This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0300
Regulation (EC) No 300/2008 of the European Parliament and of the Council of 11 March 2008 on common rules in the field of civil aviation security and repealing Regulation (EC) No 2320/2002 (Text with EEA relevance)
Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72–84
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/02/2010
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/300/oj
9.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 97/72 |
REGOLAMENT (KE) Nru 300/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2008
dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80 (2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2), fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fis-16 ta’ Jannar 2008.
Billi:
(1) |
Sabiex jiġu protetti persuni u merkanzija fl-Unjoni Ewropea, atti ta’ interferenza illegali ma’ inġenji ta’ l-ajru ċivili, li jimminaw is-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili, għandhom jiġu evitati bl-istabbiliment ta’ regoli komuni għas-salvagwardja ta’ l-avjazzjoni ċivili. Dan l-objettiv għandu jinkiseb permezz ta’ l-istabbiliment ta’ regoli u standards komuni bażiċi dwar is-sigurtà ta’ l-avjazzjoni kif ukoll mekkaniżmi għall-monitoraġġ tal-konformità. |
(2) |
Huwa mixtieq, fl-interessi tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili in ġenerali, li tiġi provduta l-bażi għal interpretazzjoni komuni ta’ l-Anness 17 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali tas-7 ta’ Diċembru 1944. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili (3) ġie adottat b’riżultat ta’ l-avvenimenti tal-11 ta’ Settembru 2001 fl-Istati Uniti. Huwa meħtieġ approċċ komuni fil-qasam tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili u għandhom jiġu kkonsidrati l-iżjed mezzi effettivi ta’ offerti ta’ assistenza wara atti terroristiċi li jkollhom impatt maġġuri fil-qasam tat-trasport. |
(4) |
Il-kontenut tar-Regolament (KE) Nru 2320/2002 għandu jiġi rivedut fil-kuntest ta’ l-esperjenza miksuba, u r-Regolament innifsu għandu jiġi mħassar u mibdul b’ dan ir-Regolament li jimmira għas-simplifikazzjoni, l-armonizzazzjoni u l-kjarifika tar-regoli eżistenti u t-titjib tal-livelli ta’ sigurtà. |
(5) |
Minħabba l-ħtieġa għal aktar flessibilità fl-adozzjoni ta’ miżuri u proċeduri ta’ sigurtà sabiex il-valutazzjonijiet tar-riskju li qed jevolvu jiġu sodisfatti u sabiex ikunu jistgħu jiġu introdotti teknoloġiji ġodda, dan ir-Regolament għandu jistipula l-prinċipji bażiċi ta’ x’għandu jsir sabiex l-avjazzjoni ċivili tiġi salvagwardjata minn atti ta’ interferenza illegali mingħajr ma jidħol fid-dettalji tekniċi u proċedurali ta’ kif għandhom jiġu implimentati. |
(6) |
Dan ir-Regolament għandu japplika għal ajruporti li jaqdu l-avjazzjoni ċivili li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru, għal operaturi li jipprovdu servizzi f’ajruporti bħal dawn u għal entitajiet li jipprovdu merkanzija u/jew servizzi lil jew permezz ta’ ajruporti bħal dawn. |
(7) |
Mingħajr preġudizzju għall-Konvenzjoni dwar reati u ċerti atti oħra mwettqa abbord inġenji ta’ l-ajru, Tokyo, 1963, il-Konvenzjoni dwar it-trażżin tal-ħtif illegali ta’ l-inġenji ta’ l-ajru, l-Aja, 1970, u l-Konvenzjoni għat-trażżin ta’ atti illegali kontra s-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili, Montreal 1971, dan ir-Regolament għandu jkopri wkoll miżuri ta’ sigurtà li japplikaw abbord inġenji ta’ l-ajru, jew matul titjira, ta’ trasportaturi ta’ l-ajru tal-Komunità. |
(8) |
Kull Stat Membru jżomm l-kompetenza li jiddeċiedi dwar jekk għandhux ipoġġi uffiċjali tas-sigurtà matul it-titjira fuq inġenji ta’ l-ajru reġistrati f’dak l-Istat Membru u fuq titjiriet ta’ trasportaturi ta’ l-ajru liċenzjati minnhom kif ukoll biex jiżguraw, skond il-paragrafu 4.7.7 ta’ l-Anness 17 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u taħt it-termini ta’ dik il-Konvenzjoni, li tali uffiċjali huma persunal tal-gvern li huma magħżula u mħarrġa b’mod speċjali, b’kont meħud ta’ l-aspetti ta’ sigurtà abbord inġenju ta’ l-ajru. |
(9) |
Id-diversi tipi ta’ avjazzjoni ċivili mhux bilfors jippreżentaw l-istess livell ta’ theddid. Fl-istabbiliment ta’ standards komuni bażiċi dwar is-sigurtà ta’ l-avjazzjoni, id-daqs ta’ l-inġenju ta’ l-ajru, in-natura ta’ l-operazzjoni u/jew il-frekwenza ta’ operazzjonijiet fl-ajruporti għandhom jitqiesu bil-ħsieb li jkunu jistgħu jiġu permessi l-għotjiet ta’ derogi. |
(10) |
L-Istati Membri għandhom ikunu permessi wkoll, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, japplikaw miżuri aktar strinġenti minn dawk li għandhom jiġu stabbiliti f’ dan ir-Regolament. |
(11) |
Pajjiżi terzi jistgħu jirrikjedu l-applikazzjoni ta’ miżuri li huma differenti minn dawk stabbiliti f’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ titjiriet minn ajruport fi Stat Membru lejn, jew minn fuq, dak il-pajjiż terz. Madankollu, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim bilaterali li għalih hija parti l-Komunità, għandu jkun possibbli għall-Kummissjoni li teżamina l-miżuri meħtieġa mill-pajjiż terz. |
(12) |
Anke jekk, fi Stat Membru wieħed, jista’ jkun hemm żewġ korpi jew aktar involuti fis-sigurtà ta’ l-avjazzjoni, kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità unika responsabbli għall-koordinazzjoni u l-monitoraġġ ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-istandards ta’ sigurtà. |
(13) |
Sabiex ikunu definiti r-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni ta’ l-istandards komuni bażiċi tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni u sabiex jiġu deskritti liema miżuri huma meħtieġa mill-operaturi u entitajiet oħra għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jfassal programm nazzjonali għas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili. Barra minn hekk, kull operatur ta’ l-ajruport, trasportatur ta’ l-ajru u entità li jkunu qed jimplimentaw standards tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni għandhom ifasslu, japplikaw u jżommu programm ta’ sigurtà sabiex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u ma’ kwalunkwe programm nazzjonali ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili li huwa applikabbli. |
(14) |
