This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02021R0776-20210512
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/776 of 11 May 2021 establishing templates for certain forms as well as technical rules for the effective exchange of information under Regulation (EU) 2018/1672 of the European Parliament and of the Council on controls on cash entering or leaving the Union
Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/776 tal-11 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi mudelli għal ċerti formoli kif ukoll regoli tekniċi għall-iskambju effettiv ta’ informazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kontrolli fuq flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/776 tal-11 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi mudelli għal ċerti formoli kif ukoll regoli tekniċi għall-iskambju effettiv ta’ informazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kontrolli fuq flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/776/2021-05-12
02021R0776 — MT — 12.05.2021 — 000.003
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/776 tal-11 ta’ Mejju 2021 (ĠU L 167 12.5.2021, p. 6) |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/776
tal-11 ta’ Mejju 2021
li jistabbilixxi mudelli għal ċerti formoli kif ukoll regoli tekniċi għall-iskambju effettiv ta’ informazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kontrolli fuq flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni
Artikolu 1
Formola ta’ dikjarazzjoni
Il-formola tad-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2018/1672 (“formola tad-dikjarazzjoni”) għandha tikkonforma mal-mudell stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u għandha timtela skont in-noti dwar il-mili speċifikati fiha.
Artikolu 2
Formola ta’ divulgazzjoni
Il-formola ta’ divulgazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2018/1672 (“formola ta’ divulgazzjoni”) għandha tikkonforma mal-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u għandha timtela skont in-noti dwar il-mili speċifikati fiha.
Artikolu 3
Folji addizzjonali għall-formoli
Meta l-ispazju disponibbli fil-formola tad-dikjarazzjoni jew fil-formola ta’ divulgazzjoni, skont il-każ, ma jkunx biżżejjed, għandhom jintużaw folji addizzjonali bħal fil-mudelli stabbiliti fil-Parti 3 jew il-Parti 4 tal-Anness I, rispettivament. Meta jiġu mehmuża folji addizzjonali ma’ dikjarazzjoni jew ma’ formola ta’ divulgazzjoni, dawn għandhom jitqiesu bħala parti integrali minnha.
Artikolu 4
Formoli għall-użu uffiċjali
Artikolu 5
Skambju ta’ informazzjoni permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu l-informazzjoni rreġistrata skont l-Artikoli 3 u 4, l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/1672 lis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali (CIS) fi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:
billi tiddaħħal l-informazzjoni manwalment permezz tal-interfaċċa tal-utent tas-CIS fuq l-internet;
billi tiġi esportata l-informazzjoni mis-sistema/i nazzjonali u tiġi importata fis-CIS billi jintuża l-format tad-data tas-CIS XML;
billi tiġi konnessa s-sistema/i nazzjonali direttament mas-CIS permezz ta’ interfaċċa tas-sistema mas-sistema pprovduta mis-CIS.
Artikolu 6
Informazzjoni statistika anonimizzata
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-3 ta’ Ġunju 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
PARTI 1
NOTI DWAR KIF GĦANDHA TIMTELA L-FORMOLA
INFORMAZZJONI ĠENERALI
L-obbligu li jiġu ddikjarati flus kontanti mad-dħul jew il-ħruġ mill-UE huwa parti mill-istrateġija tal-UE għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u għall-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. Din il-formola ta’ dikjarazzjoni trid timtela meta tidħol jew toħroġ mill-UE u ġġorr EUR 10 000 jew aktar (jew l-ekwivalenti f’muniti oħra) fi flus kontanti (l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).
Jekk tingħata informazzjoni mhux korretta jew mhux kompluta, jew jekk il-flus kontanti ma jkunux disponibbli għall-kontroll, il-portatur ma jitqisx li jkun issodisfa l-obbligu tiegħu u jkun soġġett għal penali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli.
