |
44. |
L-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu juru li l-iskema hija konsistenti mal-istrateġija ta’ żvilupp taż-żona kkonċernata u tikkontribwixxi għaliha. Għal dan l-għan, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jirreferu għal evalwazzjonijiet ta’ skemi ta’ għajnuna mill-Istat, valutazzjonijiet tal-impatt preċedenti li twettqu mill-awtoritajiet awtorizzanti, jew opinjonijiet esperti. Sabiex jiġi żgurat li l-iskema ta’ għajnuna tikkontribwixxi għall-istrateġija ta’ żvilupp, trid tinkludi metodu li jippermetti lill-awtoritajiet awtorizzanti jipprijoritizzaw u jagħżlu l-proġetti tal-investiment li jissodisfaw l-objettivi tal-iskema (pereżempju, abbażi ta’ metodu formali tal-għoti ta’ punteġġi). |
45. |
L-iskemi ta’ għajnuna reġjonali jistgħu jiġu stabbiliti f’żoni “a” biex jappoġġaw investimenti inizjali ta’ SMEs jew ta’ intrapriżi kbar. F’żoni “c”, l-iskemi jistgħu jiġu stabbiliti biex jappoġġaw investimenti inizjali ta’ SMEs u investimenti inizjali li joħolqu attivitajiet ekonomiċi ġodda ta’ intrapriżi kbar. |
46. |
Meta tagħti l-għajnuna għal proġetti individwali ta’ investiment abbażi ta’ skema, l-awtorità awtorizzanti trid tivverifika li l-proġett magħżul se jikkontribwixxi għall-objettiv tal-iskema u b’hekk għall-istrateġija ta’ żvilupp fiż-żona kkonċernata. Għal dan il-għan, l-Istati taż-ŻEE-EFTA għandhom jirreferu għall-informazzjoni pprovduta mill-applikant għall-għajnuna fil-formola tal-applikazzjoni għall-għajnuna li fiha jiddeskrivu l-effetti pożittivi tal-investiment fuq l-iżvilupp taż-żona kkonċernata (37). |
47. |
Biex jiġi żgurat li l-investiment jagħti kontribut veru u sostnut għall-iżvilupp taż-żona kkonċernata, l-investiment irid jinżamm f’dik iż-żona għal mill-anqas ħames snin, jew għal tliet snin fil-każ ta’ SMEs, wara li jitlesta l-investiment (38). |
48. |
Biex jiġi żgurat li l-investiment ikun vijabbli, l-Istat taż-ŻEE-EFTA jrid jiżgura li l-benefiċjarju tal-għajnuna jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta’ mill-anqas 25 % (39) tal-kostijiet eliġibbli, mir-riżorsi proprji jew permezz ta’ finanzjament estern, f’għamla ħielsa minn kull appoġġ pubbliku (40). |
49. |
Sabiex jiġi evitat li l-miżuri tal-għajnuna mill-Istat iwasslu għal ħsara ambjentali, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jiżguraw ukoll li jkun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE, inkluż b’mod partikolari l-ħtieġa li titwettaq valutazzjoni tal-impatt ambjentali meta l-liġi titlob li jsir dan u li jinkisbu l-permessi rilevanti kollha. |
5.1.2. Għajnuna għall-investiment individwali notifikabbli
50. |
Sabiex juru l-kontribut tal-għajnuna għall-investiment individwali notifikabbli għall-iżvilupp reġjonali, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jużaw indikaturi varji, bħal dawk imsemmija hawn taħt, li jistgħu jkunu kemm diretti (pereżempju, il-ħolqien ta’ impjiegi diretti) kif ukoll indiretti (pereżempju, innovazzjoni lokali):
|
51. |
L-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jirreferu għall-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tal-benefiċjarju tal-għajnuna li jista’ jipprovdi informazzjoni dwar l-għadd ta’ impjiegi li sejrin jinħolqu, is-salarji li jridu jitħallsu (żieda fil-ġid domestiku bħala effett konsegwenzjali), il-volum tal-akkwiżizzjonijiet mingħand produtturi lokali, il-fatturat iġġenerat mill-investiment u li minnu possibbilment tibbenefika ż-żona permezz ta’ dħul addizzjonali mit-taxxa. |
52. |
Għall-għajnuna għall-investiment individwali notifikabbli, japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 47 sa 49. |
53. |
Fil-każ ta’ għajnuna ad hoc (41), minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 50 sa 52, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu juru li l-proġett huwa koerenti mal-istrateġija tal-iżvilupp taż-żona kkonċernata u li jikkontribwixxi għaliha. |
5.1.3. Skemi ta’ għajnuna operatorja
54. |
Skemi ta’ għajnuna operatorja jippromwovu l-iżvilupp ta’ żoni megħjuna biss jekk l-isfidi ffaċċjati minn dawn iż-żoni jiġu identifikati b’mod ċar minn qabel. L-ostakli biex jattiraw jew biex iżommu l-attività ekonomika jistgħu jkunu tant gravi jew permanenti li l-għajnuna għall-investiment waħedha ma tkunx biżżejjed biex dawn iż-żoni jiżviluppaw. |
55. |
Fir-rigward tal-għajnuna maħsuba biex tnaqqas ċerti diffikultajiet speċifiċi ffaċċjati minn SMEs f’żoni “a”, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu juru l-eżistenza u l-livell ta’ dawn id-diffikultajiet speċifiċi u jridu juru l-ħtieġa ta’ skema ta’ għajnuna operatorja minħabba li dawn id-diffikultajiet speċifiċi ma jistgħux jingħelbu bl-għajnuna għall-investiment. |
56. |
[…]. |
57. |
Fir-rigward tal-għajnuna operatorja maħsuba biex tipprevjeni jew tnaqqas id-depopolazzjoni f’żoni skarsament popolati u f’żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu juru r-riskju tad-depopolazzjoni fil-każ li ma tingħatax l-għajnuna operatorja. |
5.2. L-effett ta’ inċentiv
5.2.1. L-għajnuna għall-investiment
58. |
L-għajnuna reġjonali tista’ tinstab kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ZEE biss jekk ikollha effett ta’ inċentiv. Għajnuna mill-Istat titqies li għandha effett ta’ inċentiv meta din tibdel l-imġiba ta’ impriża b’tali mod li din twettaq attività addizzjonali li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ żona, li mingħajr l-għajnuna, ma kinitx twettaq jew kienet tagħmel dan biss b’mod limitat jew differenti jew f’lokalità oħra. L-għajnuna ma tridx tissussidja l-kostijiet ta’ attività li impriża xorta waħda kienet twettaq u ma tridx tikkumpensa għar-riskju kummerċjali normali ta’ attività ekonomika. |
59. |
L-effett ta’ inċentiv jista’ jiġi ppruvat b’żewġ modi:
|
60. |
Jekk l-għajnuna ma tbiddilx l-imġiba tal-benefiċjarju tal-għajnuna billi tistimola investiment inizjali (addizzjonali) fiż-żona kkonċernata, jista’ jitqies li l-istess investiment kien isir fiż-żona anke mingħajr l-għajnuna. Għalhekk, l-għajnuna ma għandhiex effett ta’ inċentiv biex jintlaħaq l-objettiv ta’ żvilupp u koeżjoni reġjonali u ma tistax tiġi approvata bħala kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE skont dawn il-Linji Gwida. |
61. |
Madankollu, fil-każ ta’ għajnuna reġjonali li tingħata minn fondi tal-politika ta’ koeżjoni f’żoni “a” għal investimenti meħtieġa biex jinkisbu l-istandards stabbiliti mid-dritt taż-ŻEE, l-għajnuna tista’ titqies li għandha effett ta’ inċentiv, jekk fin-nuqqas tal-għajnuna, ma kienx ikun profitabbli biżżejjed għall-benefiċjarju tal-għajnuna li jagħmel l-investiment fiż-żona kkonċernata, u b’hekk dan kien iwassal għall-għeluq ta’ stabbiliment eżistenti f’dik iż-żona. |
5.2.1.1.
62. |
Ix-xogħlijiet fuq investiment individwali jistgħu jibdew biss wara li tiġi sottomessa l-formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna. |
63. |
Jekk ix-xogħlijiet jibdew qabel ma tiġi sottomessa l-formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna, kwalunkwe għajnuna li tingħata fir-rigward ta’ dak l-investiment individwali ma titqiesx kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. |
64. |
L-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jissottomettu formola standard ta’ applikazzjoni għall-għajnuna li tinkludi, bħala minimu, l-informazzjoni kollha elenkata fl-Anness VII. Fil-formola tal-applikazzjoni, l-SMEs u l-intrapriżi l-kbar iridu jispjegaw, b’xenarju kontrofattwali, x’kien jiġri kieku ma ngħatawx l-għajnuna, filwaqt li jindikaw ix-xenarju applikabbli deskritt fil-paragrafu 59. |
65. |
Barra minn hekk, intrapriżi kbar iridu jissottomettu evidenza dokumentata li ssostni x-xenarju kontrofattwali deskritt fil-formola tal-applikazzjoni. L-SMEs ma humiex soġġetti għal obbligu bħal dan fir-rigward ta’ għajnuna mhux notifikabbli mogħtija skont skema. |
66. |
L-awtorità awtorizzanti trid twettaq kontroll tal-kredibilità tax-xenarju kontrofattwali u trid tivverifika li l-għajnuna reġjonali għandha l-effett ta’ inċentiv meħtieġ li jikkorrispondi għal wieħed mix-xenarji deskritti fil-paragrafu 59. Xenarju kontrofattwali jitqies kredibbli jekk ikun ġenwin u jekk ikun jirrigwarda l-fatturi prevalenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet fiż-żmien li fih il-benefiċjarju tal-għajnuna jieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment. |
5.2.1.2.
67. |
Minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 62 sa 66, fil-każ ta’ għajnuna individwali notifikabbli, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jipprovdu evidenza ċara li turi li l-għajnuna għandha impatt fuq id-deċiżjoni tal-investiment jew fuq l-għażla tal-lokalità (43). Dawn iridu jispeċifikaw liema xenarju deskritt fil-paragrafu 59 japplika. Sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni komprensiva, l-Istati taż-ŻEE-EFTA ma jridux jipprovdu biss l-informazzjoni dwar il-proġett iżda anke deskrizzjoni komprensiva tax-xenarju kontrofattwali, li fih l-applikant ma jingħata ebda għajnuna minn ebda awtorità pubblika fiż-ŻEE. |
68. |
Fix-xenarju 1, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jagħtu prova li l-għajnuna għandha effett ta’ inċentiv billi jipprovdu d-dokumenti tal-impriża li juru li l-investiment ma jkunx profitabbli biżżejjed mingħajr l-għajnuna. |
69. |
Fix-xenarju 2, l-Istati Membri jistgħu jagħtu prova li l-għajnuna għandha effett ta’ inċentiv billi jipprovdu d-dokumenti tal-impriża li juru li sar tqabbil bejn il-kostijiet u l-benefiċċji ta’ lokalizzazzjoni fiż-żona kkonċernata u dawk f’żona/i alternattiva/i. L-ESA tivverifika jekk dawn il-paraguni jkunux realistiċi. |
70. |
L-Istati taż-ŻEE-EFTA huma mistiedna jibbażaw fuq dokumenti ġenwini u uffiċjali tal-bord, valutazzjonijiet tar-riskji (inkluż il-valutazzjoni ta’ riskji speċifiċi għal-lokalità), rapporti finanzjarji, pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju interni, opinjonijiet esperti u studji oħrajn relatati mal-proġett ta’ investiment li jkun qed jiġi vvalutat. Dawk id-dokumenti jridu jkunu kontemporanji għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-investiment jew dwar il-lokalità tiegħu. Dokumenti li jkun fihom informazzjoni dwar it-tbassir tad-domanda, it-tbassir tal-kostijiet, it-tbassir finanzjarju, dokumenti li jiġu ppreżentati lil kumitat tal-investimenti u li jelaboraw fuq xenarji ta’ investiment, jew dokumenti pprovduti lill-istituzzjonijiet finanzjarji, jistgħu jgħinu lill-Istati taż-ŻEE-EFTA juru l-effett ta’ inċentiv. |
71. |
F’dan il-kuntest, u b’mod partikolari fix-xenarju 1, il-livell ta’ profitabbiltà jista’ jiġi evalwat bl-użu ta’ metodoloġiji li huma prattika standard fl-industrija partikolari, li jistgħu jinkludu metodi għall-evalwazzjoni tal-valur preżenti nett (VPN) (44) tal-proġett, tar-rata ta’ redditu interna (IRR) (45) jew tar-redditu medju fuq il-kapital użat (ROCE). Il-profitabbiltà tal-proġett għandha tiġi mqabbla mar-rati normali ta’ redditu applikati mill-benefiċjarju fi proġetti oħrajn ta’ investiment ta’ natura simili. Fejn dawn ir-rati ma jkunux disponibbli, il-profitabbiltà tal-proġett trid titqabbel mal-kost tal-kapital tal-benefiċjarju b’mod ġenerali jew mar-rati ta’ redditu osservati b’mod komuni fl-industrija kkonċernata. |
72. |
Jekk l-għajnuna ma tbiddilx l-imġiba tal-benefiċjarju tal-għajnuna billi tistimula investiment (addizzjonali) fiż-żona, ma hemm l-ebda effett pożittiv għaż-żona. Għalhekk, l-għajnuna ma titqiesx kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE jekk ikun jidher li l-istess investiment kien isir fiż-żona anke mingħajr l-għoti tal-għajnuna. |
5.2.2. Skemi ta’ għajnuna operatorja
73. |
Fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna operatorja, l-għajnuna titqies li għandha effett ta’ inċentiv jekk ikun probabbli li, fin-nuqqas tal-għajnuna, il-livell ta’ attività ekonomika fiż-żona kkonċernata jonqos b’mod sinifikanti minħabba l-problemi li l-għajnuna hija mmirata li tindirizza. |
74. |
Għalhekk, l-ESA se tqis li l-għajnuna operatorja tipprovdi inċentiv għal attività ekonomika addizzjonali fiż-żona, jekk l-Istat taż-ŻEE-EFTA jkun wera l-eżistenza u n-natura sostanzjali ta’ dawk il-problemi f’dik iż-żona (ara l-paragrafi 54 sa 57). |
5.3. Il-bżonn għal intervent mill-Istat
75. |
Sabiex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna mill-Istat hijiex neċessarja biex jintlaħaq l-objettiv ta’ żvilupp u koeżjoni reġjonali, jeħtieġ li l-ewwel issir dijanjożi tal-problema. L-għajnuna mill-Istat għandha tkun immirata lejn sitwazzjonijiet li fihom l-għajnuna tista’ twassal għal titjib materjali li s-suq ma jkunx kapaċi jipprovdi. Dan huwa partikolarment importanti f’kuntest ta’ riżorsi pubbliċi skarsi. |
76. |
Miżuri ta’ għajnuna mill-Istat jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jikkoreġu fallimenti tas-suq u b’hekk jikkontribwixxu għall-funzjonament effiċjenti tas-swieq u jsaħħu l-kompetittività. Meta s-swieq jipprovdu eżiti effiċjenti iżda tali eżiti jitqiesu bħala mhux sodisfaċenti f’termini ta’ ekwità jew ta’ koeżjoni, l-għajnuna mill-Istat tista’ tintuża biex jinkiseb eżitu tas-suq aktar mixtieq u ekwu. |
77. |
Fir-rigward tal-għajnuna mogħtija għall-iżvilupp ta’ żoni inklużi fil-mappa tal-għajnuna reġjonali f’konformità mar-regoli fit-Taqsima 7 ta’ dawn il-Linji Gwida, l-ESA tqis li f’dawn iż-żoni, is-suq mhux iwassal l-eżiti li jirriżultaw f’livell sodisfaċenti ta’ żvilupp ekonomiku u ta’ koeżjoni mingħajr l-intervent mill-Istat. Għalhekk, l-għajnuna mogħtija f’dawk iż-żoni hija meqjusa neċessarja. |
5.4. L-adegwatezza tal-għajnuna reġjonali
78. |
Il-miżura ta’ għajnuna trid tkun strument ta’ politika adegwat għall-indirizzar tal-objettiv ta’ politika kkonċernat. Miżura ta’ għajnuna ma titqiesx kompatibbli jekk strumenti ta’ politika anqas distortivi jew tipi oħrajn ta’ strumenti ta’ għajnuna anqas distortivi jippermettu li jinkiseb l-istess kontribut pożittiv għall-iżvilupp u għall-koeżjoni reġjonali. |
5.4.1. L-adegwatezza fost strumenti ta’ politika alternattivi
5.4.1.1.