Sabiex jimmonitorja l-konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-programm nazzjonali tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili, kull Stat Membru għandu jfassal u jiżgura l-implimentazzjoni ta’ programm nazzjonali sabiex jiġi kkontrollat il-livell u l-kwalità tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili. |
(15) |
Sabiex ikun hemm monitoraġġ ta’ l-applikazzjoni minn Stati Membri ta’ dan ir-Regolament, u sabiex isiru wkoll rakkomandazzjonijiet biex tittejjeb is-sigurtà ta’ l-avjazzjoni, il-Kummissjoni għandha twettaq spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet għal għarrieda. |
(16) |
Bħala regola ġenerali, il-Kummissjoni għandha tippubblika miżuri li għandhom impatt dirett fuq il-passiġġieri. Atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu miżuri u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni ta’ l-istandards komuni bażiċi tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni li jkun fihom informazzjoni sensittiva dwar is-sigurtà, flimkien ma’ rapporti ta’ spezzjonijiet tal-Kummissjoni u t-tweġibiet ta’ l-awtoritajiet xierqa għandhom jitqiesu bħala “informazzjoni klassifikata ta’ l-UE” fis-sens tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-regoli interni ta’ proċedura (4). Dawk il-punti m’għandhomx jiġu pubblikati u għandhom ikunu disponibbli biss għal dawk l-operaturi u l-entitajiet b’interess leġittimu. |
(17) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi proċeduri għall-eżerċizzju ta’ poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (5). |
(18) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex taddotta miżuri ġenerali jemendaw elementi mhux essenzjali ta’l-istandards bażiċi komuni billi jissupplimentawhom, jistabbilixxu kriterji li jippermettu lill-Istati Membri li jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni u jaddottaw miżuri ta’ sigurta’ alternattiva, u jaddottaw speċifikazzjonijiet għall-programmi nazzjonali ta’ kontroll ta’ kwalità. Billi dawk huma miżuri ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh b’ elementi mhux essenzjali ġodda, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(19) |
Meta l-iskadenzi normali ma jistgħux jiġu osservati minħabba raġunijiet imperativi ta’ urġenza, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tapplika l-proċedura b’ urġenza prevista fl-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta’ regoli komuni għas-salvagwardja ta’ l-avjazzjoni ċivili. |
(20) |
L-għan tas-“sistema ta’ kontroll tas-sigurtà unika” (“one-stop security”) għat-titjiriet kollha fl-Unjoni Ewropea għandu jiġi avvanzat. |
(21) |
Barra minn hekk, m’għandux ikun meħtieġ li passiġġieri u/jew il-bagalji tagħhom jiġu skrinjati mill-ġdid fuq titjiriet minn pajjiżi terzi li jkollhom standards ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni li jkunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti b’dan ir-Regolament. Għalhekk, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kull Stat Membru li japplika miżuri iżjed strinġenti, u għall-kompetenzi rispettivi tal-Komunità u l-Istati Membri, deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u, fejn meħtieġ, ftehim bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, li jirrikonoxxu li l-istandards ta’ sigurtà applikati fil-pajjiż terz huma ekwivalenti għall-istandards komuni, għandhom jiġu mħeġġa peress li dawn ikabbru s-sistema ta’ kontroll tas-sigurtà unika (one-stop security). |
(22) |
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ regoli dwar is-sigurtà ta’ l-avjazzjoni, inklużi dawk relatati mat-trasport ta’ merkanzija perikoluża. |
(23) |
Għandhom jiġu pprovduti penali għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Dawn il-penali, li jistgħu jkunu ta’ natura ċivili jew amministrattiva, għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
(24) |
Id-Dikjarazzjoni Ministerjali dwar l-Ajruport ta’ Ġibiltà, miftiehma f’Kordoba fit-18 ta’ Settembru 2006 matul l-ewwel laqgħa Ministerjali tal-Forum ta’ Djalogu dwar Ġibiltà, ser tissostitwixxi d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Ajruport ta’ Ġibiltà magħmula f’Londra fit-2 ta’ Diċembru 1987, u l-konformità sħiħa magħha tiġi meqjusa li tikkostitwixxi konformità mad-Dikjarazzjoni ta’ l-1987. |
(25) |
Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri s-salvagwardja ta’ l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza illegali u li jipprovdi għal interpretazzjoni komuni ta’ l-Anness 17 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali ma jistgħux jintlaħqu b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tar-Regolament, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. |
ADOTTAW DAN ir-Regolament:
Artikolu 1
Objettivi
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni għall-protezzjoni ta’ l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza illegali li jimminaw is-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili.
Huwa jipprovdi wkoll il-bażi għal interpretazzjoni komuni ta’ l-Anness 17 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.
2. Il-mezzi sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-paragrafi 1 għandhom ikunu:
(a) |
l-istabbiliment ta’ regoli komuni u standards bażiċi komuni dwar is-sigurtà ta’ l-avjazzjoni; |
(b) |
mekkaniżmi għall-monitoraġġ tal-konformità. |
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal dawn li ġejjin:
(a) |
l-ajruporti kollha jew partijiet minn ajruporti li jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru li m’humiex użati esklussivament għal finijiet militari; |
(b) |
l-operaturi kollha, inklużi trasportaturi ta’ l-ajru, li jipprovdu servizzi f’ajruporti msemmijin fil-punt (a); |
(ċ) |
l-entitajiet kollha li japplikaw standards ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni li joperaw f’postijiet li jinsabu fit-territorju jew barra mit-territorju ta’ ajruporti u jipprovdu merkanzija u/jew servizzi lil ajruporti msemmijin fil-punt (a) jew minn ajruporti msemmijin fil-punt (a). |
2. L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-ajruport ta’ Ġibiltà hija mifhuma bħala li hi mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit fir-rigward tat-tilwima dwar is-sovranità fuq it-territorju li fih jinsab l-ajruport.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament:
1. |
“avjazzjoni ċivili” tfisser kwalunkwe operazzjoni fl-ajru mwettqa b’inġenju ta’ l-ajru ċivili, ħlief operazzjonijiet imwettqin minn inġenji ta’ l-ajru ta’ l-istat li huma msemmijin fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali; |