L-informazzjoni u d-data personali għandhom jiġu rreġistrati u pproċessati mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom ikunu disponibbli għall-Unità tal-Intelligence Finanzjarja (FIU) f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1672. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 10 u 11 ta’ dan ir-Regolament, id-data tkun disponibbli wkoll għall-awtoritajiet imsemmija hemmhekk. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni jaġixxu bħala kontrolluri tad-data personali miksuba u jżommu d-data personali miġbura f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1672, b’mod awtomatiku għal 5 snin. L-ipproċessar ta’ data personali jseħħ biss għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra attivitajiet kriminali. Għal informazzjoni kompluta, inkluż dwar drittijietek, ara l-istqarrija ta’ privatezza/link mehmuża għall-informazzjoni online dwar il-protezzjoni tad-data tal-Istati Membri.
SPJEGAZZJONI TAT-TERMINI UŻATI SKONT IR-REGOLAMENT (UE) 2018/1672
Portatur tfisser kull persuna fiżika li tidħol fl-UE jew toħroġ mill-Unjoni u ġġorr flus kontanti fuq il-persuna tagħha, fil-bagalja tagħha jew fil-mezz ta’ trasport tagħha.
Munita tfisser karti tal-flus u muniti li huma fiċ-ċirkolazzjoni bħala mezz ta’ skambju jew li kienu fiċ-ċirkolazzjoni bħala mezz ta’ skambju u li għadu possibbli li jiġu skambjati, permezz ta’ istituzzjonijiet finanzjarji jew banek ċentrali, għal karti tal-flus u muniti li huma fiċ-ċirkolazzjoni bħala mezz ta’ skambju.
Strumenti negozjabbli għall-portatur tfisser strumenti li mhumiex munita, li jagħtu d-dritt lid-detenturi tagħhom li jitolbu ammont finanzjarju meta jippreżentaw l-istrumenti, mingħajr ma jkollhom bżonn jagħtu prova tal-identità tagħhom jew jagħtu prova li huma intitolati għal dak l-ammont. Dawk l-istrumenti huma:
ċekkijiet tal-vjaġġaturi; [u]
ċekkijiet, promissory notes jew money orders li huma jew f’forma għall-portatur, iffirmati iżda mingħajr isem ir-riċevitur, iffirmati mingħajr restrizzjoni, indirizzati lil riċevitur fittizju, jew inkella f’tali forma li t-titoli tagħhom jiġu ttrasferiti mal-għoti tagħhom.
Il-komoditajiet li jintużaw bħala ħażniet likwidi ħafna ta’ valur
muniti b’kontenut tad-deheb ta’ mill-inqas 90 %; [u]
metall ta’ valur bħal lingotti, biċċiet u ċapep b’kontenut ta’ deheb ta’ mill-inqas 99,5 %.
Taqsima 1: Dieħel fl-UE jew ħiereġ minnha
Immarka l-kaxxa xierqa biex tindika jekk il-portatur hux dieħel jew ħiereġ mill-UE. Dikjarazzjoni dwar id-dħul u l-ħruġ hija meħtieġa wkoll jekk ikun hemm tranżitu fl-UE.
Taqsima 2: Dettalji tal-portatur tal-flus kontanti
Id-data personali tal-portatur trid timtela f’din it-taqsima kif tidher fid-dokument tal-ID tiegħu.
Meta l-portatur tal-flus kontanti ma jkunx legalment kapaċi jiffirma d-dikjarazzjoni, id-dikjarazzjoni tiġi ppreżentata mir-rappreżentant legali tal-portatur.
Taqsima 3: Dettalji tat-trasport
Trid tingħata informazzjoni dwar il-pajjiż tal-ewwel tluq, il-pajjiż tad-destinazzjoni finali u l-mezz tat-trasport. L-informazzjoni dwar il-pajjiż jew il-pajjiżi ta’ tranżitu li permezz tagħhom il-portatur jittrasferixxi l-flus kontanti u l-kumpanija tat-trasport trid tiġi speċifikata, jekk applikabbli.