79. |
L-għajnuna għall-investiment reġjonali ma hijiex l-uniku strument ta’ politika disponibbli għall-Istati taż-ŻEE-EFTA biex isaħħu l-investiment u l-ħolqien tax-xogħol f’żoni megħjuna. L-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jużaw miżuri oħrajn bħall-iżvilupp tal-infrastruttura, it-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ, jew it-titjib fl-ambjent tan-negozju. |
80. |
Meta jinnotifikaw skema ta’ għajnuna għall-investiment, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jindikaw għaliex l-għajnuna reġjonali hija strument xieraq biex tgħin fl-iżvilupp taż-żona. |
81. |
Jekk Stat taż-ŻEE-EFTA jiddeċiedi li jistabbilixxi skema ta’ għajnuna settorjali, irid juri l-vantaġġi ta’ li jagħmel dan minflok juża skema multisettorjali jew għażliet ta’ politika oħrajn. |
82. |
B’mod partikolari, l-ESA se tqis kull valutazzjoni tal-impatt tal-iskema ta’ għajnuna proposta li l-Istati taż-ŻEE-EFTA jagħmlu disponibbli. Bl-istess mod, tista’ tqis ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet ex post deskritti fit-Taqsima 6 biex tivvaluta l-adegwatezza tal-iskema proposta. |
83. |
Fil-każ ta’ għajnuna għall-investiment ad hoc, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu juru kif l-għajnuna tista’ tikkontribwixxi aħjar għall-iżvilupp taż-żona mill-għajnuna taħt skema jew tipi oħrajn ta’ miżuri. |
5.4.1.2.
84. |
L-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu juru li l-għajnuna hija adegwata biex jintlaħaq l-objettiv tal-iskema għall-problemi li l-għajnuna għandha l-għan li tindirizza. Sabiex juru li l-għajnuna hija adegwata, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-għajnuna ex ante bħala somma fissa li tkopri l-kostijiet addizzjonali mistennija matul perjodu partikolari, biex iħeġġu lill-impriżi jikkontrollaw il-kostijiet u jiżviluppaw in-negozju tagħhom b’mod iktar effiċjenti matul iż-żmien (46). |
5.4.2. Adegwatezza fost strumenti differenti ta’ għajnuna
85. |
L-għajnuna reġjonali tista’ tingħata f’diversi forom. Madankollu l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jiżguraw li l-għajnuna tingħata fil-forma li aktarx se jkollha l-anqas impatt fid-distorsjonijiet tal-kummerċ u tal-kompetizzjoni. Jekk l-għajnuna tingħata f’għamliet li jipprovdu vantaġġ pekunarju dirett (pereżempju, għotjiet diretti, eżenzjonijiet jew tnaqqis fit-taxxi, fis-sigurtà soċjali jew f’imposti obbligatorji oħrajn, jew il-provvediment ta’ art, prodotti jew servizzi bi prezzijiet favorevoli), l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu juru għaliex għamliet ta’ għajnuna oħrajn li potenzjalment joħolqu anqas distorsjoni, bħal self bil-quddiem ripagabbli jew għajnuna bbażata fuq strumenti ta’ dejn jew ta’ ekwità (pereżempju, self b’imgħax baxx jew tnaqqis tal-imgħax, garanziji tal-Istat, ix-xiri ta’ parteċipazzjoni azzjonarja jew injezzjoni alternattiva ta’ kapital b’termini favorevoli), ma jkunux adegwati. |
86. |
Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet ex post, kif deskritt fit-Taqsima 6, jistgħu jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-istrument għall-għajnuna propost. |
5.5. Proporzjonalità tal-ammont tal-għajnuna (il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ)
5.5.1. L-għajnuna għall-investiment
87. |
L-ammont tal-għajnuna reġjonali jrid ikun limitat għall-minimu meħtieġ biex jistimula investimenti jew attività addizzjonali fiż-żona kkonċernata. |
88. |
Biex tiżgura l-prevedibbiltà u kundizzjonijiet ekwi, l-ESA tapplika intensitajiet massimi tal-għajnuna (47) għal għajnuna għall-investiment. |
89. |
Fil-każ ta’ proġett ta’ investiment inizjali, l-intensità massima tal-għajnuna u l-ammont massimu tal-għajnuna (48) (l-ammont aġġustat tal-għajnuna u l-intensità tal-għajnuna mnaqqsa relatata fil-każ ta’ proġett kbir ta’ investiment) (49) iridu jiġu kkalkolati mill-awtorità awtorizzanti meta tagħti l-għajnuna jew meta tinnotifika l-għajnuna lill-ESA, skont liema jiġi l-ewwel. |
90. |
Minħabba li proġetti kbar ta’ investiment huma probabbli li jwasslu għal distorsjonijiet akbar tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ, l-ammont tal-għajnuna għal dawn il-proġetti ma jridx jaqbeż l-ammont aġġustat tal-għajnuna. |
91. |
Meta l-investiment inizjali jkun parti minn proġett uniku ta’ investiment u dak il-proġett uniku ta’ investiment jkun proġett kbir ta’ investiment, l-ammont tal-għajnuna għall-proġett uniku ta’ investiment ma jridx jaqbeż l-ammont aġġustat tal-għajnuna. Ir-rata tal-kambju u r-rata ta’ skont li għandhom jiġu applikati għall-finijiet ta’ din ir-regola huma dawk applikabbli fid-data tal-għoti tal-għajnuna għall-ewwel proġett fil-proġett uniku ta’ investiment. |
92. |
L-intensitajiet massimi tal-għajnuna jaqdu skop doppju. |
93. |
L-ewwel, fil-każ ta’ skemi notifikabbli, dawn l-intensitajiet massimi ta’ għajnuna jservu bħala protezzjoni xierqa għall-SMEs: sakemm l-intensità tal-għajnuna tibqa’ anqas mill-massimu permess, l-għajnuna titqies li hija proporzjonata. |
94. |
It-tieni, għall-każijiet l-oħrajn kollha, l-intensitajiet massimi tal-għajnuna jintużaw bħala limitu massimu għall-approċċ tal-kostijiet addizzjonali netti deskritt fil-paragrafi 95 sa 97. |
95. |
Bħala regola ġenerali, l-ESA se tqis li l-għajnuna individwali notifikabbli tkun limitata għall-minimu, jekk l-ammont tal-għajnuna jikkorrispondi għall-kostijiet addizzjonali netti tal-investiment fiż-żona kkonċernata, meta mqabbel max-xenarju kontrofattwali fin-nuqqas tal-għajnuna (50), bl-intensitajiet massimi tal-għajnuna bħala limitu massimu. Bl-istess mod, fil-każ ta’ għajnuna għall-investiment mogħtija lil intrapriżi kbar skont skemi notifikabbli, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jiżguraw li l-ammont tal-għajnuna jkun limitat għall-minimu abbażi ta’ “approċċ tal-kostijiet addizzjonali netti”, bl-intensitajiet massimi tal-għajnuna bħala limitu massimu. |
96. |
Għal sitwazzjonijiet tax-xenarju 1 (deċiżjonijiet dwar investiment), għalhekk, l-ammont tal-għajnuna ma għandux jaqbeż il-minimu meħtieġ sabiex il-proġett ikun profitabbli biżżejjed, pereżempju biex l-IRR tiegħu tiżdied aktar mir-rata normali applikata mill-impriża fi proġetti oħrajn ta’ investiment ta’ tip simili jew, meta disponibbli, biex l-IRR tiegħu tiżdied aktar mill-kost tal-kapital tal-benefiċjarju b’mod ġenerali jew aktar mir-rati ta’ redditu komunement miksubin f’dik l-industrija. |
97. |
Għal sitwazzjonijiet tax-xenarju 2 (inċentivi tal-lokalità), l-ammont tal-għajnuna ma għandux jaqbeż id-differenza bejn il-VPN tal-investiment fiż-żona fil-mira u l-VPN fil-post alternattiv. Il-kostijiet u l-benefiċċji rilevanti kollha jridu jiġu kkunsidrati, inkluż pereżempju, il-kostijiet amministrattivi, il-kostijiet għat-trasport, il-kostijiet għat-taħriġ li ma jkunux koperti minn għajnuna għat-taħriġ kif ukoll id-differenzi fil-pagi. Madankollu, f’każ li l-lokalità alternattiva tkun tinsab fiż-ŻEE, is-sussidji f’dik il-lokalità ma jkunux jistgħu jiġu kkunsidrati. |
98. |
Il-kalkoli użati għall-analiżi tal-effett ta’ inċentiv jistgħu jintużaw ukoll biex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna tkunx proporzjonata. L-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu juru l-proporzjonalità abbażi ta’ dokumentazzjoni bħal dik imsemmija fil-paragrafu 70. |
99. |
L-għajnuna għall-investiment tista’ tingħata fl-istess ħin fil-qafas ta’ diversi skemi ta’ għajnuna reġjonali jew b’mod kumulattiv ma’ għajnuna reġjonali ad hoc, bil-kundizzjoni li t-total tal-għajnuna mis-sorsi kollha ma jaqbiżx l-intensità massima tal-għajnuna għal kull proġett li trid tiġi kkalkulata minn qabel mill-ewwel awtorità awtorizzanti. Kull għajnuna oħra mill-Istat fir-rigward tal-istess kostijiet eliġibbli, li jikkoinċidu parzjalment jew kompletament, tista’ tiġi akkumulata biss jekk ma tirriżultax fil-qbiż tal-ogħla intensità ta’ għajnuna jew ammont ta’ għajnuna applikabbli għal din l-għajnuna skont ir-regoli tematiċi applikabbli. Il-kontrolli tal-akkumulazzjoni jridu jitwettqu kemm meta l-għajnuna tingħata kif ukoll meta l-għajnuna titħallas. (51). Jekk l-Istat taż-ŻEE-EFTA jippermetti li l-għajnuna mill-Istat taħt skema waħda tiġi akkumulata ma’ għajnuna mill-Istat taħt skemi oħra, irid jispeċifika, għal kull skema, il-metodu biex tiġi żgurata l-konformità mal-kundizzjonijiet f’dan il-paragrafu. |
100. |
Għal investiment inizjali relatat ma’ proġetti tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (KTE) li jissodisfaw il-kriterji tar-Regolament li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-għan ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg) (52), l-intensità tal-għajnuna applikabbli għaż-żona li fiha jkun jinsab l-investiment inizjali tapplika għall-benefiċjarji kollha parteċipanti fil-proġett. Jekk l-investiment inizjali jkun jinsab f’żewġ żoni megħjuna jew aktar, l-intensità massima tal-għajnuna għall-investiment inizjali tkun dik applikabbli fiż-żona megħjuna fejn jiġġarrab l-akbar ammont tal-kostijiet eliġibbli. Investimenti inizjali li jsiru minn intrapriżi kbar f’żoni “c” jistgħu jirċievu biss għajnuna reġjonali fil-kuntest ta’ proġetti tal-KTE jekk dawn ikunu investimenti inizjali li joħolqu attività ekonomika ġdida. |
5.5.2. Skemi ta’ għajnuna operatorja
101. |
L-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu juru li l-livell tal-għajnuna huwa proporzjonat mal-problemi li l-għajnuna għandha l-għan li tindirizza. |
102. |
B’mod partikolari, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
103. |
Fir-rigward tal-għajnuna maħsuba biex tnaqqas ċerti diffikultajiet speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-SMEs fiż-żoni “a”, il-livell tal-għajnuna jrid jitnaqqas progressivament tul id-durata tal-iskema (53). Dan ma japplikax għal skemi li jipprevjenu d-depopolazzjoni f’żoni skarsament popolati u f’żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna. |
5.6. Evitar ta’ effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ
104. |
Sabiex l-għajnuna tkun kompatibbli, l-effetti negattivi tal-miżura ta’ għajnuna f’termini ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE jridu jkunu limitati u ma jridux ikunu akbar mill-effetti pożittivi tal-għajnuna sa livell li jmur kontra l-interess komuni. |
5.6.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
105. |