2. |
“sigurtà ta’ l-avjazzjoni” tfisser taħlita ta’ miżuri u riżorsi umani u materjali maħsubin għas-salvagwardja ta’ l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza illegali li jimminaw is-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili; |
3. |
“operatur” tfisser persuna, organizzazzjoni jew intrapriża impenjata, jew li toffri li timpenja ruħha, f’operazzjoni ta’ trasport bl-ajru; |
4. |
“trasportatur ta’ l-ajru” tfisser impriża tat-trasport bl-ajru li għandha liċenzja operattiva valida, jew l-ekwivalenti; |
5. |
“trasportatur ta’ l-ajru Komunitarju” tfisser trasportatur ta’ l-ajru b’liċenzja operattiva valida mogħtija minn Stat Membru skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar liċenzjar ta’ air carriers (6); |
6. |
“entità” tfisser persuna, organizzazzjoni jew intrapriża, minbarra operatur; |
7. |
“oġġetti pprojbiti” tfisser armi, splussivi jew tagħmir perikoluż ieħor, oġġetti jew sustanzi li jistgħu jintużaw biex isir att ta’ intereferenza illegali li jimmina s-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili; |
8. |
“skrinjar” tfisser l-applikazzjoni ta’ mezzi tekniċi jew mezzi oħra li huma maħsubin biex jidentifikaw u/jew jikxfu oġġetti projbiti; |
9. |
“kontroll tas-sigurtà” tfisser l-applikazzjoni ta’ mezzi sabiex ma jitħallewx jiġu introdotti oġġetti projbiti; |
10. |
“kontroll fuq l-aċċess” tfisser l-applikazzjoni ta’ mezzi li permezz tagħhom jista’ jiġi prevenut id-dħul ta’ persuni mhux awtorizzati jew vetturi mhux awtorizzati, jew it-tnejn; |
11. |
“iż-żona ta’ l-ajru” (“airside”) tfisser iż-żona ta’ moviment ta’ ajruport, u artijiet u bini li jmissu magħha jew partijiet minnhom, li l-aċċess għalihom huwa ristrett; |
12. |
“iż-żona ta’ l-art” (“landside”) tfisser dawk in-naħat ta’ ajruport, u artijiet u bini li jmissu magħhom jew partijiet minnhom, li mhumiex fiż-żona ta’ l-ajru; |
13. |
“żona ta’ sigurtà ristretta” tfisser parti miż-żona ta’ l-ajru li fiha, minbarra l-fatt li l-aċċess ikun ristrett, jiġu applikati standards ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni oħrajn; |
14. |
“żona demarkata” tfisser żona li hija separata permezz ta’ kontroll fuq l-aċċess minn żoni ta’ sigurtà ristretta, jew, jekk iż-żona demarkata nnifisha hija żona ta’ sigurtà ristretta, minn żoni ta’ sigurtà ristretta oħra ta’ ajruport; |
15. |
“kontroll ta’ l-isfond” tfisser kontroll reġistrat ta’ l-identità ta’ persuna, inkluża kwalunkwe kondotta kriminali, bħala parti mill-valutazzjoni ta’ kemm l-individwu huwa xieraq li jkollu aċċess mingħajr skorta għal żoni ta’ sigurtà ristretta ta’ xi ajruport; |
16. |
“passiġġieri, bagalji, merkanzija jew posta fi trasferiment” tfisser passiġġieri, bagalji, merkanzija jew posta li jitilqu fuq inġenju ta’ l-ajru differenti minn dak li waslu fuqu; |
17. |
“passiġġieri, bagalji, merkanzija jew posta fi tranżitu” tfisser passiġġieri, bagalji, merkanzija jew posta li jitilqu fuq l-istess inġenju ta’ l-ajru li waslu fuqu; |
18. |
“passiġġier potenzjalment problematiku” tfisser passiġġier li jkun qed jiġi deportat, jew persuna li titqies bħala inammissibbli għal raġunijiet ta’ immigrazzjoni jew persuna f’kustodja legali; |
19. |
“bagalji tal-kabina” tfisser bagalji maħsuba għal ġarr fil-kabina ta’ inġenju ta’ l-ajru. |
20. |
“bagalji ta’ l-istiva” tfisser bagalji maħsuba għal ġarr fl-istiva ta’ inġenju ta’ l-ajru; |
21. |
“bagalji ta’ l-istiva akkumpanjati” tfisser bagalji, li nġarru fl-istiva ta’ inġenju ta’ l-ajru, li jkunu ġew reġistrati għal titjira minn passiġġier li jkun qed jivvjaġġa fuq dik l-istess titjira; |
22. |
“posta tat-trasportatur ta’ l-ajru” tfisser posta li l-oriġini u d-destinazzjoni tagħha huma t-tnejn trasportatur ta’ l-ajru; |
23. |
“materjali tat-trasportatur ta’ l-ajru” tfisser materjali li l-oriġini u d-destinazzjoni tagħhom huma t-tnejn trasportatur ta’ l-ajru jew li jintużaw minn trasportatur ta’ l-ajru; |
24. |
“posta” tfisser dispaċċi ta’ korrispondenza u merkanzija oħra għajr posta tat-trasportatur ta’ l-ajru mibgħutin minn jew maħsubin għal kunsinna għal servizzi postali skond ir-regoli ta’ l-Unjoni Postali Universali; |
25. |
“merkanzija” tfisser kwalunkwe proprjetà maħsuba għall-ġarr fuq inġenju ta’ l-ajru, ħlief bagalji, posta, posta ta’ trasportatur ta’ l-ajru, materjali ta’ trasportaturi ta’ l-ajru u provvisti għal matul it-titjira; |
26. |
“aġent regolat” tfisser trasportatur ta’ l-ajru, aġent, speditur ta’ merkanzija jew kwalunkwe entità oħra li tiżgura l-kontrolli ta’ sigurtà fir-rigward ta’ merkanzija jew posta; |
27. |
“kunsinnatarju magħruf” tfisser kunsinnatarju li joriġina merkanzija jew posta għalih innifsu u li l-proċeduri tiegħu jissodisfaw regoli u standards komuni ta’ sigurtà li huma biżżejjed biex jippermettu l-ġarr ta’ dik il-merkanzija jew posta fuq kwalunkwe inġenju ta’ l-ajru; |
28. |
“kunsinnatarju in konto” tfisser kunsinnatarju li joriġina merkanzija jew posta għalih innifsu u li l-proċeduri tiegħu jissodisfaw regoli u standards komuni ta’ sigurtà li huma biżżejjed biex jippermettu l-ġarr ta’ dik il-merkanzija fuq inġenji ta’ l-ajru għall-merkanzija biss jew ta’ posta fuq inġenji ta’ l-ajru għall-posta biss; |
29. |
“kontroll ta’ sigurtà ta’ l-inġenju ta’ l-ajru” tfisser spezzjoni ta’ dawk il-partijiet ta’ ġewwa ta’ l-inġenju ta’ l-ajru li għalihom il-passiġġieri setgħa kellhom aċċess, flimkien ma’ spezzjoni ta’ l-istiva ta’ l-inġenju ta’ l-ajru sabiex jiġu individwati oġġetti projbiti u interferenzi illegali ma’ l-inġenju ta’ l-ajru; |
30. |
“tfittxija ta’ sigurtà ta’ l-inġenju ta’ l-ajru” tfisser spezzjoni tal-parti ta’ ġewwa u l-parti ta’ barra ta’ l-inġenju ta’ l-ajru li jkunu aċċessibbli sabiex jiġu individwati oġġetti projbiti u interferenzi illegali ma’ l-inġenju ta’ l-ajru li jimminaw is-sigurtà ta’ l-inġenju ta’ l-ajru; |
31. |
“uffiċjal ta’ sigurtà abbord titjira” tfisser persuna li hija impjegata minn xi stat sabiex tivvjaġġja fuq inġenju ta’ l-ajru ta’ trasportatur ta’ l-ajru liċenzjat minnu bil-għan li jipproteġi dak l-inġenju ta’ l-ajru u l-okkupanti tiegħu kontra atti ta’ interferenza illegali li jimminaw is-sigurtà tat-titjira. |
Artikolu 4
Standards bażiċi komuni
1. L-istandards bażiċi komuni għas-salvagwardja ta’ l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza illegali li jimminaw is-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili għandhom ikunu kif stabbiliti fl-Anness.