Taqsima 4: Dettalji tal-flus kontanti
L-ammont totali ta’ flus kontanti li jinġarr mill-portatur irid jimtela f’din it-taqsima. “Flus kontanti” hija definita taħt “Informazzjoni Ġenerali”. Mill-inqas waħda mill-opzjonijiet [(i) munita; (ii) strumenti negozjabbli għall-portatur jew (iii) komoditajiet użati bħala ħażniet likwidi ħafna ta’ valur] iridu jimtlew.
Jekk ma jkunx hemm spazju biżżejjed fil-formola tad-dikjarazzjoni, il-folji addizzjonali jridu jintużaw biex jipprovdu d-dettalji tal-flus kontanti. L-informazzjoni kollha pprovduta tikkostitwixxi dikjarazzjoni waħda u l-folji addizzjonali kollha jridu jiġu nnumerati u ffirmati.
Taqsima 5: Il-provenjenza ekonomika u l-użu maħsub tal-flus kontanti
Is-Subtaqsima 5.A trid timtela dejjem jekk il-portatur ikun sid uniku jew jekk ikun hemm sid wieħed biss li jindika l-provenjenza ekonomika rilevanti.
Is-Subtaqsima 5.B trid timtela dejjem jekk il-portatur huwa wkoll l-uniku sid u l-uniku riċevitur maħsub jew fejn hemm riċevitur wieħed biss biex jindika l-użu maħsub tal-flus kontanti.
Huwa possibbli li tintgħażel aktar minn opzjoni waħda f’kull Subtaqsima. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda għażla, immarka l-kaxxa “oħrajn” u speċifika d-dettalji.
Jekk ikun hemm aktar minn sid wieħed jew aktar minn riċevitur maħsub wieħed, l-informazzjoni rilevanti dwar il-provenjenza ekonomika u l-użu maħsub tal-flus kontanti għas-sidien u/jew ir-riċevituri maħsuba trid timtela fuq folji addizzjonali kif imsemmi hawn taħt. F’dan il-każ, immarka l-kaxxa “oħrajn” u speċifika “folji addizzjonali”.
Taqsima 6: Sid il-flus kontanti
Sid wieħed biss
Jekk il-portatur huwa l-uniku sid tal-flus kontanti, immarka l-kaxxa xierqa u kompli għat-Taqsima 7.
Jekk il-portatur mhuwiex is-sid uniku, speċifika jekk is-sid uniku huwiex persuna fiżika oħra jew persuna ġuridika u mmarka l-kaxxa xierqa. Id-dettalji jridu jimtlew fis-Subtaqsima 6.A (għal persuna fiżika) jew is-Subtaqsima 6.B (għal persuna ġuridika) u kompli għat-Taqsima 7. Jekk is-sid ikun persuna fiżika, id-dettalji personali jridu jimtlew kif jidhru fid-dokument tal-identità tiegħu.
Aktar minn sid wieħed
Jekk ikun hemm aktar minn sid wieħed, in-numru totali ta’ sidien irid jimtela fil-kaxxa xierqa. Għal kull sid addizzjonali jridu jimtlew folji addizzjonali separati fejn jingħataw id-dettalji tagħhom, l-ammont ta’ flus kontanti fil-pussess tagħhom u l-provenjenza ekonomika tagħhom u l-użu maħsub tagħhom. Jekk il-portatur ikun wieħed mis-sidien, trid timtela folja addizzjonali għalihom ukoll, bl-ammont ta’ flus kontanti li jkunu proprjetà tal-portatur u l-provenjenza ekonomika tagħhom u l-użu maħsub tagħhom. L-informazzjoni kollha pprovduta tikkostitwixxi dikjarazzjoni waħda u l-folji addizzjonali kollha jridu jiġu nnumerati u ffirmati.
Taqsima 7: Ir-riċevitur maħsub tal-flus kontanti
Riċevitur maħsub wieħed biss
Indika jekk il-portatur huwiex l-uniku riċevitur maħsub tal-flus kontanti. Jekk ikun il-każ, immarka l-kaxxa xierqa u kompli għat-Taqsima 8.
