This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024D3119
Commission Implementing Decision (EU) 2024/3119 of 16 December 2024 amending Implementing Decision (EU) 2023/110 by prolonging the period of application of emergency measures regarding confirmed cases of infestation with the small hive beetle in France and Italy and by adding the Region of Sicily in Italy to the Annex thereof as a zone subject to emergency measures (notified under document C(2024) 8783)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3119 tas-16 ta’ Diċembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/110 billi testendi l-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ każijiet ikkonfermati ta’ infestazzjoni bil-ħanfusa żgħira tal-ġabsala fi Franza u fl-Italja u billi żżid ir-Reġjun ta’ Sqallija fl-Italja mal-Anness tiegħu bħala żona soġġetta għal miżuri ta’ emerġenza (notifikata bid-dokument C(2024) 8783)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3119 tas-16 ta’ Diċembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/110 billi testendi l-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ każijiet ikkonfermati ta’ infestazzjoni bil-ħanfusa żgħira tal-ġabsala fi Franza u fl-Italja u billi żżid ir-Reġjun ta’ Sqallija fl-Italja mal-Anness tiegħu bħala żona soġġetta għal miżuri ta’ emerġenza (notifikata bid-dokument C(2024) 8783)
C/2024/8783
ĠU L, 2024/3119, 18.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/3119/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/3119/oj
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/3119 |
18.12.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3119
tas-16 ta’ Diċembru 2024
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/110 billi testendi l-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ każijiet ikkonfermati ta’ infestazzjoni bil-ħanfusa żgħira tal-ġabsala fi Franza u fl-Italja u billi żżid ir-Reġjun ta’ Sqallija fl-Italja mal-Anness tiegħu bħala żona soġġetta għal miżuri ta’ emerġenza
(notifikata bid-dokument C(2024) 8783)
(It-testi bil-Franċiż u bit-Taljan biss huma awtentiċi)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1), il-punt (c), tiegħu,
Billi:
(1) |
L-infestazzjoni bl-Aethina tumida (il-ħanfusa żgħira tal-ġabsala) hija marda elenkata msemmija fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/429, u marda tal-kategoriji D u E msemmija fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (2). |
(2) |
Din il-marda hija fil-biċċa l-kbira assenti mill-Unjoni, iżda minn Settembru 2014 seħħew infestazzjonijiet fir-Reġjun tal-Calabria fl-Italja, u mill-2022 fid-dipartiment ekstra-Ewropew Franċiż tal-Gżira ta’ Réunion. Bħalissa d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/110 (3) tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta’ każijiet ikkonfermati ta’ infestazzjonijiet bil-ħanfusa żgħira tal-ġabsala fl-Italja u fi Franza, u l-Calabria u l-Gżira ta’ Réunion elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni bħala żoni soġġetti għal dawk il-miżuri ta’ emerġenza. |
(3) |
Dan l-aħħar, kemm l-Italja kif ukoll Franza nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar każijiet ġodda ta’ infestazzjoni bil-ħanfusa żgħira tal-ġabsala li nstabet fil-Calabria u fil-Gżira ta’ Réunion. Barra minn hekk, dan l-aħħar l-Italja nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni dwar diversi każijiet ġodda ta’ infestazzjoni bil-ħanfusa żgħira tal-ġabsala li nstabet fir-Reġjun ta’ Sqallija li mhuwiex elenkat fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni bħala żona soġġetta għal dawk il-miżuri ta’ emerġenza. |
(4) |
Sabiex jiġi evitat kull tfixkil bla bżonn tal-kummerċ fl-Unjoni, u biex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ imposti minn pajjiżi terzi, kif ukoll biex jiġi evitat kull tixrid tal-infestazzjoni bil-ħanfusa żgħira tal-ġabsala lejn żoni oħra tal-Unjoni, jixraq li jiżdied ir-Reġjun ta’ Sqallija mal-lista tal-Istati Membri jew taż-żoni tagħhom fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/110 soġġetti għal miżuri ta’ emerġenza minħabba l-preżenza ta’ infestazzjoni bil-ħanfusa żgħira tal-ġabsala. |
(5) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/110 tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2024. Madankollu, minħabba d-diffikultajiet kontinwi li ġarrbu l-Istati Membri f’dawn l-aħħar snin biex jeqirdu l-ħanfusa ż-żgħira tal-ġabsala fl-Istati Membri affettwati, jenħtieġ li jiġu estiżi l-miżuri ta’ emerġenza stabbiliti f’dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. Kif xieraq, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/110 tiġi emendata, sabiex tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2026. |
(6) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/110 jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni (UE) 2023/110 hija emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2026.”; |
2. |
l-Anness huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża u lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/110 tat-12 ta’ Jannar 2023 li tistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fir-rigward ta’ każijiet ikkonfermati ta’ infestazzjoni bil-ħanfusa żgħira tal-ġabsala (Aethina tumida) fl-Italja u fi Franza u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/597 (ĠU L 13, 16.1.2023, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/110/oj).
ANNESS
Lista ta’ Stati Membri jew żoni tagħhom soġġetti għall-miżuri ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 2(1)
Stat Membru |
Żoni soġġetti għall-miżuri ta’ emerġenza |
Franza |
Id-département ta’ La Réunion |
L-Italja |
Ir-Reġjun tal-Calabria: ir-Reġjun kollu Ir-Reġjun ta’ Sqallija: ir-Reġjun kollu |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/3119/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)