Standards bażiċi komuni addizzjonali mhux previsti fid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu ma’ l-Anness skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat.
2. Għandhom jiġu adottati miżuri ġenerali, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ l-istandards bażiċi komuni msemmijin fil-paragrafu 1 billi jissupplimentawhom, skond il-proċedura regulatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).
Dawn il-miżuri ġenerali għandhom jikkonċernaw:
(a) |
metodi ta’ skrinjar permessi; |
(b) |
kategoriji ta’ oġġetti li jistgħu jkunu pprojbiti; |
(ċ) |
għal dak li jirrigwarda kontroll, raġunijiet biex jingħata aċċess għaż-żona ta’ l-arju u żoni ta’ sigurtà ristretta; |
(d) |
metodi permessi għall-eżami ta’ vetturi, kontrolli ta’ sigurtà fuq inġenji ta’ l-ajru u tiftix ta’ sigurtà fuq inġenji ta’ l-ajru; |
(e) |
kriterji biex tiġi rikonoxxuta l-ekwivalenza ta’ standards ta’ sigurtà ta’ pajjiżi terzi; |
(f) |
kondizzjonijiet li taħthom merkanzija u posta għandhom jiġu skrinjati jew soġġetti għal kontrolli oħra ta’ sigurtà, kif ukoll il-proċess għall-approvazzjoni jew ħatra ta’ aġenti regolatorji, konsenjaturi magħrufin u konsenjaturi in konto; |
(g) |
kondizzjonijiet li taħthom posta bl-ajru u materjal ta’ l-inġenju ta’ l-ajru għandhom jiġu skrinjati jew soġġetti għal kontrolli oħra ta’ sigurtà; |
(h) |
kondizzjonijiet li taħthom fornimenti ta’ waqt it-titjira u fornimenti ta’ l-ajruport għandhom jiġu skrinjati jew soġġetti għal kontrolli oħra ta’ sigurtà, kif ukoll il-proċess għall-approvazzjoni jew ħatra ta’ fornituri regolati u fornituri magħrufa; |
(i) |
kriterji għad-definizzjoni ta’ partijiet kritiċi ta’ żoni ta’ sigurtà ristretta; |
(j) |
kriterji għal reklutaġġ tal-persunal u metodi ta’ taħriġ; |
(k) |
kondizzjonijiet li taħthom proċeduri ta’ sigurtà speċjali jew eżenzjonijiet minn kontrolli ta’ sigurtà jistgħu jiġu applikati; u |
(l) |
kwalunkwe miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ l-istandards bażiċi komuni msemmijin fil-paragrafu 1 billi jissupplimentawhom, li ma kinux previsti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tuża l-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 19(4).
3. Miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-istandards bażiċi komuni msemmijin fil-paragrafu 1 u l-miżuri ġenerali msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura regulatorja msemmija fl-Artikolu 19 (2).
Dawn għandhom jinkludu:
(a) |
rekwiżiti u proċeduri għal skrinjar; |
(b) |
lista ta’ oġġetti projbiti; |
(ċ) |
rekwiżiti u proċeduri għal kontroll ta’ l-aċċess; |
(d) |
rekwiżiti u proċeduri għall-eżami ta’ vetturi, kontrolli ta’ sigurtà fuq inġenji ta’ l-ajru u tiftix ta’ sigurtà fuq inġenji ta’ l-ajru; |
(e) |
deċiżjonijiet biex tiġi rikonoxxuta l-ekwivalenza ta’ standards ta’ sigurtà applikati f’pajjiż terz; |
(f) |
għal dak li jirrigwarda merkanzija u posta, proċeduri għall-approvazzjoni jew ħatra ta’, u l-obbligi li jridu jiġu sodisfatti minn, aġenti regolatorji, konsenjaturi magħrufin u konsenjaturi in konto; |
(g) |
rekwiżiti u proċeduri għal kontrolli ta’ sigurtà ta’ posta b’inġenju ta’ l-arju u materjali ta’ l-inġenju ta’ l-ajru; |
(h) |
għal dak li jirrigwarda fornimenti għal waqt it-titjira u fornimenti ta’ l-ajruport, proċeduri għall-approvazzjoni jew ħatra ta’, u l-obbligi li jridu jiġu sodisfatti minn, fornituri regolati u fornituri magħrufa; |
(i) |
definizzjoni ta’ partijiet kritiċi ta’ żoni ta’ sigurtà ristretta; |
(j) |
rekwiżiti ta’ reklutaġġ u taħriġ tal-persunal; |
(k) |
proċeduri ta’ sigurtà speċjali jew eżenzjonijiet minn kontrolli ta’ sigurtà; |
(l) |
speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri għall-approvazzjoni u l-użu ta’ tagħmir ta’ sigurtà;u |
(m) |
rekwiżiti u proċeduri fir-rigward ta’ passiġġieri potenzjalment problematiċi. |
4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ l-emenda ta’ dan ir-Regolament permezz ta’ deċiżjoni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3), tistabbilixxi kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni msemmijin fil-paragrafu 1 u jadottaw miżuri ta’ sigurtà alternattivi li jipprovdu livell ta’ protezzjoni adegwat abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju lokali. Tali miżuri alternattivi għandhom jiġu ġustifikati b’raġunijiet marbutin mad-daqs ta’ l-inġenju ta’ l-ajru, jew b’raġunijiet marbutin man-natura, l-iskala jew il-frekwenza ta’ l-operazzjonijiet jew ta’ attivitajiet rilevanti oħrajn.
Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tuża l-proċedura ta’ urġenza prevista fl-Artikolu 19(4).
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dawn il-miżuri.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-applikazzjoni fit-territorju tagħhom ta’ l-istandards bażiċi komuni msemmijin fil-paragrafu 1. Fejn Stat Membru jkollu raġuni biex jemmen li l-livell ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni ġie kompromess minħabba ksur fis-sigurtà, huwa għandu jiżgura li tittieħed azzjoni adegwata u f’waqtha biex tirrettifika dak il-ksur u tiżgura s-sigurtà kontinwa ta’ l-avjazzjoni ċivili.
Artikolu 5
Spejjeż ta’ sigurtà
Soġġett għar-regoli rilevanti tal-liġi Komunitarja, kull Stat Membru jista’ jiddetermina f’liema ċirkostanzi, u sa liema punt, l-ispejjeż ta’ miżuri ta’ sigurtà meħuda taħt dan ir-Regolament biex jipproteġu l-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza illegali jistgħu jitħallsu mill-Istati, l-entitajiet ta’ l-ajruport, l-inġenji ta’ l-ajru, aġenziji responsabbli oħra, jew l-utenti. Jekk xieraq, u f’konformità mal-liġi Komunitarja, l-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu ma’ utenti għall-ispejjeż ta’ miżuri ta’ sigurtà iżjed strinġenti meħuda taħt dan ir-Regolament. Sa fejn jista’ jiġi previst, kwalunkwe drittijiet jew trasferimenti ta’ spejjeż ta’ sigurtà għandhom ikunu direttament relatati ma’ l-ispejjeż ta’ forniment tas-servizzi ta’ sigurtà kkonċernati u għandhom ikunu mfassla biex jirkupraw mhux iżjed mill-ispejjeż rilevanti involuti.