Fl-ibbilanċjar ġenerali tal-effetti pożittivi tal-għajnuna (Taqsima 5.1) kontra l-effetti negattivi tagħha fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, l-ESA tista’ tqis, fejn rilevanti, iċ-ċirkostanza li minbarra l-kontribut tagħha għall-iżvilupp u l-koeżjoni reġjonali, l-għajnuna tipproduċi effetti pożittivi oħrajn. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, meta jiġi stabbilit li l-investiment inizjali, minbarra li joħloq impjiegi lokali, jintroduċi attivitajiet ġodda u/jew jiġġenera dħul lokali, jikkontribwixxi sostanzjalment b’mod partikolari għat-tranżizzjoni diġitali jew għat-tranżizzjoni lejn attivitajiet ekoloġiċi sostennibbli, inklużi attivitajiet b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, newtrali għall-klima jew reżiljenti għall-klima. L-ESA se tagħti attenzjoni partikolari għall-Artikolu 3 tar-Regolament tat-Tassonomija tal-UE (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (54), inkluż għall-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti”, jew metodoloġiji komparabbli oħrajn. Barra minn hekk, bħala parti mill-valutazzjoni tal-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, l-ESA tista’ tqis, fejn rilevanti, esternalitajiet negattivi tal-attività megħjuna meta dawn l-esternalitajiet jaffettwaw b’mod negattiv il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Stati taż-ŻEE sa punt li jmur kontra l-interess komuni billi joħolqu jew jaggravaw l-ineffiċjenzi tas-suq (55). |
106. |
F’termini ta’ effetti negattivi, l-għajnuna reġjonali tista’ twassal għal żewġ tipi ewlenin ta’ distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni u l-kummerċ. Dawn huma distorsjonijiet tas-suq tal-prodotti u l-effetti marbutin mal-lokalità. Iż-żewġ tipi ta’ distorsjoni jistgħu jwasslu għal ineffiċjenzi allokattivi (li jimminaw il-prestazzjoni ekonomika tas-suq intern) u għal tħassib fid-distribuzzjoni (distribuzzjoni tal-attività ekonomika bejn iż-żoni). |
107. |
Effett potenzjalment dannuż tal-għajnuna mill-Istat huwa li din timpedixxi lis-suq milli jagħti eżiti effiċjenti billi tippremja lill-aktar produtturi effiċjenti u billi tpoġġi pressjoni fuq dawk l-anqas effiċjenti biex jitjiebu, jirristrutturaw ruħhom jew biex joħorġu mis-suq. L-għajnuna mill-Istat li twassal għal espansjoni sostanzjali tal-kapaċità f’suq bi prestazzjoni baxxa tista’ toħloq distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni, peress li l-ħolqien jew iż-żamma tal-kapaċità żejda jistgħu jagħmlu pressjoni fuq il-marġini tal-profitt, inaqqsu l-investimenti tal-kompetituri jew saħansitra jwasslu biex il-kompetituri joħorġu mis-suq. Dan jista’ jwassal għal sitwazzjoni fejn il-kompetituri li kieku kienu jkunu kapaċi jikkompetu fis-suq, jiġu mġiegħla joħorġu minnu. Tista’ timpedixxi wkoll lil impriżi milli jidħlu jew milli jespandu fis-suq u tista’ ddgħajjef l-inċentivi għall-kompetituri biex ikunu innovattivi. Dan jista’ jwassal għal strutturi ineffiċjenti tas-suq li, fit-tul, huma wkoll ta’ detriment għall-konsumaturi. Id-disponibbiltà tal-għajnuna tista’ tinkoraġġixxi imġiba kompjaċenti jew riskjuża mingħajr bżonn min-naħa ta’ benefiċjarji potenzjali. Huwa probabbli li jkollha effett negattiv fit-tul fuq il-prestazzjoni ġenerali tas-settur. |
108. |
L-għajnuna jista’ jkollha wkoll effetti distortivi f’termini ta’ żieda jew ta’ żamma ta’ saħħa sostanzjali fis-suq għall-benefiċjarju tal-għajnuna. Anke meta l-għajnuna ma ssaħħaħx b’mod dirett is-saħħa sostanzjali fis-suq, tista’ tagħmel dan b’mod indirett, billi tiskoraġġixxi lill-kompetituri eżistenti milli jespandu, li jirriżulta fil-ħruġ tagħhom mis-suq jew billi kompetituri ġodda jiġu skoraġġuti milli jidħlu. |
109. |
Minbarra li toħloq distorsjonijiet fis-swieq tal-prodotti, min-natura proprja tagħha l-għajnuna reġjonali taffettwa wkoll il-lokalità tal-attività ekonomika. Jekk żona waħda tattira investiment permezz tal-għajnuna, żona oħra tkun qed titlef dik l-opportunità. Dawn l-effetti negattivi fiż-żoni milquta b’mod negattiv mill-għajnuna jistgħu jinħassu permezz ta’ telf ta’ attività ekonomika u telf ta’ impjiegi inklużi impjiegi għal sottokuntratturi. Effetti negattivi jistgħu jinħassu wkoll permezz ta’ telf ta’ esternalitajiet pożittivi (pereżempju, effett ta’ raggruppament, tixrid tal-għarfien, edukazzjoni u taħriġ). |
110. |
L-ispeċifiċità ġeografika tal-għajnuna reġjonali tiddistingwiha minn għamliet oħrajn ta’ għajnuna orizzontali. Karatteristika speċifika tal-għajnuna reġjonali hija li għandha l-għan li tinfluwenza l-għażla magħmula mill-investituri dwar fejn jippożizzjonaw il-proġetti tal-investiment. Meta l-għajnuna reġjonali tagħmel tajjeb għall-kostijiet addizzjonali li joriġinaw minn restrizzjonijiet reġjonali u ssostni l-investiment addizzjonali f’żoni megħjuna mingħajr ma tbiegħed l-investiment minn żoni megħjuna oħrajn b’livell simili ta’ żvilupp jew agħar, ma tkunx qed tikkontribwixxi biss għall-iżvilupp taż-żona iżda anke għall-koeżjoni, u finalment tkun qed isservi ta’ ġid għaż-ŻEE kollha. L-effetti tal-lokalizzazzjoni negattivi potenzjali tal-għajnuna reġjonali diġà huma limitati sa ċertu punt mill-mapep tal-għajnuna reġjonali, li jiddefinixxu ż-żoni li fihom tista’ tingħata l-għajnuna reġjonali, f’konformità mal-objettivi tal-iżvilupp ekonomiku reġjonali u tal-politika ta’ koeżjoni, kif ukoll l-intensitajiet tal-għajnuna massimi permissibbli. Madankollu, jibqa’ importanti li wieħed jifhem x’jiġri fin-nuqqas tal-għajnuna biex jiġi vvalutat l-impatt tal-għajnuna fuq l-iżvilupp taż-żona u fuq il-koeżjoni. |
5.6.2. Effetti negattivi b’mod evidenti fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ
111. |
L-ESA tidentifika għadd ta’ sitwazzjonijiet li fihom l-effetti negattivi tal-għajnuna għall-investiment reġjonali fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE jegħlbu b’mod ċar kull effett pożittiv, li jfisser li x’aktarx l-għajnuna ma tiġix iddikjarata kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. |
5.6.2.1.
112. |
Kif indikat fil-paragrafu 107, sabiex jiġu vvalutati l-effetti negattivi tal-għajnuna, l-ESA tqis il-kapaċità addizzjonali tal-produzzjoni maħluqa mill-proġett meta s-suq ma jkunx qed jagħti r-riżultati mistennija. |
113. |
Meta l-investimenti li jżidu l-kapaċità tal-produzzjoni f’suq ikunu saru possibbli minħabba l-għajnuna mill-Istat, hemm riskju li l-produzzjoni jew l-investiment f’żoni oħrajn taż-ŻEE jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv. Dan huwa partikolarment minnu jekk iż-żieda fil-kapaċità taqbeż it-tkabbir tas-suq jew isseħħ f’suq li jkun qed jiffaċċja kapaċità żejda. |
114. |
Għalhekk, meta l-investiment iwassal għall-ħolqien jew għat-tisħiħ ta’ kapaċità żejda f’suq li strutturalment ikun sejjer lura b’mod assolut (jiġifieri s-suq qed jiċkien) (56), l-ESA tqis li l-għajnuna jkollha effett negattiv, li ma jkunx probabbli li jiġi kkumpensat minn xi effett pożittiv. Dan japplika b’mod partikolari għas-sitwazzjonijiet tax-xenarju 1 (deċiżjonijiet dwar l-investiment). |
115. |
Għal sitwazzjonijiet tax-xenarju 2 (deċiżjonijiet dwar il-lokalità), meta l-investiment isir fi kwalunkwe każ fl-istess suq ġeografiku jew, b’mod eċċezzjonali, f’suq ġeografiku differenti, iżda fejn il-bejgħ ikun immirat lejn l-istess suq ġeografiku, l-għajnuna — sakemm tkun limitata għall-minimu meħtieġ biex tikkumpensa għall-iżvantaġġ lokazzjonali u ma tagħtix likwidità addizzjonali lill-benefiċjarju tal-għajnuna — tinfluwenza biss id-deċiżjoni dwar il-lokalità. F’din is-sitwazzjoni, l-investiment iżid kapaċità addizzjonali fis-suq ġeografiku partikolari indipendentement mill-għajnuna. Għalhekk, fil-prinċipju, l-eżiti possibbli f’termini ta’ kapaċità żejda jkunu l-istess irrispettivament mill-għajnuna. Madankollu, jekk il-lokalità alternattiva tal-investiment tkun f’suq ġeografiku differenti, u l-għajnuna twassal għall-ħolqien ta’ kapaċità żejda f’suq li strutturalment ikun sejjer lura b’mod assolut, japplikaw il-konklużjonijiet tal-paragrafu 114. |
5.6.2.2.
116. |
Kif indikat fil-paragrafu 109 u 110, fil-valutazzjoni tal-effetti negattivi tal-għajnuna, l-ESA trid tqis l-effetti fuq il-lokalità tal-attività ekonomika. |
117. |
F’sitwazzjonijiet tax-xenarju 2 (deċiżjonijiet dwar il-lokalità), meta mingħajr l-għajnuna l-investiment kien isir f’żona b’intensità ta’ għajnuna reġjonali (57) li tkun ogħla jew l-istess bħal dik taż-żona fil-mira, dan jikkostitwixxi effett negattiv li ma jkunx probabbli li jiġi kkumpensat minn xi effett pożittiv għaliex imur kontra l-loġika nnifisha tal-għajnuna reġjonali. |
5.6.2.3.
118. |
Meta tevalwa l-miżuri notifikabbli, l-ESA se titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis jekk l-għajnuna mill-Istat tkunx probabbli li tirriżulta f’telf sostanzjali ta’ impjiegi f’lokalitajiet eżistenti fiż-ŻEE. F’sitwazzjoni bħal din, u jekk l-investiment ikun jippermetti lill-benefiċjarju tal-għajnuna jirriloka attività lejn iż-żona fil-mira, jekk ikun hemm rabta kawżali bejn l-għajnuna u r-rilokazzjoni, dan jikkostitwixxi effett negattiv li ma jkunx probabbli li jiġi ikkumpensat b’xi effetti pożittivi. |
5.6.3. Skemi ta’ għajnuna għall-investiment
119. |
L-iskemi ta’ għajnuna għall-investiment ma għandhomx iwasslu għal distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ. B’mod partikolari, anke jekk id-distorsjonijiet jistgħu jitqiesu limitati fuq livell individwali (sakemm ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha tal-għajnuna għall-investiment), fuq bażi kumulattiva l-iskemi xorta waħda jistgħu jwasslu għal livelli għoljin ta’ distorsjoni. Tali distorsjonijiet jistgħu jaffettwaw is-swieq tal-produzzjoni billi joħolqu jew jaggravaw sitwazzjoni ta’ kapaċità żejda, jew billi joħolqu, iżidu jew iżommu s-saħħa sostanzjali fis-suq ta’ wħud mill-benefiċjarji b’tali mod li jaffettwa b’mod negattiv l-inċentivi dinamiċi. L-għajnuna disponibbli taħt skemi tista’ twassal ukoll għal telf sinifikanti ta’ attività ekonomika f’żoni oħrajn taż-ŻEE. Jekk skema tiffoka fuq ċerti setturi, ir-riskju ta’ tali distorsjonijiet huwa saħansitra akbar. |
120. |
Għalhekk, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu juru li dawn l-effetti negattivi se jkunu limitati għall-minimu, filwaqt li jqisu, pereżempju, id-daqs tal-proġetti, l-ammonti tal-għajnuna individwali u kumulattiva, il-benefiċjarji mistennija kif ukoll il-karatteristiċi tas-setturi fil-mira. Sabiex l-ESA tivvaluta l-effetti negattivi probabbli, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jissottomettu l-valutazzjoni tal-impatt u l-evalwazzjonijiet ex post kollha disponibbli mwettqa għal skemi simili ta’ qabel. |
121. |
Meta talloka għajnuna taħt skema għal proġetti individwali, l-awtorità awtorizzanti trid tivverifika u tikkonferma li l-għajnuna mhux se tirriżulta f’effetti negattivi b’mod evidenti, kif deskritt fil-paragrafi 111 sa 118. Din il-verifika tista’ tkun ibbażata fuq l-informazzjoni li tasal mingħand il-benefiċjarju tal-għajnuna meta japplika għall-għajnuna u fuq id-dikjarazzjoni magħmula fil-formola tal-applikazzjoni standard għall-għajnuna, li għandha tindika l-lokalità alternattiva fil-każ li ma tingħatax l-għajnuna. |
5.6.4. Għajnuna għall-investiment individwali notifikabbli
122. |
Meta tivvaluta l-effetti negattivi ta’ għajnuna individwali, l-ESA tagħmel distinzjoni bejn iż-żewġ xenarji kontrofattwali deskritti fil-paragrafi 96 u 97. |
5.6.4.1.
