This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002D0593
2002/593/EC: Commission Decision of 19 July 2002 recognising in principle the completeness of the dossiers submitted for detailed examination in view of the possible inclusion of Spirodiclofen and Dimoxystrobin in Annex I to Council Directive 91/414/EEC concerning the placing of plant-protection products on the market (Text with EEA relevance) (notified under document number C(2002) 2693)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2002 li tagħraf fi prinċipju l-kompletezza tad-dossiers sottomessi għal eżami dettaljat bil-ħsieb ta’ inklużjoni possibbli ta’ Spirodiclofen u Dimoxystrobin fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li għandha x’ taqsam mat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (mgħarrfa taħt dokument nru Ċ(2002) 2693)Test b’rilevanza għall-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2002 li tagħraf fi prinċipju l-kompletezza tad-dossiers sottomessi għal eżami dettaljat bil-ħsieb ta’ inklużjoni possibbli ta’ Spirodiclofen u Dimoxystrobin fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li għandha x’ taqsam mat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (mgħarrfa taħt dokument nru Ċ(2002) 2693)Test b’rilevanza għall-ŻEE
ĠU L 192, 20.7.2002, p. 60–61
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/593/oj
Official Journal L 192 , 20/07/2002 P. 0060 - 0061
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2002 li tagħraf fi prinċipju l-kompletezza tad-dossiers sottomessi għal eżami dettaljat bil-ħsieb ta’ inklużjoni possibbli ta’ Spirodiclofen u Dimoxystrobin fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li għandha x’ taqsam mat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (mgħarrfa taħt dokument nru Ċ(2002) 2693) (Test b’rilevanza għall-ŻEE) (2002/593/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE ta’ l-15 ta’ Lulju 1991 li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [1], kif emendat l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/18/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 6(3) miġjub fih, Billi: (1) Id-Direttiva 91/414/KEE tipprovdi għall-iżvilupp ta’ lista Komunitarja ta’ sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni f’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. (2) Dossier għas-sustanza attiva Spirodiclofen ġie sottomess minn Bayer AG, Ġermanja, lil aworitajiet Olandiżi fit-23 ta’ Awissut 2001 flimkien ma’ applikazzjoni biex jinkiseb l-inklużjoni tiegħu fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Dokument u applikazzjoni li għandha x’ taqsam mas-sustanza attiva Dimoxystrobin ġew sottomessi minn BASF, ir-Renju Unit, lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fit-28 ta’ Novembru 2001. (3) L-awtoritajiet Olandiżi u l-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw lill-Kummissjoni li, fuq eżami preliminari, id-dossiers għas-sustanzi attivi konċernati jidhru li jissodisfaw il-fatti magħrufa (data) u l-ħtiġijiet tat-tagħrif ta’ l-Anness II mad-Direttiva 91/414/KE. Il-dokumenti sottomessi jidhru wkoll li jissodisfaw il-fatti magħrufa (data) u l-ħtiġijiet tat-tagħrif ta’ l-Anness III mad-Direttiva 91/414/KEE rigward prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li jikkontjeni s-sustanza attiva konċernata. Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KE, id-dossiers ġew mibgħuta sosegwentement mill-applikanti rispettivi lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra, u ġew riferiti lill-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali. (4) Permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi konfermat formalment fil-livell tal-Komunità li d-dossiers huma kunsidrati bħala li jissodisfaw fi prinċipju l-fatti magħrufa (data) u l-ħtiġijiet tat-tagħrif provvduti fl-Anness II u, għall-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li jikkontjeni s-sustanza attiva konċernata, il-ħtiġijiet ta’ l-Anness III mad-Direttiva 91/414/KE. (5) Din id-Deċiżjoni m’ għandhiex tippreġudika d-dritt tal-Kummissjoni li titlob lill-applikant li jissottometti aktar fatti magħrufa (data) jew tagħrif lill-Istat Membru nominat bħala rapporteur rigward sustanza mogħtija sabiex jiġu ċċarati ċertu punti fid-dossier. (6) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 Id-dossiers li jikkonċernaw is-sustanzi attivi identifikati fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni, li ġew sottomessi lill-Kummissjoni u l-Istati Membri bil-ħsieb li tinkiseb inklużjoni ta’ dawn is-sustanzi fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE, jissodisfaw fi prinċipju il-fatti magħrufa (data) u l-ħtiġijiet ta’ tagħrif dikjarati fl-Anness II mad-Direttiva 91/414/KEE. Il-dossiers jissodisfaw ukoll il-fatti magħrufa (data) u l-ħtiġijiet ta’ tagħrif dikjarati fl-Anness III mad-Direttiva 91/414/KEE rigward prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li jikkontjeni s-sustanza attiva, fil-waqt li jitqies l-użu propost. L-Artikolu 2 L-Istati Membri rapporteur għandhom isegwu l-eżami dettaljat għad-dossiers konċernati u għandhom jirrapportaw il-konklużjonijiet ta’ l-eżamijiet tagħhom permezz ta’ xi rakkomandazzjonijiet dwar l-inklużjoni jew in-nuqqas ta’ inklużjoni tas-sustanza attiva konċernata fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE u xi kondizzjonijiet li għandhom x’ jaqsmu mal-Kummissjoni kemm jista’ jkun malajr u l-aktar tard fi żmien perjodu ta’ sena mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Lulju. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 230, tad-19.08.91, p. 1. [2] ĠU L 55, tas-26.02.02, p. 29. -------------------------------------------------- L-ANNESS SUSTANZI ATTIVI KONĊERNATI MINN DIN ID-DEĊIŻJONI Nru | Isem Komuni, Nru ta’ Identifikazzjoni CIPAC | Applikant | Data ta’ applikazzjoni | Stat Membru Rapporteur | 1 | Spirodiclofen CIPAC Nru 737 | Bayer AG, Ġermanja | fit-23 ta’ Awissu 2001. | NL | 2 | Dimoxystrobin CIPAC Nru 739 | BASF, ir-Renju Unit | fit-28 ta’ Novembru 2001. | RU | --------------------------------------------------