Artikolu 6
Miżuri aktar strinġenti applikati minn Stati Membri
1. L-Istati Membri jistgħu japplikaw miżuri aktar strinġenti mill-istandards bażiċi komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 4. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jaġixxu abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju u b’konformità mal-liġi Komunitarja. Dawk il-miżuri għandhom ikunu rilevanti, oġġettivi, mhux diskriminatorji u proporzjonati mar-riskju li jkun qed jiġi indirizzat.
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar tali miżuri mill-iktar fis possibbli wara l-applikazzjoni tagħhom. Malli tirċievi tali informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tittrasmetti din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħrajn.
3. L-Istati Membri m’humiex meħtieġa jinfurmaw lill-Kummissjoni fejn il-miżuri konċernati jkunu limitati għal titjira partikolari f’data speċifika.
Artikolu 7
Miżuri ta’ sigurtà meħtieġa minn pajjiżi terzi
1. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim bilaterali li għalih il-Komunità hija parti, Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar miżuri meħtieġa minn pajjiż terz jekk dawn ikunu differenti mill-istandards bażiċi komuni kif stabbilit fl-Artikolu 4 fir-rigward ta’ titjiriet minn ajruport fi Stat Membru għal, jew minn fuq, dak il-pajjiż terz.
2. Fuq talba ta’ l-Istat Membru konċernat jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe miżura notifikata taħt il-paragrafu 1 u tista’, skond il-proċedura regulatorja msemmija fl-Artikolu 19(2), tfassal rispons xieraq għall-pajjiż terz konċernat.
3. Il-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx jekk:
(a) |
l-Istat Membru konċernat japplika l-miżuri konċernati skond l-Artikolu 6; jew |
(b) |
il-ħtieġa tal-pajjiż terz hija limitata għal titjira partikolari f’data speċifika. |
Artikolu 8
Kooperazzjoni ma’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Avjazzjoni Ċivili
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 300 tat-Trattat, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi Memorandum ta’ Fehim li jikkonċerna verifki ma’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ l-Avjazzjoni Ċivili (ICAO) sabiex tiġi evitata d-dupplikazzjoni tal-monitoraġġ tal-konformità ta’ l-Istati Membri ma’ l-Anness 17 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.
Artikolu 9
Awtorità kompetenti
Fejn, fi Stat Membri wieħed, ikun hemm żewġ korpi jew aktar involuti fis-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili, dak l-Istat Membru għandu jinnomina awtorità waħda (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-awtorità kompetenti) li għandha tkun responsabbli mill-koordinazzjoni u l-monitoraġġ ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-istandards bażiċi komuni msemmijin fl-Artikolu 4.
Artikolu 10
Programm nazzjonali ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili
1. Kull Stat Membru għandu jfassal, japplika u jżomm programm nazzjonali ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili.
Dak il-programm għandu jiddefinixxi r-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni ta’ l-istandards bażiċi komuni msemmijin fl-Artikolu 4 u għandu jiddeskrivi l-miżuri meħtieġa minn operaturi u entitajiet oħra għal din il-għan.
2. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel disponibbli bil-miktub fuq bażi ta’ “ħtieġa għall-għarfien” il-partijiet adatti tal-programm nazzjonali tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili tagħha għal operaturi u entitajiet li hija tqis li għandhom interess leġittimu.
Artikolu 11
Programm nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità
1. Kull Stat Membru għandu jfassal, japplika u jżomm programm nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità.
Dak il-programm għandu jippermetti lill-Istat Membru li jikkontrolla l-kwalità tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili sabiex jimmonitorja l-aderenza kemm ma’ dan ir-Regolament kif ukoll mal-programm nazzjonali ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili tiegħu.
2. L-ispeċifikazzjonijiet għall-programm nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità għandhom jiġu adottati permezz ta’ l-emenda ta’ dan ir-Regolament permezz taż-żieda ta’ anness skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).
Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, il-Kummissjoni tista’ tuża l-proċedura ta’ urġenza prevista fl-Artikolu 19(4).
Il-programm għandu jippermetti l-iskoperta u t-tiswija mgħaġġla tan-nuqqasijiet. Huwa għandu jipprovdi wkoll li l-ajruporti, l-operaturi u l-entitajiet kollha responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ standards ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni li jinsabu fit-territorju ta’ l-Istat Membru konċernat għandhom ikunu monitorjati direttament u regolarment minn, jew taħt is-superviżjoni ta’ l-awtorità kompetenti.
Artikolu 12
Programm ta’ sigurtà ta’ l-ajruporti
1. Kull Stat Membru għandu jfassal, japplika u jżomm programm ta’ sigurtà ta’ l-ajruporti.
Dak il-programm għandu jiddeskrivi l-metodi u l-proċeduri li għandu jsegwi operatur ta’ ajruport sabiex jaderixxi kemm ma’ dan ir-Regolament kif ukoll mal-programm nazzjonali ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili ta’ l-Istat Membru li fih jinsab l-ajruport.
Il-programm għandu jinkludi dispożizzjonijiet interni ta’ kontroll tal-kwalità li jiddeskrivu kif l-aderenza ma’ dawn il-metodi u l-proċeduri għandha tiġi mmonitorjata mill-operatur ta’ l-ajruport.
2. Il-programm tas-sigurtà ta’ l-ajruport għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti, li tista’ tieħu azzjoni ulterjuri fejn ikun il-każ.
Artikolu 13
Programm ta’ sigurtà ta’ trasportatur ta’ l-ajru
1. Kull trasportatur ta’ l-ajru għandu jfassal, japplika u jżomm programm ta’ sigurtà ta’ trasportatur ta’ l-ajru.
Dak il-programm għandu jiddeskrivi l-metodi u l-proċeduri li t-trasportatur ta’ l-ajru għandu jsegwi sabiex ikun konformi kemm ma’ dan ir-Regolament kif ukoll mal-programm nazzjonali ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili ta’ l-Istat Membru li minnu jkun jipprovdi s-servizzi.
Il-programm għandu jinkludi dispożizzjonijiet interni ta’ kontroll tal-kwalità li jiddeskrivu kif il-konformità ma’ dawn il-metodi u l-proċeduri għandha tiġi mmonitorjata mit-trasportatur ta’ l-ajru.
2. Fuq talba, il-programm tas-sigurtà ta’ trasportatur ta’ l-ajru għandu jiġi ppreżentat lill-awtorità kompetenti, li tista’ tieħu azzjoni ulterjuri fejn ikun xieraq.