123. |
F’sitwazzjonijiet tax-xenarju 1, l-ESA tagħmel enfasi partikolari fuq l-effetti negattivi marbuta mal-bini ta’ kapaċità żejda fi swieq li sejrin lura, il-prevenzjoni tal-ħruġ, u l-kunċett ta’ saħħa sinifikanti fis-suq. Dawn l-effetti negattivi huma deskritti fil-paragrafi 124 sa 133 u jridu jkunu kontrobilanċjati bl-effetti pożittivi tal-għajnuna. Madankollu, jekk jiġi stabbilit li l-għajnuna tirriżulta fl-effetti negattivi evidenti deskritti fil-paragrafu 114, huwa improbabbli li l-għajnuna tiġi kkumpensata minn xi effett pożittiv u li għalhekk tinstab li tkun kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. |
124. |
Sabiex jidentifikaw u jivvalutaw id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ, l-Istati taż-ŻEE-EFTA għandhom jipprovdu evidenza li tippermetti lill-ESA tidentifika s-swieq tal-prodotti kkonċernati (il-prodotti affettwati mill-bidla fl-imġiba tal-benefiċjarju tal-għajnuna) u tidentifika l-kompetituri u l-klijenti/konsumaturi affettwati. Il-prodott ikkonċernat huwa normalment il-prodott kopert mill-proġett ta’ investiment (58). Meta l-proġett jittratta prodott intermedju u parti sinifikanti tal-produzzjoni ma tinbiegħx fis-suq, il-prodott ikkonċernat jista’ jkun il-prodott downstream. Is-suq tal-prodotti rilevanti jinkludi l-prodott ikkonċernat u s-sostituti tiegħu jkunu meqjusin bħala tali, jew mill-konsumatur (minħabba l-karatteristiċi, il-prezzijiet, jew l-użu maħsub tal-prodott) jew mill-produttur (minħabba l-flessibbiltà tal-installazzjonijiet tal-produzzjoni). |
125. |
L-ESA se tuża diversi kriterji biex tivvaluta dawn id-distorsjonijiet potenzjali, bħall-istruttura tas-suq tal-prodott ikkonċernat, il-prestazzjoni tas-suq (suq li qed jiċkien jew li qed jikber), il-proċess għall-għażla tal-benefiċjarju tal-għajnuna, l-ostakli għad-dħul fis-suq u għall-ħruġ minnu u d-differenzazzjoni bejn il-prodotti. |
126. |
Meta impriża tiddependi b’mod sistematiku fuq l-għajnuna mill-Istat, dan jista’ jindika li l-impriża ma tiflaħx għall-kompetizzjoni waħedha jew li qiegħda tgawdi minn vantaġġi mhux mistħoqqa meta mqabbla mal-kompetituri tagħha. |
127. |
L-ESA tagħmel distinzjoni bejn żewġ sorsi ewlenin ta’ effetti negattivi potenzjali fuq is-swieq tal-prodotti:
|
128. |
Biex tevalwa jekk l-għajnuna sservix biex jinħolqu jew biex jinżammu strutturi ineffiċjenti fis-suq, l-ESA se tqis il-kapaċità addizzjonali fil-produzzjoni maħluqa mill-proġett u jekk is-suq ikunx qiegħed jagħti riżultati tajbin. |
129. |
Jekk is-suq inkwistjoni jkun qiegħed jikber, normalment ikun hemm anqas raġuni għal tħassib li l-għajnuna se taffettwa b’mod negattiv inċentivi dinamiċi jew li se xxekkel bla bżonn il-ħruġ jew id-dħul fis-suq. |
130. |
Min-naħa l-oħra, huwa ġġustifikat li wieħed jitħasseb iktar meta s-swieq ikunu sejrin lura. L-ESA tagħmel distinzjoni bejn każijiet li fihom, minn perspettiva fit-tul, is-suq ikun strutturalment sejjer lura (jiġifieri jkun qiegħed jiċkien), u każijiet li fihom is-suq ikun sejjer lura b’mod relattiv (jiġifieri jkun għadu qiegħed jikber, iżda ma jkunx qabeż ir-rata ta’ referenza għat-tkabbir). |
131. |
Prestazzjoni baxxa tas-suq tipikament titkejjel abbażi tal-prodott domestiku gross (PDG) taż-ŻEE matul it-tliet snin qabel il-bidu tal-proġett (rata ta’ referenza). Din tista’ titkejjel ukoll fuq il-bażi tar-rati tat-tkabbir imbassra għat-tliet snin sa ħames snin li jkun imiss. L-indikaturi jistgħu jinkludu t-tkabbir futur mistenni tas-suq ikkonċernat u r-rati tal-użu tal-kapaċità mistennija riżultanti, kif ukoll l-impatt possibbli taż-żieda fil-kapaċità fuq il-kompetituri f’termini ta’ prezzijiet u marġnijiet tal-profitt. |
132. |
F’ċerti każijiet, il-valutazzjoni tat-tkabbir tas-suq tal-prodotti fiż-ŻEE tista’ ma tkunx adegwata biex jiġu vvalutati l-effetti kollha tal-għajnuna, b’mod partikolari jekk is-suq ġeografiku jkun globali. F’dawn il-każijiet, l-ESA tieħu inkunsiderazzjoni l-effett tal-għajnuna fuq l-istrutturi tas-suq ikkonċernati, b’mod partikolari, il-potenzjal tagħha li tisforza produtturi fiż-ŻEE sabiex joħorġu mis-suq. |
133. |
Sabiex tiġi evalwata l-eżistenza tas-saħħa sinifikanti fis-suq, l-ESA se tqis il-pożizzjoni tal-benefiċjarju tal-għajnuna fuq perjodu ta’ żmien qabel ma jkun irċieva l-għajnuna u l-pożizzjoni mistennija tiegħu fis-suq wara li l-investiment jiġi finalizzat. L-ESA se tqis l-ishma mis-suq tal-benefiċjarju tal-għajnuna, kif ukoll l-ishma mis-suq tal-kompetituri tiegħu u fatturi rilevanti oħrajn. Pereżempju, se tivvaluta l-istruttura tas-suq billi tħares lejn il-konċentrazzjoni tas-suq, l-ostakli potenzjali għad-dħul (59), is-saħħa tax-xerrej (60) u l-ostakli għall-espansjoni jew għall-ħruġ. |
5.6.4.2.
134. |
Jekk l-analiżi kontrofattwali tkun tissuġġerixxi li mingħajr l-għajnuna l-investiment kien iseħħ f’lokalità oħra (xenarju 2) li jagħmel parti mill-istess suq ġeografiku għall-prodott ikkonċernat, u jekk l-għajnuna tkun proporzjonali, l-eżitu f’termini ta’ kapaċità żejda jew ta’ saħħa sinifikanti fis-suq fil-prinċipju aktarx se jkun l-istess, irrispettivament mill-għajnuna. F’dawn il-każijiet, l-effetti pożittivi tal-għajnuna aktarx li jegħlbu l-effetti negattivi limitati fuq il-kompetizzjoni. Madankollu, jekk il-lokalità alternattiva tkun fiż-ŻEE, l-ESA tkun partikolarment imħassba dwar l-effetti negattivi relatati mal-lokalità alternattiva. Għalhekk, jekk l-għajnuna tirriżulta f’effett negattiv b’mod evidenti kif deskritt fil-paragrafi 117 u 118, aktarx li ma tiġix ikkumpensata minn xi effett pożittiv u għalhekk ma jkunx probabbli li tinstab kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. |
5.6.5. Skemi ta’ għajnuna operatorja
135. |
Jekk l-għajnuna tkun meħtieġa u proporzjonali biex tinkiseb il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp u għall-koeżjoni reġjonali deskritta fis-sottotaqsima 5.1.3, l-effetti negattivi tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE aktarx li jiġu kkumpensati minn effetti pożittivi. Madankollu, f’xi każijiet, l-għajnuna tista’ tirriżulta f’bidliet fl-istruttura tas-suq jew fil-karatteristiċi ta’ settur jew ta’ industrija, li jistgħu joħolqu distorsjoni sinifikanti fil-kompetizzjoni permezz ta’ ostakli għad-dħul fis-suq jew għall-ħruġ minnu, għall-effetti ta’ sostituzzjoni, jew għall-ispostament tal-flussi kummerċjali. F’dawk il-każijiet, l-effetti negattivi aktarx li ma jiġux ikkumpensati b’xi effetti pożittivi. |
5.7. Trasparenza
136. |
L-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jippubblikaw l-informazzjoni li ġejja fil-modulu tal-għoti tat-trasparenza tal-Kummissjoni Ewropea (61) jew fuq sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat, fuq livell nazzjonali jew reġjonali:
|
137. |
Fir-rigward tal-għajnuna mogħtija lill-proġetti tal-KTE, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 136 trid titqiegħed fuq is-sit web tal-Istat taż-ŻEE li fih tinsab l-Awtorità Maniġerjali (62) kkonċernata. Inkella, l-Istati taż-ŻEE parteċipanti jistgħu jiddeċiedu li kull wieħed minnhom għandu jipprovdi l-informazzjoni dwar il-miżuri tal-għajnuna fit-territorju tiegħu fuq is-siti web rispettivi. |
138. |
L-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jorganizzaw is-siti web komprensivi tagħhom dwar l-għajnuna mill-Istat, kif imsemmi fil-paragrafu 136, b’tali mod li l-informazzjoni tkun tista’ tiġi aċċessata faċilment. L-informazzjoni trid tiġi ppubblikata f’format ta’ data ta’ spreadsheet nonproprjetarju, li jippermetti li d-data tiġi mfittxija, estratta u mniżżla b’mod effettiv u ppubblikata faċilment fuq l-Internet, pereżempju f’format CSV jew XML. Il-pubbliku ġenerali jrid jitħalla jaċċessa s-sit web mingħajr ebda restrizzjoni, inkluża reġistrazzjoni tal-utent minn qabel. |
139. |
Għall-iskemi fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 136.2 se jitqiesu ssodisfati jekk l-Istati taż-ŻEE-EFTA jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa dwar l-ammonti tal-għajnuna individwali fil-meded li ġejjin (f’miljuni ta’ EUR):
|
140. |
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 136.2 trid tiġi ppubblikata fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna, jew fil-każ ta’ għajnuna fil-forma ta’ benefiċċju fuq it-taxxa, fi żmien sena mid-data meta trid tintbagħat id-dikjarazzjoni tat-taxxa (63). Għal għajnuna li hija illegali iżda li sussegwentement tinstab kompatibbli, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jippubblikaw din l-informazzjoni fi żmien sitt xhur mid-data tad-deċiżjoni tal-ESA li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli. Sabiex tippermetti l-infurzar tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat skont il-Ftehim ŻEE, l-informazzjoni trid tibqa’ disponibbli għal mill-inqas 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna. |
141. |
L-ESA se tippubblika fuq is-sit web tagħha l-link għas-sit web dwar l-għajnuna mill-Istat li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 136. |
6. EVALWAZZJONI
142. |
Sabiex ikompli jiġi żgurat li d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ tkun limitata, l-ESA tista’ titlob li l-iskemi ta’ għajnuna kif imsemmi fil-paragrafu 143 ikunu soġġetti għal evalwazzjoni ex post. L-evalwazzjonijiet se jitwettqu għall-iskemi fejn id-distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ tkun partikolarment għolja, jiġifieri, li hemm riskju ta’ restrizzjoni jew ta’ distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni jekk l-implimentazzjoni tagħhom ma tiġix rieżaminata fi żmien xieraq. |
143. |
Tista’ tkun meħtieġa evalwazzjoni ex post għal skemi b’baġits kbar għall-għajnuna, jew li jkun fihom karatteristiċi ġodda, jew meta jkunu previsti bidliet sinifikanti fis-suq, fit-teknoloġija jew dawk regolatorji. Fi kwalunkwe każ, l-evalwazzjoni se tkun meħtieġa għal skemi b’baġit tal-għajnuna mill-Istat jew nefqa kontabbilizzata ta’ aktar minn EUR 150 miljun fi kwalunkwe sena partikolari jew ta’ aktar minn EUR 750 miljun matul it-tul ta’ żmien totali tagħhom, jiġifieri t-tul ta’ żmien ikkombinat tal-iskema u ta’ kwalunkwe skema ta’ qabel li tkopri objettiv u żona ġeografika simili, sa mill-1 ta’ Jannar 2022. Minħabba l-objettiv tal-evalwazzjoni, u biex jiġi evitat li jitqiegħed piż sproporzjonat fuq l-Istati taż-ŻEE-EFTA, evalwazzjonijiet ex post huma meħtieġa biss għal skemi ta’ għajnuna li t-tul ta’ żmien totali tagħhom jaqbeż it-tliet snin, li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2022. |
144. |
Ir-rekwiżit tal-evalwazzjoni ex post jista’ jiġi eżentat fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna li jkunu suċċessur immedjat ta’ skema li tkopri objettiv u żona ġeografika simili li kienet soġġetta għal evalwazzjoni, li r-rapport ta’ evalwazzjoni finali tagħha kien f’konformità mal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-ESA u ma ġġenerat l-ebda sejba negattiva. Fejn ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali ta’ skema ma jkunx konformi mal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat, dik l-iskema trid tiġi sospiża b’effett immedjat. |
145. |
L-għan tal-evalwazzjoni għandu jkun li jiġi verifikat jekk is-suppożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet sottostanti għall-kompatibbiltà tal-iskema ntlaħqux, b’mod partikolari l-ħtieġa u l-effettività tal-miżura ta’ għajnuna fid-dawl tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tagħha. Din għandha tivvaluta wkoll l-impatt tal-iskema fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. |
146. |
Għal skemi ta’ għajnuna soġġetti għar-rekwiżit ta’ evalwazzjoni skont il-paragrafu 143, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jinnotifikaw abbozz ta’ pjan ta’ evalwazzjoni, li jifforma parti integrali mill-valutazzjoni tal-ESA” tal-iskema, kif ġej:
|
147. |
L-abbozz tal-pjan ta’ evalwazzjoni jrid ikun f’konformità mal-prinċipji metodoloġiċi komuni pprovduti mill-ESA (64). L-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jippubblikaw il-pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-ESA. |
148. |
L-evalwazzjoni ex post trid issir minn espert li jkun indipendenti mill-awtorità awtorizzanti tal-għajnuna fuq il-bażi tal-pjan ta’ evalwazzjoni. Kull evalwazzjoni trid tinkludi mill-inqas rapport ta’ evalwazzjoni interim wieħed u wieħed finali. L-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jippubblikaw iż-żewġ rapporti. |
149. |
Ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali jrid jiġi ppreżentat lill-ESA fi żmien xieraq, biex tkun tista’ tiġi vvalutata kull estensjoni tal-iskema ta’ għajnuna u mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tiskadi. Dak il-perjodu jista’ jitnaqqas għal skemi li jiskattaw ir-rekwiżit ta’ evalwazzjoni fl-aħħar sentejn ta’ implimentazzjoni tagħhom. L-ambitu u l-arranġamenti preċiżi ta’ kull evalwazzjoni jiġu stabbiliti fid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna. In-notifika ta’ kull miżura ta’ għajnuna sussegwenti b’objettiv simili trid tiddeskrivi b’liema mod ġew meqjusin ir-riżultati tal-evalwazzjoni. |
7. MAPEP TAL-GĦAJNUNA REĠJONALI
150. |
F’din it-taqsima, l-ESA tistabbilixxi l-kriterji għall-identifikazzjoni taż-żoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 61(3)(a) u (c) tal-Ftehim ŻEE. Iż-żoni li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet u li l-Istati taż-ŻEE-EFTA jixtiequ jiddeżinjaw bħala żoni “a” jew “c” (65) iridu jkunu identifikati fuq mappa tal-għajnuna reġjonali, li trid tiġi notifikata lill-ESA u li trid tiġi approvataminnha qabel ma tkun tista’ tingħata l-għajnuna reġjonali lill-impriżi li jkunu jinsabu fiż-żoni deżinjati. |
