This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0878
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/878 of 18 June 2018 adopting the list of Member States, or parts of the territory of Member States, that comply with the rules for categorisation laid down in Article 2(2) and (3) of Delegated Regulation (EU) 2018/772 concerning the application of preventive health measures for the control of Echinococcus multilocularis infection in dogs (Text with EEA relevance.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/878 tat-18 ta' Ġunju 2018 li jadotta l-lista tal-Istati Membri, jew partijiet tat-territorju tal-Istati Membri, li jikkonformaw mar-regoli għall-kategorizzazzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/878 tat-18 ta' Ġunju 2018 li jadotta l-lista tal-Istati Membri, jew partijiet tat-territorju tal-Istati Membri, li jikkonformaw mar-regoli għall-kategorizzazzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/3735
ĠU L 155, 19.6.2018, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2021
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/878/oj
19.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 155/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/878
tat-18 ta' Ġunju 2018
li jadotta l-lista tal-Istati Membri, jew partijiet tat-territorju tal-Istati Membri, li jikkonformaw mar-regoli għall-kategorizzazzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali tal-klieb, il-qtates u l-inmsa fi Stati Membri. L-Artikolu 19 jipprevedi, b'mod partikolari, l-applikazzjoni ta' miżuri sanitarji preventivi biex jiġi żgurat il-kontroll ta' mard u infezzjonijiet oħra minbarra l-idrofobija li x'aktarx jinfirxu minħabba l-moviment ta' dawk l-annimali. |
(2) |
L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 jipprevedi wkoll l-adozzjoni ta' regoli għall-kategorizzazzjoni tal-Istati Membri jew, ta' partijiet minnhom, skont l-istatus tas-saħħa tal-annimali u s-sistemi ta' sorveljanza u ta' rappurtar tagħhom fir-rigward ta' ċerti mard jew infezzjonijiet oħra minbarra l-idrofobija. L-Istati Membri, jew partijiet minnhom, li jkunu konformi ma' dawk ir-regoli ta' kategorizzazzjoni jistgħu jiġu inklużi f'lista li se tiġi adottata skont l-Artikolu 20 ta' dak ir-Regolament. |
(3) |
Skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament Delegat (UE) 2018/772 (2) li tawtorizza l-applikazzjoni ta' miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb, li jistabbilixxi regoli għall-kategorizzazzjoni tal-Istati Membri jew partijiet minnhom, fir-rigward ta' dik l-infezzjoni, u li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li l-Istati Membri jridu jissodisfaw sabiex jibqgħu eliġibbli biex japplikaw dawk il-miżuri sanitarji preventivi. |
(4) |
Ir-regoli ta' kategorizzazzjoni stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2018/772 jinkludu l-kundizzjonijiet li l-Istati Membri jeħtieġ li jissodisfaw sabiex juru li li m'għandhomx volpijiet ħomor selvaġġi fit-territorju kollu tagħhom jew inkella, jekk annimali ospitanti definittivi selvaġġi li aktarx ikollhom il-parassita Echinococcus multilocularis huma preżenti fit-territorju kollu tagħhom jew f'partijiet mit-territorju tagħhom, li ma kien hemm l-ebda okkorrenza ta' infezzjoni tal-Echinococcus multilocularis rreġistrata f'dawk l-annimali. L-Istati Membri jew partijiet minnhom elenkati skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 bħala konformi ma' dawk ir-regoli ta' kategorizzazzjoni huma eliġibbli biex japplikaw il-miżuri sanitarji preventivi speċifikati fir-Regolament Delegat (UE) 2018/772. |