3. Fejn programm tas-sigurtà ta’ trasportatur ta’ l-ajru tal-Komunità jkun ingħata validità mill-awtorità xierqa ta’ l-Istat Membru li jagħti l-liċenzja operattiva, it-trasportatur ta’ l-ajru għandu jiġi rikonoxxut mill-Istati Membri l-oħra kollha bħala li ssodisfa ir-rekwiżiti tal-paragrafu 1. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ Stat Membru li jitlob mingħand kwalunkwe trasportatur ta’ l-ajru dettalji dwar l-implimentazzjoni minnu:
(a) |
tal-miżuri ta’ sigurtà applikati minn dak l-Istat Membru taħt id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6; u/jew |
(b) |
tal-proċeduri lokali li huma applikabbli fl-ajruporti li huwa jservi. |
Artikolu 14
Programm tas-sigurtà ta’ l-entità
1. Kull entità li taħt il-programm nazzjonali tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili msemmi fl-Artikolu 10 hija meħtieġa tapplika standards tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni għandha tfassal, tapplika u żżomm programm ta’ sigurtà.
Dak il-programm għandu jiddeskrivi l-metodi u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-entità sabiex tkun konformi mal-programm nazzjonali tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili ta’ l-Istat Membru fir-rigward ta’ l-operazzjonijiet tagħha f’dak l-Istat Membru.
Il-programm għandu jinkludi dispożizzjonijiet interni ta’ kontroll tal-kwalità li jiddeskrivu kif l-aderenza ma’ dawn il-metodi u l-proċeduri għandha tiġi monitorjata mill-entità stess.
2. Fuq talba, il-programm tas-sigurtà ta’ l-entità li tapplika l-istandards ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni għandu jiġi sottomess lill-awtorità kompetenti, li tista’ tieħu azzjoni ulterjuri fejn ikun xieraq.
Artikolu 15
Spezzjonijiet mill-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi f’kooperazzjoni ma’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat, għandha twettaq spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet ta’ ajruporti, operaturi u entitajiet li japplikaw standards tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni, sabiex timmonitorja l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mill-Istati Membri u, kif xieraq, tagħmel rakkomandazzjonijiet biex titjieb is-sigurtà ta’ l-avjazzjoni. Għal dan il-fini, l-awtorità kompetenti għandha tinforma bil-miktub lill-Kummissjoni dwar l-ajruporti kollha fit-territorju tagħha li jservu l-avjazzjoni ċivili minbarra dawk koperti bl-Artikolu 4(4).
Il-proċeduri biex isiru l-ispezzjonijiet mill-Kummissjoni għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regulatorja msemmija fl-Artikolu 19(2).
2. Spezzjonijiet mill-Kummissjoni ta’ ajruporti, operaturi u entitajiet li japplikaw standards ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni m’għandhomx jiġu mħabbrin. Il-Kummissjoni għandha, sew minn qabel ispezzjoni, tinforma lill-Istat Membru konċernat dwarha.
3. Kull rapport ta’ spezzjoni mill-Kummissjoni għandu jiġi kkomunikat lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat, li għandu, fit-tweġiba tiegħu, jindika l-miżuri meħuda għar-rimedju ta’ kwalunkwe defiċjenza identifikata.
Ir-rapport, flimkien mat-tweġiba ta’ l-awtorità kompetenti, sussegwentement għandu jiġi komunikat lill-awtoritajiet adatti ta’ l-Istati Membri l-oħra kollha.
Artikolu 16
Rapport Annwali
Kull sena l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri, u tinfurmahom bl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u bl-impatt tiegħu fuq it-titjib tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni.
Artikolu 17
Grupp Konsultattiv tal-Partijiet Interessati
Mingħajr preġudizzju għar-rwol tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Grupp Konsultattiv tal-Partijiet Interessati dwar is-Sigurtà ta’ l-Avjazzjoni, magħmul minn organizzazzjonijiet rappreżentattivi Ewropej li jaħdmu fil-qasam tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni jew li huma direttament affettwati minnha. Ir-rwol ta’ dan il-grupp għandu jkun biss dak ta’ jagħti pariri lill-Kummissjoni. Il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19 għandu jżomm infurmat lill-Grupp Konsultattiv tal-Partijiet Interessati matul il-proċess regolatorju kollu.
Artikolu 18
Tixrid ta’ informazzjoni
Bħala regola ġenerali, il-Kummissjoni għandha tippubblika miżuri li għandhom impatt dirett fuq il-passiġġieri. Madankollu, id-dokumenti li ġejjin għandhom jitqiesu bħala “informazzjoni klassifikati ta’ l-UE” skond it-tifsira tad-Deċiżjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom:
(a) |
miżuri u proċeduri kif imsemmijin fl-Artikoli 4(3), 4(4), 6(1) u 7(1), jekk ikun fihom informazzjoni ta’ sigurtà sensittiva; |
(b) |
ir-rapporti ta’ spezzjoni mill-Kummissjoni u t-tweġibiet ta’ l-awtoritajiet xierqa, kif imsemmija fl-Artikolu 15(3). |
Artikolu 19
Proċedura ta’ Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn Kumitat.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal xahar.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 20
Ftehim bejn il-Komunità u pajjiżi terzi
Meta jkun xieraq, u f’konformità mal-liġi Komunitarja, jistgħu jiġu maħsuba ftehim li jirrikonoxxu li l-istandards ta’ sigurtà applikati f’pajjiż terz huma ekwivalenti għall-istandards tal-Komunità li fi ftehim ta’ l-avjazzjoni bejn il-Komunità u pajjiż terz skond l-Artikolu 300 tat-Trattat, sabiex tiġi avvanzata l-mira ta’ “sistema ta’ kontroll tas-sigurtà unika” għat-titjiriet kollha bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi.
Artikolu 21
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad- disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali jridu jkunu effettivi, propozjonati u dissważivi.
Artikolu 22
Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Finanzjament
Il-Kummissjoni ser tirrapporta, mhux iżjed tard mill-31 ta’ Diċembru 2008, dwar il-prinċipji tal-finanzjament ta’ l-ispejjeż ta’ miżuri ta’ sigurtà fl-avjazzjoni ċivili. Dan ir-rapport ser iqis liema passi jeħtieġ li jittieħdu sabiex jiġi żgurat li miżati ta’ sigurtà jintużaw esklussivament biex jintlaħqu spejjeż ta’ sigurtà, u biex tittejjeb it-trasparenza ta’ tali miżati. Ir-rapport ser jindirizza wkoll il-prinċipji neċessarji biex tiġi ssalvagwardjata kompetizzjoni bla xkiel bejn l-ajruporti u bejn it-trasportaturi ta’ l-ajru, u l-metodi differenti biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward tad-distribuzzjoni ta’ l-ispejjeż ta’ miżuri ta’ sigurtà bejn dawk li jħallsu t-taxxi u l-utenti. Ir-rapport tal-Kummissjoni ser ikun akkumpanjat, jekk xieraq, bi proposta leġiżlattiva.
Artikolu 23
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru. 2320/2002 huwa b’ dan imħassar.