151. |
Il-mapep iridu jispeċifikaw ukoll l-intensitajiet massimi tal-għajnuna li japplikaw f’dawk iż-żoni matul il-perjodu ta’ validità tal-mappa approvata. |
152. |
Biex jinżamm l-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna, meta l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għal miżuri ta’ għajnuna diskrezzjonali jkunu diġà ġew introdotti qabel il-bidu tal-perjodu ta’ validità tal-mappa, l-“ammont ta’ għajnuna meqjus neċessarju” identifikat fl-applikazzjoni oriġinali għall-għajnuna ma jridx jiġi emendat b’mod retroattiv wara l-bidu tax-xogħlijiet fuq il-proġett biex jiġġustifika intensità ogħla ta’ għajnuna li tista’ tkun disponibbli skont dawn il-Linji Gwida. |
153. |
Għal skemi ta’ għajnuna awtomatika fil-forma ta’ benefiċċju fuq it-taxxa, l-intensitajiet massimi tal-għajnuna disponibbli skont dawn il-Linji Gwida jistgħu jiġu applikati biss għal proġetti li jkunu bdew fid-data li fiha ż-żieda fl-intensità massima rilevanti tal-għajnuna tkun saret applikabbli skont ir-regoli nazzjonali rilevanti jew warajha. Għall-proġetti li bdew qabel dik id-data, l-intensità massima tal-għajnuna approvata skont il-mappa tal-għajnuna reġjonali preċedenti se tkompli tapplika. |
7.1. Il-kopertura tal-popolazzjoni eliġibbli għall-għajnuna reġjonali
154. |
Peress li l-għoti ta’ għajnuna reġjonali mill-Istat jidderoga mill-projbizzjoni ġenerali tal-għajnuna mill-Istat stabbilita fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni tqis li l-popolazzjoni kkombinata taż-żoni “a” u “c” fl-EU27 trid tkun anqas minn dik taż-żoni mhux deżinjati. Għaldaqstant, il-kopertura totali taż-żoni deżinjati fl-EU27 għandha tkun anqas minn 50 % tal-popolazzjoni tal-EU27. |
155. |
Fil-Linji Gwida tagħha dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (66), il-Kummissjoni stabbiliet il-kopertura totali taż-żoni “a” u “c” għal 47 % tal-popolazzjoni tal-EU28. Minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-UE, il-Kummissjoni tqis li żieda għal 48 % tal-kopertura ġenerali tal-popolazzjoni tal-EU27 hija xierqa. |
156. |
Għaldaqstant, għall-Istati Membri, il-kopertura massima ġenerali taż-żoni “a” u “c” hija stabbilita għal 48 % tal-popolazzjoni tal-EU27 fil-Linji Gwida attwali tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat (67). |
156a. |
L-ESA taqbel mal-fehma tal-Kummissjoni. Konsegwentement, għandu jiġi stabbilit limitu massimu ta’ kopertura ġenerali korrispondenti għaż-ŻEE kollha, li jinkludi l-Istati taż-ŻEE-EFTA, f’dawn il-Linji Gwida. Dan il-limitu massimu għaż-ŻEE jinstab billi tiżdied il-popolazzjoni tal-Istati taż-ŻEE-EFTA mal-kalkolu tal-limitu massimu tal-kopertura stabbilit fil-Linji Gwida tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, il-kopertura massima ġenerali taż-żoni “a” u “c” hija stabbilita għal 48 % tal-popolazzjoni totali taż-ŻEE, bl-użu tad-data tal-Eurostat għall-2018. |
7.2. Id-deroga fl-Artikolu 61(3)(a)
157. |
L-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim ŻEE jistipula li “għajnuna maħsuba sabiex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni fejn il-livell tal-għajxien huwa baxx b’mod anormali jew fejn ikun hemm stat serju ta’ nuqqas ta’ impjieg”, tista’ titqies kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, l-użu tal-kliem “b’mod anormali” u “serju” fl-Artikolu (107)(3)(a) [tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea] juri li l-eżenzjoni tolqot biss żoni fejn is-sitwazzjoni ekonomika tkun ferm żvantaġġata meta mqabbla mal-[Unjoni] inġenerali” (68). |
158. |
L-ESA tqis li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim ŻEE huma ssodisfati fir-reġjuni ta’ statistika fil-livell 2 li għandhom prodott domestiku gross (PDG) per capita taħt jew ugwali għal 75 % tal-medja taż-ŻEE (69). |
159. |
Għaldaqstant, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jiddeżinjaw iż-żoni li ġejjin bħala żoni “a”:
|
160. |
L-Anness I jistabbilixxi ż-żoni “a” eliġibbli skont l-Istat taż-ŻEE-EFTA. Fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida, l-ebda reġjun fl-Istati taż-ŻEE-EFTA ma kkwalifika għad-deroga skont l-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim ŻEE. |
7.3. Id-deroga fl-Artikolu 61(3)(c)
161. |
L-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE jistipula li “għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni” tista’ titqies kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, “[l]-eżenzjoni fl-Artikolu (107)(3)(c) [tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea] […] tippermetti l-iżvilupp ta’ ċerti żoni mingħajr ma tkun limitata mill-kundizzjonijiet ekonomiċi stabbiliti fl-Artikolu [107](3)(a), sakemm tali għajnuna “ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni”. Dik id-dispożizzjoni tagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tawtorizza għajnuna maħsuba biex jitkompla l-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni ta’ Stat Membru li huma żvantaġġati meta mqabbla mal-medja nazzjonali” (72). Fil-fehma tal-ESA, l-istess japplika skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE. |
162. |
Il-kopertura massima għaż-żoni “c” fiż-ŻEE (‘il-kopertura “c”) tinkiseb billi titnaqqas il-popolazzjoni taż-żoni “a” eliġibbli fiż-ŻEE mill-kopertura massima ġenerali madwar iż-ŻEE stabbilita fil-paragrafu 156a. |
163. |
Hemm żewġ kategoriji ta’ żoni “c”:
|
7.3.1. Żoni “c” predefiniti
7.3.1.1.
164. |
[…] (73). |
165. |
L-ESA tqis ukoll li l-Istati taż-ŻEE-EFTA jrid ikollhom biżżejjed kopertura “c” biex ikunu jistgħu jiddeżinjaw bħala żoni “c” dawk iż-żoni li għandhom densità ta’ popolazzjoni baxxa. |
166. |
Iż-żoni li ġejjin huma meqjusin bħala żoni “c” predefiniti:
|
167. |
L-Anness I jistabbilixxi l-allokazzjoni speċifika ta’ kopertura “c” predefinita skont l-Istat taż-ŻEE-EFTA. Din l-allokazzjoni tal-popolazzjoni tista’ tintuża biss biex jiġu deżinjati żoni “c” predefiniti. |
7.3.1.2.
168. |
L-L-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jiddeżinjaw bħala żoni “c” dawk iż-żoni “c” predefiniti msemmija fil-paragrafu 166. |
169. |
Għal żoni skarsament popolati, l-Istati taż-ŻEE-EFTA għandhom fil-prinċipju jiddeżinjaw reġjuni ta’ statistika fil-livell 2 b’inqas minn 8 abitanti għal kull km2 jew reġjuni ta’ statistika fil-livell 3 b’inqas minn 12,5 abitanti għal kull km2. Madankollu, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jiddeżinjaw partijiet ta’ reġjuni ta’ statistika fil-livell 3 b’inqas minn 12,5 abitanti għal kull km2 jew żoni kontigwi oħra maġenb dawk ir-reġjuni ta’ statistika fil-livell 3, sakemm dawn iż-żoni jkollhom inqas minn 12,5 abitanti għal kull km2. Għal żoni skarsament popolati, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jiddeżinjaw reġjuni ta’ statistika fil-livell 2 b’anqas minn 8 abitanti għal kull km2 jew żoni kontigwi iżgħar oħrajn maġenb dawk ir-reġjuni ta’ statistika fil-livell 2, diment li dawn iż-żoni jkollhom anqas minn 8 abitanti għal kull km2 u li l-popolazzjoni taż-żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna meħuda flimkien maż-żoni skarsament popolati ma taqbiżx l-allokazzjoni speċifika tal-kopertura “c” msemmija fil-paragrafu 167. |
7.3.2. Żoni “c” mhux predefiniti
7.3.2.1.
170. |
Il-kopertura massima għal żoni “c” mhux predefiniti fiż-ŻEE jinkiseb billi titnaqqas il-popolazzjoni taż-żoni “a” eliġibbli u taż-żoni “c” predefiniti għall-EU27 u l-Istati taż-ŻEE-EFTA mill-kopertura massima ġenerali madwar iż-ŻEE stabbilita fil-paragrafu 156a. Il-kopertura “c” mhux predefinita tiġi allokata fost l-Istati taż-ŻEE-EFTA billi jiġi applikat il-metodu stabbilit fl-Anness III. |
7.3.2.2.
171. |
Sabiex tiżgura kontinwità fil-mapep tal-għajnuna reġjonali u kamp ta’ applikazzjoni minimu ta’ azzjoni għall-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni tqis li ebda Stat Membru ma għandu jitlef aktar minn 30 % tal-kopertura totali tiegħu meta mqabbel mal-perjodu 2017-2020 u li kull Stat Membru għandu jkollu kopertura minima tal-popolazzjoni. |
172. |
Għalhekk, b’deroga mill-kopertura massima ġenerali stabbilita fil-paragrafu 156 tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni żiedet il-kopertura “c” għal kull Stat Membru sabiex:
|
172a. |
L-ESA taqsam il-fehmiet tal-Kummissjoni. Konsegwentement, il-kopertura “c” tiżdied sabiex il-Liechtenstein jirċievi l-kopertura minima tal-popolazzjoni ta’ 7,5 % tal-popolazzjoni nazzjonali. |
173. |
L-Anness I jistipula l-kopertura “c” mhux predefinita, inkluż ix-xibka ta’ sikurezza u l-kopertura minima tal-popolazzjoni, skont l-Istat taż-ŻEE-EFTA. |
7.3.2.3.
174. |
L-ESA tqis li l-kriterji użati mill-Istati taż-ŻEE-EFTA biex jiddeżinjaw żoni “c” għandhom jirriflettu l-firxa ta’ sitwazzjonijiet li fihom l-għoti ta’ għajnuna reġjonali jista’ jkun ġustifikat. Għaldaqstant, il-kriterji għandhom jindirizzaw il-problemi soċjoekonomiċi, ġeografiċi jew strutturali li probabbilment wieħed jiltaqa’ magħhom fiż-żoni “c” u għandhom jipprovdu biżżejjed salvagwardji sabiex l-għoti tal-għajnuna reġjonali mill-Istat ma jaffettwax il-kundizzjonijiet kummerċjali b’mod li jmur kontra l-interess komuni. |
175. |
Għalhekk, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jiddeżinjaw bħala żoni “c” dawk iż-żoni “c” mhux predefiniti definiti fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:
|
176. |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-kriterji stipulati fil-paragrafu 175, il-kunċett ta’ żoni kontigwi jirreferi għal unitajiet amministrattivi lokali (LAU) sħaħ (82) jew għal grupp ta’ LAU (83). Grupp ta’ LAU se jitqies li jifforma żona kontigwa jekk kull waħda miż-żoni fil-grupp tikkondividi fruntiera amministrattiva ma’ żona oħra fil-grupp (84). |
177. |
Il-konformità mal-kopertura tal-popolazzjoni permessa għal kull Stat taż-ŻEE-EFTA se tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-aktar data riċenti dwar il-popolazzjoni residenti totali taż-żoni kkonċernati, kif ippubblikati mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika. |
7.4. L-intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli għall-għajnuna għall-investiment reġjonali
178. |
L-ESA tqis li l-intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli għall-għajnuna għall-investiment reġjonali jridu jqisu n-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp taż-żoni differenti fiż-ŻEE. Għaldaqstant, l-intensitajiet tal-għajnuna għandhom ikunu ogħla fiż-żoni “a” milli fiż-żoni “c”. |
7.4.1. L-intensitajiet massimi tal-għajnuna fiż-żoni “a”
179. |
L-intensità tal-għajnuna għal impriżi kbar f’żoni “a” ma tridx taqbeż:
|
180. |
[…]. |
181. |
L-intensitajiet tal-għajnuna stabbiliti fil-paragrafu 179 jistgħu jiżdiedu fiż-żoni msemmija fit-taqsimiet 7.4.4 u 7.4.5 sal-punt li l-intensità tal-għajnuna għal intrapriżi kbar fiż-żona kkonċernata ma taqbiżx is-70 %. |
7.4.2. L-intensitajiet massimi tal-għajnuna fiż-żoni “c”
182. |
L-intensità tal-għajnuna għal intrapriżi kbar ma tridx taqbeż:
|
183. |
Fl-eks żoni “a” l-intensità tal-għajnuna ta’ 15 % stipulata fil-paragrafu 182.2) tista’ tiżdied b’sa 5 punti perċentwali sal-31 ta’ Diċembru 2024. |
184. |
Jekk żona “c” tkun tinsab maġenb żona “a”, l-intensitajiet tal-għajnuna stipulati fil-paragrafu 182 fir-reġjuni ta’ statistika fil-livell 3 jew f’partijiet mir-reġjuni ta’ statistika fil-livell 3 f’dik iż-żona “c” li jkunu maġenb iż-żona “a”, jistgħu jiżdiedu kemm hemm bżonn sabiex id-differenza fl-intensità tal-għajnuna bejn iż-żewġ żoni ma taqbiżx il-15-il punt perċentwali. |
185. |
L-intensitajiet tal-għajnuna stabbiliti fil-paragrafu 182 jistgħu jiżdiedu wkoll fiż-żoni msemmija fit-taqsima 7.4.5. |
7.4.3. Intensitajiet akbar tal-għajnuna għall-SMEs
186. |
L-intensitajiet tal-għajnuna stipulati fis-sottotaqsimiet 7.4.1 u 7.4.2 jistgħu jiġu miżjuda b’massimu ta’ 20 punt perċentwali għal intrapriżi żgħar jew b’massimu ta’ 10 punti perċentwali għal intrapriżi ta’ daqs medju (85). |
7.4.4. Intensitajiet akbar tal-għajnuna għat-territorji identifikati għall-appoġġ mill-JTF (86)
187. |
[…] (87). |
7.4.5. Intensitajiet akbar tal-għajnuna għar-reġjuni li jesperjenzaw telf fil-popolazzjoni
188. |
L-intensitajiet massimi tal-għajnuna stabbiliti fis-sottotaqsima 7.4.1 jistgħu jiżdiedu b’10 punti perċentwali u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna stabbiliti fis-sottotaqsima 7.4.2 jistgħu jiżdiedu b’5 punti perċentwali għar-reġjuni ta’ statistika fil-livell 3 li jesperjenzaw telf ta’ popolazzjoni ta’ aktar minn 10 % matul il-perjodu 2009-2018 (88). |
7.5. Notifika tal-mapep tal-għajnuna reġjonali u l-valutazzjoni tagħhom
189. |
Wara l-adozzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida, kull Stat taż-ŻEE-EFTA għandu jinnotifika lill-ESA b’mappa waħda tal-għajnuna reġjonali applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2027. Kull notifika għandha tinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness V. |
190. |
L-ESA se teżamina għal kull Stat taż-ŻEE-EFTA l-mappa tal-għajnuna reġjonali notifikata tiegħu u, jekk il-mappa tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida, se tadotta deċiżjoni li tapprovaha. Il-mapep kollha tal-għajnuna reġjonali se jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE għalih, u se jikkostitwixxu parti integrali minn dawn il-Linji Gwida. |