(5) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/772 huwa maħsub biex jieħu post ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011 (3), li fih miżuri sanitarji preventivi simili għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb u li jelenka l-Finlandja, l-Irlanda, Malta u r-Renju Unit, bħala l-Istati Membri awtorizzati biex japplikaw dawk il-miżuri. Il-Finlandja, l-Irlanda, Malta u r-Renju Unit baqgħu eliġibbli biex japplikaw dawk il-miżuri sanitarji preventivi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1152/2011 abbażi ta' evidenza kontinwa tan-nuqqas tal-parassita Echinococcus multilocularis fil-popolazzjonijiet ospitanti definittivi selvaġġi tagħhom jew, fil-każ ta' Malta, fuq il-bażi ta' evidenza li ma hemm l-ebda popolazzjoni ospitanti definittiva selvaġġa xierqa fuq il-gżira u li l-parassita Echinococcus multilocularis qatt ma ġiet irreġistrata f'annimali ospitanti definittivi domestiċi. |
(6) |
Il-volpi aħmar selvaġġ huwa deskritt bħala speċi mhux preżenti fi kwalunkwe parti ta' Malta skont l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura. Fuq dik il-bażi u abbażi tal-evidenza msemmija fil-premessa (5), Malta titqies li hija konformi mar-regoli ta' kategorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772 għat-territorju kollu tagħha. Jenħtieġ għalhekk li Malta tiġi elenkata bħala konformi ma' dawk ir-regoli ta' kategorizzazzjoni għat-territorju kollu tagħha. |
(7) |
Popolazzjoni ospitanti definittiva selvaġġa li aktarx ikollha l-parassita Echinococcus multilocularis, jiġifieri, il-popolazzjoni tal-volpi aħmar, hija preżenti fit-territorju kollu tal-Finlandja, tal-Irlanda u tar-Renju Unit. Mill-1 ta' Jannar 2012, it-tliet Stati Membri ilhom jimplimentaw programmi ta' sorveljanza speċifiċi għall-patoġenu għall-popolazzjonijiet tagħhom tal-volpi aħmar skont ir-rekwiżiti tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1152/2011 u, f'kull każ, l-ebda okkorrenza ta' infezzjoni tal-Echinococcus multilocularis ma ġiet irreġistrata f'dawk il-popolazzjonijiet. Kwalunkwe okkorrenza tal-infezzjoni hija notifikabbli b'mod obbligatorju skont il-liġi nazzjonali tagħhom. Għalhekk il-Finlandja, l-Irlanda u r-Renju Unit jitqiesu li huma konformi mar-regoli ta' kategorizzazzjoni stipulati fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772 għat-territorju kollu tagħhom. Għalhekk il-Finlandja, l-Irlanda u r-Renju Unit jenħtieġ li jiġu elenkati bħala konformi ma' dawk ir-regoli ta' kategorizzazzjoni għat-territorju kollu tagħhom. |
(8) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/772 jipprevedi t-tħassir tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1152/2011 b'effett mill-1 ta' Lulju 2018. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe lakuna fl-applikazzjoni ta' miżuri sanitarji preventivi fir-rigward ta' klieb li jidħlu fil-Finlandja, fl-Irlanda, f'Malta u fir-Renju Unit, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li japplika mill-1 ta' Lulju 2018. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-lista ta' Stati Membri li jikkonformaw fit-territorju kollu tagħhom mar-regoli ta' kategorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772 hija stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-lista tal-Istati Membri, jew ta' partijiet tat-territorju tal-Istati Membri, li jikkonformaw mar-regoli ta' kategorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772 hija stabbilita fil-Parti 2 tal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ġunju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/772 tal-21 ta' Novembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb u li jħassar ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1152/2011 (ĠU L 130, 28.5.2018, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011 tal-14 ta' Lulju 2011 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb (ĠU L 296, 15.11.2011, p. 6).
ANNESS
PARTI 1
Il-lista ta' Stati Membri li jikkonformaw fit-territorju kollu tagħhom mar-regoli ta' kategorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772
Il-kodiċi ISO tal-pajjiż |
Stat Membru |
MT |
MALTA |
PARTI 2
Il-lista tal-Istati Membri, jew ta' partijiet tat-territorju tal-Istati Membri, li jikkonformaw mar-regoli ta' kategorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/772
Il-kodiċi ISO tal-pajjiż |
Stat Membru |
It-territorju kollu/partijiet tat-territorju |
FI |
IL-FINLANDJA |
It-territorju kollu |
GB |
IR-RENJU UNIT |
It-territorju kollu |
IE |
L-IRLANDA |
It-territorju kollu |