Artikolu 24
Dħul fis-seħħ
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
2. Huwa għandu japplika mid-data imsemmija fir-regoli ta’ implimentazzjoni adottati skond il-proċeduri msemmija fl-Artikoli 4(2) u 4(3), iżda mhux aktar tard minn 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. B’eċċezzjoni għall-paragrafu 2, l-Artikoli 4(2), 4(3), 4(4), 8, 11(2), 15(1) it-tieni subparagrafu, 17, 19 u 22 għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, 11 ta' Marzu 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
J. LENARČIČ
Il-President
(1) ĠU C 185, 8.8.2006, p. 17.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2006 (ĠU C 300 E, 9.12.2006, p. 463), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2006 (ĠU C 70 E, 27.3.2007, p. 21) u l-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ April 2007 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Marzu 2008.
(3) ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 849/2004 (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 1.) Verżjoni kkoreġuta bil-ĠU L 229, 29.6.2004, p. 3.)
(4) ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/548/KE, Euratom (ĠU L 215, 5.8.2006, p. 38).
(5) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(6) ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1.
ANNESS
STANDARDS BAŻIĊI KOMUNI GĦAS-SALVAGWARDJA TA’ L-AVJAZZJONI ĊIVILI KONTRA ATTI TA’ INTERFERENZA ILLEGALI (ARTIKOLU 4)
1. SIGURTÀ TA’ L-AJRUPORT
1.1. Rekwiżiti ta’ l-ippjanar ta’ ajruport
1. |
Meta jiġu ddisinjati u mibnija faċilitajiet ġodda ta’ ajruport jew isir tibdil fil-faċilitajiet eżistenti ta’ ajruport, għandu jittieħed kont sħiħ tar-rekwiżiti għall-implimentazzjoni ta’ l-istandards bażiċi komuni stabbiliti f’dan l-Anness u ta’ l-atti implimentattivi tiegħu. |
2. |
Fl-ajruporti, għandhom jiġu stabbiliti ż-żoni li ġejjin:
|
1.2. Kontroll fuq l-Aċċess
1. |
Aċċess għaż-żona ta’ l-ajru għandu jkun ristrett sabiex id-dħul minn persuni u vetturi mhux awtorizzati f’dawn l-inħawi jiġi prevenut. |
2. |
L-aċċess għal żoni ta’ sigurtà ristretta għandu jkun kontrollat sabiex persuni u vetturi mhux awtorizzati ma jidħlux f’dawn iż-żoni. |
3. |
Persuni u vetturi jistgħu biss jingħataw aċċess għan-naħa ta’ l-ajru u żoni ta’ sigurtà ristretta jekk ikunu jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta’ sigurtà meħtieġa. |
4. |
Persuni, inklużi membri ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira, għandhom ikunu temmew kontroll ta’ l-isfond qabel ma tinħarġilhom karta ta’ l-identità ta’ l-ekwipaġġ jew karta ta’ l-identità ta’ l-ajruport li tawtorizza aċċess bla skorta għal żoni ta’ sigurtà ristretta. |
1.3. Skrinjar ta’ persuni minbarra passiġġieri u l-oġġetti li jġorru
1. |
Persuni minbarra passiġġieri, flimkien ma’ l-oġġetti li jġorru, għandhom jiġu skrinjati fuq bażi kontinwa aleatorja meta jidħlu fiż-żoni ta’ sigurtà ristretta sabiex oġġetti projbiti ma jitħallewx jidħlu f’dawn iż-żoni. |
2. |
Il-persuni kollha minbarra passiġġieri, flimkien ma’l-oġġetti li jġorru, għandhom jiġu skrinjati meta jidħlu fil-partijiet kritiċi taż-żoni ta’ sigurtà ristretta sabiex oġġetti projbiti ma jitħallewx jidħlu f’dawn il-partijiet. |
1.4. Eżami tal-vetturi
Vetturi li jidħlu f’żona ta’ sigurtà ristretta għandhom jiġu eżaminati sabiex oġġetti projbiti ma jitħallewx jidħlu f’dawn iż-żoni.
1.5. Sorveljanza, ronda u kontrolli fiżiċi oħra
Għandu jkun hemm sorveljanza, rondi u kontrolli fiżiċi oħrajn f’ajruporti u, fejn xieraq, fiż-żoni kollha biswit b’aċċess pubbliku, sabiex tiġi identifikata mġieba suspettuża ta’ persuni, jiġu identifikati vulnerabbiltajiet li jistgħu jiġu sfruttati biex jitwettaq att ta’ interferenza illegali u sabiex jinżammu lura persuni mit-twettiq ta’ tali atti.
2. ŻONI DEMARKATI TA’ L-AJRUPORTI
Inġenji ta’ l-ajru pparkjati f’żoni demarkati ta’ ajruporti li għalihom japplikaw il-miżuri alternattivi msemmijin fl-Artikolu 4(4), għandhom ikunu separati minn inġenji ta’ l-ajru li għalihom japplikaw bis-sħiħ l-istandards bażiċi komuni, sabiex jiġi żgurat li l-istandards ta’ sigurtà applikati għal inġenji ta’ l-ajru, passiġġieri, bagalji, merkanzija u posta ta’ dawn ta’ l-aħħar ma jiġux kompromessi.
3. SIGURTÀ TA’ L-INĠENJI TA’ L-AJRU
1. |
Qabel it-tluq, inġenju ta’ l-ajru għandu jiġi soġġett għal kontroll jew tfittxija ta’ sigurtà ta’ inġenji ta’ l-ajru sabiex jiġi żgurat li l-ebda oġġett iprojbit ma jkun preżenti abbord. Inġenju ta’ l-ajru fi transitu jista’ jiġi soġġett għal miżuri oħra xierqa. |
2. |
Kull inġenju ta’ l-ajru għandu jiġi protett minn interferenza mhux awtorizzata. |
4. PASSIĠĠIERI U BAGALJI TAL-KABINA
4.1. Skrinjar ta’ passiġġieri u bagalji tal-kabina
1. |
Il-passiġġieri kollha ta’ oriġini, ta’ trasferiment u ta’ transitu u l-bagalji tal-kabina tagħhom għandhom jiġu skrinjati sabiex oġġetti projbiti ma jitħallewx jidħlu f’żoni ta’ sigurtà ristretta u abbord inġenji ta’ l-ajru. |
2. |
Passiġġieri ta’ trasferiment u l-bagalji tal-kabina tagħhom jistgħu jiġu eżentati minn skrinjar, jekk:
|
3. |
Passiġġieri fi transitu u l-bagalji tal-kabina tagħhom jistgħu jiġu eżentati minn skrinjar, jekk:
|
4.2. Protezzjoni tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-kabina
1. |
Il-passiġġieri u l-bagalji tal-kabina tagħhom għandhom jiġu protetti minn interferenzi mhux awtorizzati mill-punt li fih jiġu skrinjati sat-tluq ta’ l-inġenju ta’ l-ajru li fuqu jinġarru. |
2. |
Passiġġieri għat-tluq li jkunu ġew skrinjati m’għandhomx jitħalltu ma’ passiġġieri li jkunu qed jaslu, dment li:
|
4.3. Passiġġieri potenzjalment problematiċi
Qabel it-tluq passiġġieri potenzjalment problematiċi għandhom jiġu soġġetti għal miżuri ta’ sigurtà adatti.