7.6. Emendi
7.6.1. Ir-riżerva tal-popolazzjoni
191. |
Fuq inizjattiva proprja, Stat taż-ŻEE-EFTA jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi riżerva ta’ kopertura tal-popolazzjoni nazzjonali li tikkonsisti fid-differenza bejn il-kopertura massima tal-popolazzjoni għal dak l-Istat taż-ŻEE-EFTA, kif allokat mill-ESA (89), u l-kopertura użata għaż-żoni “a” u “c” deżinjati fil-mappa tal-għajnuna reġjonali tiegħu. |
192. |
Jekk Stat taż-ŻEE-EFTA jiddeċiedi li joħloq din ir-riżerva, fi kwalunkwe ħin, jista’ juża r-riżerva biex iżid żoni “c” ġodda fil-mappa tiegħu sakemm jilħaq il-kopertura massima nazzjonali. Għal dan il-għan, l-Istat taż-ŻEE-EFTA jista’ juża l-aktar data soċjoekonomika reċenti pprovduta mill-Eurostat jew mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tiegħu jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn. Il-popolazzjoni taż-żoni “c” ikkonċernati għandha tiġi kkalkulata abbażi tad-data dwar il-popolazzjoni li ntużat biex titfassal il-mappa inizjali. |
193. |
L-Istat taż-ŻEE-EFTA jrid jinnotifika lill-ESA kull darba li jkun beħsiebu juża r-riżerva tal-popolazzjoni tiegħu bil-għan li jżid żoni “c” ġodda, qabel ma jimplimenta tali emendi. |
7.6.2. Reviżjoni ta’ nofs it-terminu
194. |
Fl-2023 se jsir rieżami ta’ nofs it-terminu tal-mapep tal-għajnuna reġjonali, filwaqt li titqies l-istatistika aġġornata. Sa Ġunju tal-2023, l-ESA se tkun ikkomunikat id-dettalji dwar dak ir-rieżami ta’ nofs it-terminu. |
8. EMENDA TAL-LINJI GWIDA DWAR L-GĦAJNUNA REĠJONALI MILL-ISTAT GĦALL-2014-2020
195. |
Fin-notifika tiegħu skont il-paragrafu 189, Stat taż-ŻEE-EFTA jista’ jinkludi wkoll emenda għall-mappa tal-għajnuna reġjonali tiegħu għall-2014-2021 (90) biex jissostitwixxi ż-żoni eliġibbli għall-għajnuna skont il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 biż-żoni eliġibbli għall-għajnuna fil-mappa li għandha tiġi approvata mill-ESA skont il-paragrafu 190 ta’ dawn il-Linji Gwida. Il-mappa rieżaminata tal-għajnuna reġjonali se tkun valida mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-ESA dwar l-emenda notifikata tal-mappa tal-għajnuna reġjonali għall-2014-2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021. Dik id-deċiżjoni se tindika wkoll l-intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli fiż-żoni eliġibbli għall-għajnuna skont il-mappa emendata tal-għajnuna reġjonali għall-2014-2021, li tikkorrispondi għall-intensitajiet massimi tal-għajnuna stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020. Il-mappa emendata se tikkostitwixxi parti integrali mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020, f’konformità mal-paragrafu 157 ta’ dawk il-Linji Gwida. |
196. |
Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 huma emendati kif ġej:
“ “mappa tal-għajnuna reġjonali” tfisser il-lista taż-żoni deżinjati minn Stat taż-ŻEE-EFTA f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida, jew il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022, u approvati mill-ESA;”
|
9. APPLIKABBILTÀ TAR-REGOLI DWAR L-GĦAJNUNA REĠJONALI
197. |
L-ESA se tapplika l-prinċipji stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida biex tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna reġjonali notifikabbli kollha mogħtija jew destinata li tingħata wara l-31 ta’ Diċembru 2021. |
198. |
Notifiki ta’ skemi ta’ għajnuna reġjonali jew ta’ miżuri ta’ għajnuna destinati li jingħataw wara l-31 ta’ Diċembru 2021 ma jistgħux jitqiesu kompluti qabel ma l-ESA tkun adottat deċiżjoni li tapprova l-mappa tal-għajnuna reġjonali għall-Istat taż-ŻEE-EFTA kkonċernat skont l-arranġamenti deskritti fis-sottotaqsima 7.5. |
199. |
L-implimentazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida se twassal għal xi tibdil fir-regoli applikabbli għall-għajnuna reġjonali. Għalhekk, huwa meħtieġ li jsir rieżami ta’ jekk l-iskemi ta’ għajnuna reġjonali kollha eżistenti (91) għadhomx iġġustifikati u effikaċi, inkluż l-iskemi ta’ għajnuna għall-investiment kif ukoll l-iskemi ta’ għajnuna operatorja, li huma ppjanati li jibqgħu għaddejjin wara l-2021. |
200. |
Għal dawn ir-raġunijiet, l-ESA tipproponi l-miżuri xierqa li ġejjin lill-Istati taż-ŻEE-EFTA skont l-Artikolu 1(1) fil-Parti I tal-Protokoll 3:
|
10. RAPPORTAR U MONITORAĠĠ
201. |
F’konformità mal-Protokoll 3 u d-Deċiżjoni tal-ESA Nru 195/04/COL (92) (93), l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jressqu rapporti annwali lill-ESA. |
202. |
L-Istati taż-ŻEE-EFTA għandhom iżommu rekords dettaljati rigward il-miżuri kollha ta’ għajnuna. Dawn ir-rekords iridu jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi stabbilit jekk il-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-kostijiet eliġibbli u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna ġewx issodisfati. L-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu jżommu dawk ir-rekords għal 10 snin mid-data tal-għoti tal-għajnuna u jridu jipprovduhom lill-ESA meta jintalbu jagħmlu dan. |
11. REVIŻJONI
203. |
L-ESA tista’ tiddeċiedi li timmodifika dawn il-Linji Gwida fi kwalunkwe ħin jekk dan ikun meħtieġ għal raġunijiet assoċjati mal-politika dwar il-kompetizzjoni jew biex tieħu inkunsiderazzjoni politiki tal-UE u impenji internazzjonali oħrajn jew għal kull raġuni oħra ġustifikata. |
(*) These Guidelines correspond to the European Commission Guidelines on regional State aid (OJ C 153, 29.4.2021, p. 1). The Commission Guidelines do not qualify as legislative instruments and therefore do not have to be incorporated into the EEA Agreement by the EEA Joint Committee.
(1) Iż-żoni eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 61 (3)(a) tal-Ftehim ŻEE, li normalment jissejħu żoni “a”, għandhom it-tendenza li jkunu l-aktar żvantaġġati fiż-ŻEE f’termini ta’ żvilupp ekonomiku. Iż-żoni eliġibbli skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE, li jissejħu żoni “c”, ukoll għandhom it-tendenza li jkunu żvantaġġati, iżda inqas mill-oħrajn. Minħabba l-PDG per capita relattivament għoli fl-Istati taż-ŻEE-EFTA, bħalissa l-ebda reġjun f’dawn l-Istati ma jikkwalifika għad-deroga skont l-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim ŻEE.
(2) […]
(3) Dawn il-Linji Gwida jikkonċernaw għajnuna mogħtija fiż-ŻEE mill-Istati taż-ŻEE-EFTA, jiġifieri l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja. Meta ssemmi “Stati Membri”, l-ESA tinkludi t-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq kif miftiehem fi ħdan il-“Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq” anness mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.
(4) Għalhekk, is-supplimenti reġjonali għall-għajnuna mogħtija għal skopijiet bħal dawn ma humiex ikkunsidrati bħala għajnuna reġjonali.
(5) L-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jidentifikaw dawn iż-żoni f’mappa tal-għajnuna reġjonali abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 7.
(6) Ara s-sentenza tas-17 ta’ Settembru 1980, Philip Morris Holland BV vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kawża 730/79, ECLI:EU:C:1980:209, il-punt 17, u s-sentenza tal-14 ta’ Jannar 1997, Spanja vs il-Kummissjoni, C-169/95, ECLI:EU:C:1997:10, il-punt 20.
(7) Ara s-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 1996, AIUFFASS u AKT vs il-Kummissjoni, T-380/94, ECLI:EU:T:1996:195, il-punt 54.
(8) Ara d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-Kontroll tal-Idoneità tat-30 ta’ Ottubru 2020 – SWD(2020) 257 final.
(9) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-11 ta’ Diċembru 2019 – COM (2019) 640 final.
(10) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta’ Marzu 2020 – COM (2020) 102 final.
(11) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta’ Frar 2020 – COM (2020) 67 final.
(12) […].
(*) Abbażi tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta – COM (2020) 22 final, il-Kummissjoni inkludiet ukoll fil-Linji Gwida tagħha dispożizzjonijiet speċifiċi biex tiffaċilita l-appoġġ fil-kuntest tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (“JTF”) f’konformità mal-prinċipji ta’ koeżjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet ma humiex inklużi f’dawn il-Linji Gwida peress li, fiż-żmien tal-adozzjoni tagħhom, ma kienx ċar biżżejjed kif il-JTF se jiġi ttrattat fil-kuntest tal-Ftehim ŻEE biex jiġu stipulati l-kundizzjonijiet. Skont l-iżvilupp futur, l-ESA tista’ tikkunsidra li tirrevedi dawn il-Linji Gwida dwar dawn il-punti u punti oħra.
(**) Madankollu, xi test tħassar meta mqabbel mal-Linji Gwida tal-Kummissjoni. Dan it-tħassir jinkludi test li jirreferi għal strumenti legali u dispożizzjonijiet li ma humiex parti mill-Ftehim ŻEE, jew li ma għandhom l-ebda ekwivalenti fih, u test li fih, kif imsemmi fin-nota ta’ qiegħ il-paġna preċedenti, f’dan il-punt ma huwiex ċar x’se jkunu l-implikazzjonijiet tal-istrument legali msemmi fil-kuntest tal-Ftehim ŻEE. Fejn it-test ikun tħassar, dan ġie sostitwit bi […] bħala spazju riżervat.
(13) ĠU C 91l, 20.3.2020, p. 1.
(14) Kif definit fl-Anness VI.
(15) “Linjite” tfisser C ta’ grad baxx jew Ortho-linjite u B ta’ grad baxx jew Meta-linjite kif definit mis-sistema ta’ kodifikazzjoni internazzjonali għall-faħam stabbilita mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti.
(16) “Faħam” tfisser faħam ta’ grad għoli, ta’ grad medju u ta’ grad baxx tal-kategorija A u B kif definit mis-sistema ta’ kodifikazzjoni internazzjonali għall-faħam stabbilita mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti u ċċarat fid-deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Diċembru 2010 dwar għajnuna mill-Istat biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li ma jkunux kompettitivi (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 24).
(17) […].
(18) […].
(19) Trasport tfisser it-trasport ta’ passiġġieri permezz ta’ inġenji tal-ajru, bit-trasport marittimu, bit-triq, bil-ferrovija u permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma interni jew servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija f’isem ħaddieħor. L-infrastruttura tat-trasport koperta minn linji gwida speċifiċi, bħall-ajruporti, hija eskluża wkoll minn dawn il-Linji Gwida (ara l-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU L 318, 24.11.2016, p. 17, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 66, 24.11.2016, p. 1)).
(20) Linji Gwida għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b’rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband (ĠU L 135, 8.5.2014, p. 49, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 27, 8.5.2014, p. 1).
(21) L-ESA se tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għas-settur tal-enerġija abbażi tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent u l-enerġija 2014-2020 (ĠU L 131, 28.5.2015, p. 1, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 30, 28.5.2015, p. 1).
(22) […].
(23) […].
(24) […].
(25) NACE huwa akronimu derivat mit-titolu Franċiż “Nomenclature générale des Activités économiques dans les Communautés Européennes” (Klassifikazzjoni statistika ta’ attivitajiet ekonomiċi fil-Komunitajiet Ewropej) użat sabiex jiġu deżinjati d-diversi klassifikazzjonijiet ta’ statistika ta’ attivitajiet ekonomiċi fl-UE. Ara r-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1). Ir-Regolament huwa inkorporat fl-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2007 (ĠU L 266, 11.10.2007, p. 25, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 48, 11.10.2007, p. 18).
(26) Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (ĠU L 271, 16.10.2015, p. 35, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 62, 15.10.2015, p. 1). Kif spjegat fil-punt 23 ta’ dawn il-linji gwida, minħabba li l-eżistenza stess tagħha tkun fil-periklu, impriża f’diffikultà ma tistax titqies bħala mezz xieraq għall-promozzjoni ta’ objettivi oħrajn ta’ politika pubblika sakemm il-vijabbiltà tagħha ma tkunx garantita.
(27) Ara s-sentenza tat-13 ta’ Settembru 1995 , TWD Textilwerke Deggendorf GmbH vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kawżi konġunti T-244/93 u T-486/93, ECLI:EU:T:1995:160, il-punt 56, u l-komunikazzjoni tal-ESA dwar l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli (ĠU L 105, 21.4.2011, p. 32, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 23, 21.4.2011, p. 1).
(*) Ara f’dan il-kuntest ukoll in-nota f’qiegħ il-paġna 3.
(28) Il-kunċett ta’ prodott ikopri wkoll servizzi fil-kuntest ta’ dawn il-Linji Gwida.
(29) […].
(30) F’dawn il-linji gwida t-terminu “reġjun ta’ statistika” se jintuża minflok l-akronimu “NUTS” fil-Linji gwida tal-Kummissjoni. NUTS huwa derivat mit-titolu “Nomenklatura ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika” skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1) kif emendat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2019/1755 (ĠU L 270, 24.10.2019, p. 1). Dan ir-Regolament ma ġiex inkorporat fil-Ftehim ŻEE. Madankollu, sabiex jintlaħqu d-definizzjonijiet komuni f’talbiet dejjem jiżdiedu għal informazzjoni statistika fuq livell reġjonali, l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, l-Eurostat, u l-Istituti Nazzjonali tal-pajjiżi Kandidati u tal-EFTA qablu li r-reġjuni ta’ statistika jiġu stabbiliti simili għall-klassifikazzjoni NUTS. Id-data użata f’dawn il-Linji Gwida hija bbażata fuq din in-nomenklatura tal-2021.
(31) Id-Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA Nru 94/06/COL tad-19 ta’ April 2006 li temenda, għas-sebgħa u ħamsin darba, ir-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (ĠU L 36, 5.2.2009, p. 62, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 6, 5.2.2009, p. 1).
(32) […].
(33) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1). Ir-Regolament kien inkorporat fil-Ftehim ŻEE fil-punt 1j tal-Anness XV mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2014 (ĠU L 342, 27.11.2014, p. 63, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 71, 27.11.2014, p. 61).
(34) L-għodod destinati għall-fornituri huma l-akkwiżizzjoni (jew il-produzzjoni awtomatika) ta’ magni, għodod jew tagħmir u software relatat minn impriża (fil-livell tal-grupp), li jinkisbu (jew jiġu prodotti) mhux għall-użu f’wieħed mil-lokalitajiet tagħha (fil-livell tal-grupp), iżda jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ fornituri magħżula għall-produzzjoni ta’ prodotti li għandhom jiġu manifatturati fil-bini tal-fornitur, li se jservu bħala prodotti intermedjarji għall-proċess ta’ produzzjoni tal-impriża. L-assi tal-għodod destinati għall-fornituri jibqgħu l-proprjetà tal-impriża akkwirenti, iżda jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-fornitur għall-kompiti u skont il-kundizzjonijiet definiti f’kuntratt ta’ provvista jew ftehim simili. Dawn huma marbuta ma’ operazzjonijiet ta’ pproċessar jew ta’ assemblaġġ definiti sew f’wieħed jew aktar mil-lokalitajiet tal-impriża (fil-livell tal-grupp), u jista’ jkollhom jintbagħtu lura lis-sid wara t-tlestija tal-ordni, jew wara l-iskadenza jew it-terminazzjoni ta’ kuntratt qafas.
(35) Definit fil-paragrafu 19(13) u (14).
(36) Ara s-sentenzi tal-Qorti tad-19 ta’ Settembru 2000, Il-Ġermanja vs il-Kummissjoni, C-156/98, ECLI:EU:C:2000:467, il-punt 78, u tat-22 ta’ Diċembru 2008, Régie Networks vs Rhone Alpes Bourgogne, C-333/07, ECLI:EU:C:2008:764, il-punti 94 sa 116.
(37) Ara l-Anness VII.
(38) L-obbligu li l-investiment jinżamm fiż-żona kkonċernata minn tal-inqas għal ħames snin (tliet snin għall-SMEs) ma għandux jipprevjeni s-sostituzzjoni ta’ impjanti jew ta’ tagħmir li matul dan il-perjodu jkun ħareġ mill-użu jew inkiser, bil-kundizzjoni li l-attività ekonomika tinżamm fiż-żona kkonċernata għall-perjodu minimu. Madankollu, l-għajnuna reġjonali ma tistax tingħata biex jiġu sostitwiti dawn l-impjanti jew dan it-tagħmir.
(39) […].
(40) Dan ma japplikax pereżempju fil-każ ta’ self sussidjat, ta’ self pubbliku ta’ kapital ta’ ekwità jew ta’ parteċipazzjonijiet pubbliċi li ma jissodisfawx il-prinċipju ta’ investitur tas-suq, ta’ garanziji mill-Istat li jinkludu elementi ta’ għajnuna, jew appoġġ pubbliku mogħti fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regola “de minimis”.
(41) L-għajnuna ad hoc hija soġġetta għall-istess rekwiżiti bħall-għajnuna individwali mogħtija fuq il-bażi ta’ skema, sakemm ma jkunx imsemmi mod ieħor.
(42) Investimenti bħal dawn jistgħu joħolqu l-kundizzjonijiet li jippermettu li jsiru aktar investimenti li jkunu vijabbli mingħajr għajnuna addizzjonali.
(43) Ix-xenarji kontrofattwali huma deskritti fil-paragrafu 64.
(44) Il-VPN ta’ proġett huwa d-differenza bejn il-flussi ta’ flus pożittivi u negattivi matul il-ħajja tal-investiment, imnaqqsa għall-valur attwali tagħhom (normalment billi jintuża l-kost tal-kapital).
(45) L-IRR ma hijiex ibbażata fuq qligħ kontabbilizzat f’sena partikolari, iżda tqis in-nixxiegħa ta’ flussi futuri tal-flus li l-investitur jistenna li jirċievi matul il-ħajja kollha tal-investiment. Hija definita bħala r-rata ta’ skont li għaliha l-VPN ta’ nixxiegħa ta’ flussi ta’ flus huwa ugwali għal żero.
(46) Madankollu, meta jkun hemm inċertezza kbira dwar il-kostijiet u l-iżviluppi tad-dħul fil-futur u meta jkun hemm assimetrija qawwija ta’ informazzjoni, jista’ jkun li l-awtorità pubblika tkun tixtieq tadotta wkoll mudelli ta’ kumpens li ma jkunux kompletament ex ante, iżda taħlita ta’ ex ante u ex post (pereżempju billi tuża mekkaniżmi ta’ rkupru li jippermettu l-kondiviżjoni tal-qligħ mhux antiċipat).
(47) Ara t-Taqsima 7.4 dwar il-mapep tal-għajnuna reġjonali.
(48) Espress bħala ekwivalenti ta’ għotja gross.
(49) Idem.
(50) Meta jiġu mqabbla x-xenarji kontrofattwali, l-għajnuna trid tiġi skontata bl-istess fattur bħax-xenarji tal-investiment u dawk kontrofattwali korrispondenti.
(51) Ir-rekwiżit li l-intensità massima permissibbli tal-għajnuna għal kull proġett trid tiġi kkalkulata bil-quddiem mill-ewwel awtorità awtorizzanti ma japplikax meta l-għajnuna tingħata permezz ta’ skema/i ta’ għajnuna awtomatika(awtomatiċi) fil-forma ta’ vantaġġi fiskali. Fil-prinċipju, f’din is-sitwazzjoni, il-kontrolli tal-akkumulazzjoni ma jkunux possibbli meta tingħata l-għajnuna u jenħtieġ li jsiru meta l-għajnuna titħallas.
(52) Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259) jew Regolament li jkun fih dispożizzjonijiet speċifiċi għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) applikabbli għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021–2027, skont liema minnhom japplika għal investiment inizjali partikolari.
(53) Inkluż meta jiġu nnotifikati skemi ta’ għajnuna operatorja biex jiġu estiżi miżuri ta’ għajnuna eżistenti.
(54) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(55) Dan jista’ jkun ukoll il-każ fejn l-għajnuna tfixkel it-tħaddim ta’ strumenti ekonomiċi stabbiliti biex jinternalizzaw tali esternalitajiet negattivi (eż. billi taffettwa s-sinjali tal-prezzijiet mogħtija mis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet jew strument simili).
(56) L-ESA se tivvaluta dan kemm f’termini ta’ volum kif ukoll f’termini ta’ valur u se tqis iċ-ċiklu tan-negozju.
(57) Biex dan jiġi vverifikat, għandu jintuża l-limitu massimu applikabbli standard tal-għajnuna fiż-żoni “c” li jmissu maż-żoni “a”, irrispettivament mill-intensitajiet akbar tal-għajnuna f’konformità mal-paragrafu 184.
(58) Għal proġetti ta’ investiment li jinvolvu l-produzzjoni ta’ diversi prodotti differenti, kull prodott irid jiġi vvalutat.
(59) Dawn l-ostakli għad-dħul jinkludu ostakli legali (b’mod partikolari drittijiet ta’ proprjetà intellettwali), l-ekonomiji ta’ skala u firxa u l-ostakli għall-aċċess għan-networks u l-infrastruttura. Jekk l-għajnuna tkun tikkonċerna suq fejn il-benefiċjarju tal-għajnuna jkun wieħed preeżistenti, l-ostakli possibbli għad-dħul jistgħu jintensifikaw is-saħħa potenzjali sinifikanti fis-suq li jeżerċita l-benefiċjarju tal-għajnuna u b’hekk l-effetti negattivi possibbli ta’ dik is-saħħa fis-suq.
(60) Meta jkun hemm xerrejja b’saħħithom fis-suq, huwa anqas probabbli li benefiċjarju tal-għajnuna jista’ jżid il-prezzijiet fil-konfront ta’ dawn ix-xerrejja b’saħħithom.
(61) “Tiftix Pubbliku dwar it-Trasparenza tal-Għajnuna mill-Istat”, disponibbli fuq is-sit web li ġej: https://webgate.ec.europa.eu/competition/transparency/public?lang=mt.
(62) Kif definit fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1299/2013.
(63) F’każ li ma jkunx jeżisti rekwiżit formali għal dikjarazzjoni annwali, għal finijiet ta’ kkowdjar, id-data tal-għoti se titqies bħala l-31 ta’ Diċembru tas-sena li fiha tkun ingħatat l-għajnuna.
(64) Abbażi tad-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, Metodoloġija komuni għall-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, Brussell, 28.5.2014, SWD(2014) 179 final, jew xi suċċessur tiegħu.
(65) Żoni skarsament popolati u żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna għandhom jiġu identifikati wkoll fuq il-mappa tal-għajnuna reġjonali.
(66) ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1.
(67) Dan il-limitu massimu ġie stabbilit bl-użu tad-data dwar il-popolazzjoni tal-Eurostat għall-2018. Il-limitu massimu jikkorrispondi għal 48,00 % tal-EU27_2020 – (L-Unjoni Ewropea – 27 pajjiż (mill-2020)).
(68) Is-Sentenza tal-14 ta’ Ottubru 1987, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, Kawża 248/84, ECLI:EU:C:1987:437, il-punt 19; is-sentenza tal-14 ta’ Jannar 1997, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-169/95, ECLI:EU:C:1997:10, il-punt 15; u s-sentenza tas-7 ta’ Marzu 2002, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-310/99, ECLI:EU:C:2002:143, il-punt 77.
(69) […].
(70) Fir-referenzi sussegwenti kollha għall-PDG per capita, il-PDG jitkejjel f’PPS.
(71) Id-data tkopri l-perjodu 2016-2018. Fir-referenzi sussegwenti kollha għall-PDG per capita fir-rigward tal-medja taż-ŻEE, id-data hija bbażata fuq il-medja tad-data reġjonali tal-Eurostat għall-2016-2018 (kif aġġornati fit-23.3.2020).
(72) Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, il-Kawża 248/84, op. cit., il-punt 19.
(73) […].
(74) Dan l-aspett tax-xibka ta’ sikurezza japplika għall-Ġermanja, għall-Irlanda, għal Malta u għas-Slovenja.
(75) Din il-kopertura minima tal-popolazzjoni tapplika għad-Danimarka u għal-Lussemburgu.
(76) Dan il-livell limitu tal-popolazzjoni għandu jitnaqqas għal 50 000 abitant għall-Istati taż-ŻEE-EFTA li għandhom kopertura “c” mhux predefinita ta’ inqas minn miljun abitant jew għal 10 000 abitant għall-Istati taż-ŻEE-EFTA li l-popolazzjoni nazzjonali tagħhom hija inqas minn miljun abitant.
(77) Għall-qgħad, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati fuq data reġjonali ppubblikata mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, billi tintuża l-medja tal-aħħar tliet snin li għalihom hija disponibbli din id-data (fil-mument tan-notifika tal-mappa tal-għajnuna reġjonali). Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor f’dawn il-Linji Gwida, ir-rata tal-qgħad fir-rigward tal-medja nazzjonali hija kkalkulata fuq din il-bażi.
(78) Sabiex jiġi kkalkulat jekk dawn il-gżejjer jew żoni kontigwi għandhomx PDG per capita anqas jew daqs il-medja taż-ŻEE, l-Istat taż-ŻEE-EFTA jista’ juża d-data pprovduta mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tiegħu jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn.
(79) Sabiex jiġi kkalkulat jekk dawn il-gżejjer jew żoni kontigwi għandhomx rata ta’ qgħad ogħla minn jew daqs 115 % tal-medja nazzjonali, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jużaw data pprovduta mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tagħhom jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn.
(80) Dan il-livell limitu tal-popolazzjoni se jitnaqqas għal 25 000 abitant għall-Istati taż-ŻEE-EFTA li għandhom kopertura “c” mhux predefinita ta’ inqas minn miljun abitant, għal 10 000 abitant għall-Istati taż-ŻEE-EFTA li l-popolazzjoni totali tagħhom hija inqas minn miljun abitant, jew għal 5 000 abitant għall-gżejjer jew għaż-żoni kontigwi li huma kkaratterizzati minn iżolament ġeografiku simili.
(81) Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Kriterju 5, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jridu juru li ż-żona għaddejja minn tibdil strutturali maġġuri jew sejra lura b’mod relattiv u serju billi jqabblu ż-żoni kkonċernati mas-sitwazzjoni ta’ żoni oħrajn fl-istess Stat taż-ŻEE-EFTA jew fi Stati taż-ŻEE oħrajn abbażi ta’ indikaturi soċjoekonomiċi li jikkonċernaw l-istatistika kummerċjali strutturali, is-swieq tax-xogħol, il-kontijiet tal-unitajiet domestiċi, l-edukazzjoni, jew indikaturi simili oħrajn. Għal dan il-għan, l-Istati taż-ŻEE-EFTA jistgħu jużaw data pprovduta mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tagħhom jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn. […].
(82) L-Unitajiet Amministrattivi Lokali (LAU) huma ddefiniti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1755. Kif identifikat fin-nota f’qiegħ il-paġna 30, dan ir-regolament ma ġiex inkorporat fil-Ftehim ŻEE. Madankollu, sabiex jintlaħqu d-definizzjonijiet komuni f’talbiet dejjem jiżdiedu għal informazzjoni statistika fuq livell reġjonali, l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, l-Eurostat, u l-Istituti Nazzjonali tal-pajjiżi Kandidati u tal-EFTA qablu li r-reġjuni ta’ statistika jiġu stabbiliti simili għall-klassifikazzjoni NUTS.
(83) Madankollu, l-Istat taż-ŻEE-EFTA jista’ jiddeżinja partijiet minn LAU, dment li l-popolazzjoni tal-LAU kkonċernata taqbeż il-popolazzjoni minima meħtieġa għaż-żoni kontigwi skont il-Kriterju 1 jew 5 (inklużi l-livelli limiti mnaqqsa tal-popolazzjoni għal dawk il-kriterji) u sakemm il-popolazzjoni tal-partijiet ta’ dik l-LAU tkun minn tal-anqas 50 % tal-popolazzjoni minima meħtieġa skont il-kriterju applikabbli.