5. BAGALJI TA’ L-ISTIVA
5.1. Skrinjar tal-bagalji ta’ l-istiva
1. |
Il-bagalji kollha ta’ l-istiva għandhom jiġu skrinjati qabel ma jiġu mgħobbija fuq inġenju ta’ l-ajru sabiex l-introduzzjoni ta’ oġġetti projbiti f’żoni ta’ sigurtà ristretta u abbord inġenju ta’ l-ajru tiġi prevenuta. |
2. |
Bagali ta’ l-istiva fi trasferiment jistgħu jiġu eżentati minn skrinjar, jekk:
|
3. |
Bagalji ta’ l-istiva fi transitu jistgħu jiġu eżentati minn skrinjar jekk jibqgħu abbord l-inġenju ta’ l-ajru. |
5.2. Protezzjoni tal-bagalji ta’ l-istiva
Bagalji ta’ l-istiva li għandhom jinġarru fuq inġenju ta’ l-ajru għandhom jiġu protetti minn interferenza mhux awtorizzata mill-punt li fih jiġu skrinjati jew li ġew aċċettati fil-kura tat-trasportatur ta’ l-ajru, skond liema jiġi l-ewwel, sat-tluq ta’ l-inġenju ta’ l-ajru li fuqu għandhom jinġarru.
5.3. Tqabbil tal-bagalji
1. |
Kull biċċa tal-bagalja fl-istiva għandha tiġi identifikata bħala akkumpanjata jew mhux akkumpanjata. |
2. |
Bagalji ta’ l-istiva mhux akkumpanjati m’għandhomx jinġarru, sakemm dawk il-bagalji jew ikunu ġew separati minħabba fatturi li jmorru lil hinn mill-kontroll tal-passiġġier, jew ikunu ġew suġġetti għal kontrolli xierqa ta’ sigurtà. |
6. MERKANZIJA U POSTA
6.1. Kontrolli ta’ sigurtà għal merkanzija u posta
1. |
Il-merkanzija u l-posta kollha għandhom jiġu soġġetti għal kontrolli ta’ sigurtà qabel ma jiġu mgħobbijin fuq inġenju ta’ l-ajru. Trasportatur ta’ l-ajru ma għandux jaċċetta merkanzija jew posta għall-ġarr fuq inġenju ta’ l-ajru ħlief jekk ikun applika dawk il-kontrolli huwa nnifsu jew l-applikazzjoni tagħhom tkun ġiet ikkonfermata jew ikun ingħata kont tagħha minn aġent regolat, kunsinnatarju magħruf jew kunsinnatarju in konto. |
2. |
Merkanzija fi trasferiment u posta fi trasferiment jistgħu jiġu soġġetti għal kontrolli ta’ sigurtà alternattivi hekk kif dettaljati f’att implimentattiv. |
3. |
Merkanzija fi transitu u posta fi transitu jistgħu jiġu eżenti minn kontrolli ta’ sigurtà jekk jibqgħu abbord l-inġenju ta’ l-ajru. |
6.2. Protezzjoni ta’ merkanzija u posta
1. |
Merkanzija u posta li għandhom jinġarru fuq inġenju ta’ l-ajru għandhom jiġu protetti minn interferenza mhux awtorizzata mill-punt minn fejn jiġu applikati kontrolli ta’ sigurtà sat-tluq ta’ l-inġenju ta’ l-ajru li jinġarru fuqu. |
2. |
Merkanzija u posta li m’humiex protetti adegwatament minn interferenza mhux awtorizzata wara li jkunu ġew applikati kontrolli ta’ sigurtà għandhom jiġu skrinjati. |
7. POSTA U MATERJALI TAT-TRASPORTATURI TA’ L-AJRU
Posta u materjali tat-trasportaturi ta’ l-ajru għandhom jiġu soġġetti għal kontrolli ta’ sigurtà u wara dan protetti sakemm jitgħabbew fuq l-inġenju ta’ l-ajru sabiex oġġetti projbiti ma jitħallewx jittellgħu fuq inġenju ta’ l-ajru.
8. PROVVISTI GĦAT-TITJIRA
Provvisti għat-titjira, inkluż l-ikel u x-xorb, maħsubin għall-ġarr jew l-użu abbord inġenju ta’ l-ajru għandhom jiġu soġġetti għal kontrolli ta’ sigurtà u wara dan protetti sakemm jittellgħu fuq l-inġenju ta’ l-ajru sabiex oġġetti projbiti ma jitħallewx jittellgħu fuq inġenju ta’ l-ajru.
9. PROVVISTI TA’ L-AJRUPORT
Provvisti maħsubin għall-bejgħ jew l-użu f’żoni ta’ sigurtà ristretta ta’ l-ajruporti, inklużi l-provvisti għall-ħwienet tal-bejgħ mingħajr dazju u r-ristoranti, għandhom jiġu soġġetti għal kontrolli ta’ sigurtà sabiex oġġetti projbiti ma jitħallewx jidħlu f’dawn iż-żoni.
10. MIŻURI TA’ SIGURTÀ MATUL TITJIRA
1. |
Mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ sigurtà ta’ l-avjazzjoni applikabbli:
|
2. |
Għandhom jittieħdu miżuri ta’ sigurtà adatti bħal taħriġ ta’ l-ekwipaġġ tat-titjira u l-persunal tal-kabina biex atti ta’ interferenza illegali jiġu prevenuti matul titjira. |
3. |
M’għandhomx jinġarru armamenti abbord inġenju ta’ l-ajru, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li jinġarru fl-istiva, ħlief jekk ikunu intlaħqu l-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ sigurtà skond il-liġijiet nazzjonali u tkun ingħatat awtorizzazzjoni mill-Istati involuti. |
4. |
Il-paragrafu 3 għandu japplika wkoll għal uffiċjali ta’ sigurtà ta’ matul it-titjira jekk dawn iġorru armamenti. |
11. REKLUTAĠĠ U TAĦRIĠ TAL-PERSUNAL
1. |
Persuni li jimplimentaw, jew li huma responsabbli għall-implimentazzjoni, l-iskrinjar, il-kontroll fuq l-aċċess jew għal kontrolli ta’ sigurtà oħra għandhom jiġi reklutati, imħarrġin u, fejn xieraq, iċċertifikati sabiex jiġi żgurat li huma adegwati għall-impjieg u kompetenti biex iwettqu d-dmirijiet li jiġu assenjati għalihom. |
2. |
Persuni minbarra passiġġieri, li jeħtieġu aċċess għal żoni ta’ sigurtà ristretta għandhom jingħataw taħriġ fil-qasam tas-sigurtà, qabel tinħarġilhom jew karta ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-ajruport jew karta ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-ekwipaġġ. |
3. |
It-taħriġ kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jsir fuq bażi inizjali u rikorrenti. |
4. |
L-istrutturi li jieħdu ħsieb it-taħriġ tal-persuni msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikollom il-kwalifiki meħtieġa. |
12. TAGĦMIR TA’ SIGURTÀ
Tagħmir użat għal skrinjar, kontroll fuq l-aċċess u kontrolli ta’ sigurtà oħra għandu jikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet definiti u jkun kapaċi jwettaq il-kontrolli ta’ sigurtà kkonċernati.