(84) Fil-każ ta’ gżejjer, il-fruntieri amministrattivi jinkludu l-fruntieri marittimi ma’ unitajiet amministrattivi oħrajn tal-Istat taż-ŻEE-EFTA kkonċernat.
(85) L-intensitajiet tal-għajnuna miżjudin għall-SMEs ma humiex se japplikaw għall-għajnuna mogħtija għal proġetti kbar ta’ investiment.
(86) […].
(87) […].
(88) Ara l-Anness IV.
(89) Ara l-Anness I.
(90) Il-mappa tal-għajnuna reġjonali approvata mill-ESA skont il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 li hija applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021.
(91) Il-miżuri ta’ għajnuna implimentati skont il-GBER ma jikkwalifikawx bħala skemi ta’ għajnuna eżistenti. L-iskemi ta’ għajnuna li jidħlu fis-seħħ bi ksur tal-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 ma jikkwalifikawx bħala skemi ta’ għajnuna eżistenti ħlief meta jitqiesu li huma għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 15(3) tal-Parti II ta’ dak il-Protokoll.
(92) Id-Deċiżjoni tal-ESA Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 dwar id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni msemmija skont l-Artikolu 27 fil-Parti II tal-Protokoll 3. Il-verżjoni kkonsolidata tad-deċiżjoni hija disponibbli fuq: https://www.eftasurv.int/cms/sites/default/files/documents/2017-Consolidated-version-of-Dec-195-054-COL--002-.pdf.
(93) […].
ANNESS I
Kopertura tal-għajnuna reġjonali għal kull Stat Membru għall-2022-2027
In-Norveġja |
Reġjun statistiku |
Il-PDG per capita |
Il-perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “c” predefiniti (żoni skarsament popolati) |
NO021, NO022 Innlandet |
— |
7,30 % |
NO061, NO062 Trøndelag |
— |
8,66 % |
|
NO071 Nordland |
— |
4,60 % |
|
NO072, NO073 Troms og Finnmark |
— |
4,58 % |
|
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
6,87 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
32,02 % |
L-Iżlanda |
Reġjun statistiku |
Il-PDG per capita |
Il-perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “c” predefiniti (żoni skarsament popolati) |
Is00 L-Iżlanda |
— |
100 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
100 % |
Il-Liechtenstein |
Reġjun statistiku |
Il-PDG per capita |
Il-perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
7,50 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
7,50 % |
ANNESS II
[…].
[…].
ANNESS III
Metodu li għandu jintuża għall-allokazzjoni ta’ kopertura “ċ” mhux predefinita fost l-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE
L-ESA se tikkalkula l-kopertura “c” mhux predefinita għal kull Stat tal-EFTA membru taż-ŻEE billi tapplika l-metodu li ġej:
(1) |
L-ESA se tidentifika kwalunkwe reġjun statistiku fil-livell 3 fl-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE li mhumiex f’xi wieħed mill-oqsma li ġejjin:
|
(2) |
Fost ir-reġjuni statistiċi fil-livell 3 identifikati fil-Pass 1, l-ESA se tidentifika dawk li għandhom jew:
|
(3) |
L-allokazzjoni tal-kopertura “c” mhux predefinita għal Stat tal-EFTA membru taż-ŻEE i (A i ) hija kkalkulata billi tintuża l-formula li ġejja (espressa bħala perċentwali tal-popolazzjoni taż-ŻEE): |
A i = p i /P × 100
fejn:
p i hija l-popolazzjoni (5) tar-reġjuni statistiċi fil-livell 3 fi Stat tal-EFTA membru taż-ŻEE i identifikat fil-Pass 2.
P hija s-somma tal-popolazzjoni tar-reġjuni statistiċi fil-livell 3, u tar-reġjuni NUTS 3, identifikati fil-Pass 2 rispettivament fil-preżent u fil-Linji Gwida tal-Kummissjoni.
(1) Il-PDG per capita kollu msemmi f’dan l-Anness huwa bbażat fuq il-medja tal-aħħar tliet snin li għalihom hemm data mill-Eurostat disponibbli, jiġifieri 2016-2018.
(2) Il-livell limitu tad-disparità tal-PDG nazzjonali per capita għal Stat tal-EFTA membru taż-ŻEE i (TG i ) huwa kkalkulat bl-użu tal-formula li ġejja (espressa bħala perċentwali tal-PDG nazzjonali per capita):
(TG) i = 85 × ((1 + 100/g i )/2)
fejn: g i hija l-PDG per capita ta’ Stat tal-EFTA membru taż-ŻEE i, espress bħala perċentwali tal-medja taż-ŻEE.
(3) Id-data kollha dwar il-qgħad imsemmija f’dan l-Anness hija bbażata fuq il-medja tal-aħħar tliet snin li għalihom hemm data tal-Eurostat disponibbli, jiġifieri 2017-2019. Madankollu, din id-data ma fihiex informazzjoni fil-livell 3 u għalhekk, tintuża data dwar il-qgħad għal-livell 2 fejn ikunu jinsabu dawn ir-reġjuni tal-livell 3.
(4) Il-livell limitu tad-disparità tar-rata tal-qgħad nazzjonali għal Stat tal-EFTA membru taż-ŻEE i (TU i ) huwa kkalkulat skont il-formula li ġejja (espress bħala perċentwali tar-rata tal-qgħad nazzjonali):
(TU) i = 115 × ((1 + 100/u i )/2)
fejn: u i hija r-rata tal-qgħad nazzjonali ta’ Stat tal-EFTA membru taż-ŻEE i, espressa bħala perċentwali tal-medja taż-ŻEE.
(5) Iċ-ċifri tal-popolazzjoni għar-reġjuni tal-livell 3 huma kkalkulati fuq il-bażi tad-data dwar il-popolazzjoni użata mill-Eurostat għall-kalkolu tal-PDG reġjonali per capita għall-2018.
ANNESS IV
Metodu għad-definizzjoni ta’ żoni megħjuna li jesperjenzaw telf fil-popolazzjoni kif imsemmi fit-Taqsima 7.4.5
F’konformità mal-paragrafu 188, l-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE jistgħu jidentifikaw iż-żoni li jesperjenzaw telf fil-popolazzjoni kif ġej:
— |
L-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE jridu jidentifikaw żoni assistiti fil-livell ta’ reġjuni statistiċi fil-livell 3 skont l-Artikolu 61(3)(a) u (c) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE; |
— |
Trid tintuża data tal-Eurostat dwar id-densità tal-popolazzjoni għall-perjodu 2009-2018, ibbażata fuq l-aktar klassifikazzjoni tar-reġjuni statistiċi riċenti disponibbli; |
— |
L-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE jridu juru telf fil-popolazzjoni ta’ aktar minn 10 % matul il-perjodu 2009-2018. |
— |
Meta l-klassifikazzjoni tar-reġjuni statistiċi tkun inbidlet matul l-10 snin preċedenti, l-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE mbagħad iridu jużaw id-data dwar id-densità tal-popolazzjoni għall-itwal perjodu ta’ żmien disponibbli. |
L-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE jridu jinkludu l-oqsma b’hekk identifikati meta joħorġu notifika skont il-paragrafu 189.
ANNESS V
Informazzjoni li trid tiġi pprovduta meta tiġi nnotifikata mappa tal-għajnuna reġjonali
(1) |
L-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE jridu jipprovdu, skont fejn applikabbli, informazzjoni għal kull waħda mill-kategoriji segwenti ta’ żoni proposti għan-nomina:
|
(2) |
F’kull kategorija, l-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE jridu jipprovu l-informazzjoni li ġejja għal kull żona proposta:
|
(3) |
Għad-deżinjazzjoni ta’ żoni skarsament popolati u skarsament popolati ħafna, l-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE jridu jipprovdu biżżejjed evidenza li l-kundizzjonijiet applikabbli fil-paragrafu 169 huma ssodisfati. |
(4) |
Għal żoni mhux predefiniti ddeżinjati fuq il-bażi tal-Kriterji 1-5, l-Istati tal-EFTA membri taż-ŻEE jridu jipprovdu biżżejjed evidenza li l-kundizzjonijiet applikabbli kollha stabbiliti fil-paragrafi 175, 176 u 177 huma ssodisfati. |
ANNESS VI
Definizzjoni tas-settur tal-azzar
Għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, “is-settur tal-azzar” tfisser il-produzzjoni ta’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a) |
ħadid fondut grezz u ligi tal-ħadid ħadid fondut grezz għal xogħol fuq l-azzar, funderija u ħadid fondut grezz ieħor, spiegeleisen u ferromanganiż b’karbonju għoli, li ma jinkludix ligi tal-ħadid oħrajn; |
(b) |
prodotti tal-ħadid mhux maħduma u nofshom irfinuti, azzar ordinarju jew azzar speċjali: azzar likwidu fondut jew mhux fondut fl-ingotti, li jinkludi ingotti għal prodotti nofshom lesti bil-forġa: ingotti, billets u blokok; vireg mill-folji u vireg mill-pjanċi stanjati; kojls wesgħin illaminati bis-sħana, bl-eċċezzjoni tal-produzzjoni tal-azzar likwidu għall-ikkastjar minn fonderiji żgħar u medji; |
(c) |
prodotti tal-ħadid irfinati bis-sħana, azzar ordinarju jew azzar speċjali: binarji, traversi, puntali u sottopuntali, travi, sezzjonijiet tqal tal-metall ta ’ 80 mm jew akbar, pili tal-folji, bars u sezzjonijiet ta ’ anqas minn 80 mm u pjanċi ta ’ anqas minn 150 mm, vireg tal-wajer, forom tondi u kwadri għat-tubi, ċineg u strippi tal-ħadid irrumblati bit-tisħin (inklużi l-istrippi għat-tubi), folji rrumblati bit-tisħin (miksija u mhumiex), pjanċi u folji ta ’ ħxuna ta ’ 3 mm u aktar, pjanċi universali ta’ 150 mm u akbar, ħlief għall-wajer u l-prodotti tal-wajer, bars illustrati u ħadid fondut; |
(d) |
prodotti ffurmati bil-kesħa: folji tal-landa, pjanċi biċ-ċomb, pjanċa sewda, folji ggalvanizzati, folji oħra miksija, folji rrumblati bil-ksieħ, folji manjetiċi u strippi maħsuba għall-manifattura tal-folji tal-landa, pjanċi rrumblati bil-kesħa, f’koljaturi jew fi strippi; |
(e) |
tubi: it-tubi tal-azzar kollha bla saldaturi, tubi tal-azzar iwweldjati b’dijametru ta’ aktar minn 406,4 mm. |
ANNESS VII
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-formola tal-applikazzjoni għall-għajnuna għall-investiment reġjonali
1. |
Informazzjoni dwar il-benefiċjarju tal-għajnuna:
|
2. |
Informazzjoni dwar l-investiment li se jiġi appoġġat:
|
3. |
Informazzjoni dwar il-finanzjament tal-investiment:
|
4. |
Informazzjoni dwar il-ħtieġa għall-għajnuna u l-impatt mistenni tagħha:
|
(1) Inkluż, fejn rilevanti, informazzjoni dwar jekk l-investiment huwiex ambjentalment sostenibbli fis-sens tar-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE 2020/852, ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13-43 jew metodoloġiji komparabbli oħrajn.
ANNESS VIII
Informazzjoni msemmija fil-paragrafu 136
L-informazzjoni dwar għotjiet individwali msemmija fil-paragrafu 136.2 tal-Linji Gwida trid tinkludi dan li ġej:
— |
L-identità tal-benefiċjarju tal-għajnuna individwali (1):
|
— |
It-tip ta’ benefiċjarju tal-għajnuna fiż-żmien tal-applikazzjoni:
|
— |
Ir-reġjun statistiku li fih jinsab il-benefiċjarju tal-għajnuna, fil-livell II jew anqas |
— |
Is-settur jew l-attività prinċipali tal-benefiċjarju tal-għajnuna għall-għajnuna partikolari, identifikat(a) mill-grupp NACE (kodiċi numeriku bi tliet ċifri) (2) |
— |
Element ta’ għajnuna espress bis-sħiħ fil-munita nazzjonali |
— |
Jekk differenti mill-element ta’ għajnuna, l-ammont nominali tal-għajnuna, espress bis-sħiħ fil-munita nazzjonali (3) |
— |
L-istrument tal-għajnuna (4):
|
— |
Id-data tal-għoti u d-data tal-pubblikazzjoni |
— |
L-għan tal-għajnuna |
— |
L-identità tal-awtorità jew tal-awtoritajiet awtorizzanti |
— |
Fejn applikabbli, l-isem tal-entità fdata, u l-ismijiet tal-intermedjarji finanzjarji magħżula |
— |
Referenza tal-miżura ta’ għajnuna (5) |
(1) Bl-eċċezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra f’każijiet ġustifikati kif dovut u soġġett għall-qbil tal-ESA (Ara l-Linji Gwida tal-ESA dwar is-Sigriet Professjonali fid-Deċiżjonijiet tal-Għajnuna mill-Istat (ĠU L 154, 8.6.2006, p. 27 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 29, 8.6.2006, p. 1).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti regolamenti dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1). Ir-Regolament huwa inkorporat fl-Anness XXI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2007 (ĠU L 266, 11.10.2007, p. 25, u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 48, 11.10.2007, p. 18).
(3) Ekwivalenti ta’ għotja gross, jew fejn applikabbli, l-ammont tal-investiment. Għal għajnuna operatorja, jista’ jingħata l-ammont annwali ta’ għajnuna għal kull benefiċjarju tal-għajnuna. Għal skemi fiskali dan l-ammont jista’ jingħata skont il-meded stabbiliti fil-paragrafu 139. L-ammont li għandu jiġi ppubblikat huwa l-ogħla benefiċċju tat-taxxa permess u mhux l-ammont imnaqqas ta’ kull sena (pereż. fil-kuntest ta’ kreditu ta’ taxxa, irid jiġi ppubblikat l-ogħla kreditu ta’ taxxa permess aktar milli l-ammont effettiv, li jista’ jiddependi fuq id-dħul taxxabbli u li jista’ jvarja kull sena).
(4) Jekk l-għajnuna tingħata permezz ta’ diversi strumenti ta’ għajnuna, irid jiġi speċifikat l-ammont tal-għajnuna għal kull strument.
(5) Kif previst mill-ESA skont il-proċedura ta’ notifika msemmija fit-Taqsima 3.