Jekk il-portatur mhuwiex l-uniku riċevitur maħsub, immarka l-kaxxa xierqa biex tispeċifika jekk l-uniku riċevitur maħsub huwiex persuna fiżika oħra jew persuna ġuridika. L-informazzjoni trid timtela fis-Subtaqsima 7.A (għal persuna fiżika) jew is-Subtaqsima 7.B (għal persuna ġuridika) u kompli għat-Taqsima 8. Fil-każ ta’ persuna fiżika, id-data personali trid timtela kif tidher fid-dokument tal-identità tagħha.
Aktar minn riċevitur maħsub wieħed
Jekk ikun hemm aktar minn riċevitur maħsub wieħed, in-numru totali ta’ riċevituri maħsuba jrid jimtela fil-kaxxa xierqa. Għal kull riċevitur maħsub iridu jimtlew folji addizzjonali separati li jagħtu d-dettalji ta’ kull riċevitur maħsub, l-ammont ta’ flus li għandu jirċievi u l-użu maħsub tagħhom. Jekk il-portatur ikun wieħed mir-riċevituri maħsuba trid timtela folja addizzjonali għalihom ukoll, inkluż l-ammont ta’ flus kontanti riċevuti mill-portatur u l-użu maħsub tagħhom. L-informazzjoni kollha pprovduta tikkostitwixxi dikjarazzjoni waħda u l-folji addizzjonali kollha jridu jiġu nnumerati u ffirmati.
Taqsima 8: Firma
Daħħal id-data, il-post u l-isem u ffirma l-formola tad-dikjarazzjoni. Indika n-numru totali ta’ folji addizzjonali użati. Jekk ma tkunintużat l-ebda waħda, indika żero (0). Il-portatur jista’ jimmarka l-kaxxa xierqa biex jitlob kopja ffirmata tad-dikjarazzjoni.
PARTI 2
NOTI DWAR KIF GĦANDHA TIMTELA L-FORMOLA
INFORMAZZJONI ĠENERALI
L-obbligu li jiġu divulgati fuq talba l-flus kontanti mad-dħul jew il-ħruġ mill-UE huwa parti mill-istrateġija tal-UE għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u għall-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. Il-formola ta’ divulgazzjoni trid timtela meta flus kontanti mhux akkumpanjati ta’ valur ta’ EUR 10 000 jew aktar (jew l-ekwivalenti f’muniti oħra) ikunu deħlin jew ħerġin mill-UE u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, li permezz tagħhom il-flus kontanti jkunu deħlin jew ħerġin mill-UE, jeħtieġu li l-mittent jew ir-riċevitur tal-flus, jew rappreżentant tagħhom, skont il-każ, jagħmlu dikjarazzjoni ta’ divulgazzjoni fi żmien 30 jum (l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).
Jekk id-dikjarazzjoni ta’ divulgazzjoni ma ssirx fi żmien 30 jum, jew jekk tingħata informazzjoni mhux korretta jew mhux kompluta, jew jekk il-flus kontanti ma jkunux disponibbli għall-kontroll, id-dikjarant ma jitqiesx li jkun issodisfa l-obbligu tiegħu u jkun soġġett għal penali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli.
L-informazzjoni u d-data personali għandhom jiġu rreġistrati u pproċessati mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom ikunu disponibbli għall-Unità tal-Intelligence Finanzjarja (FIU) f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1672. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 10 u 11 ta’ dak ir-Regolament, id-data se tkun disponibbli wkoll għall-awtoritajiet imsemmija hemmhekk. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni ta’ divulgazzjoni jaġixxu bħala kontrolluri tad-data personali miksuba u jżommu d-data personali miġbura f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1672, b’mod awtomatiku għal 5 snin. L-ipproċessar ta’ data personali jseħħ biss għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra attivitajiet kriminali. Għal informazzjoni kompluta, inkluż dwar drittijietek, ara l-istqarrija ta’ privatezza/link mehmuża għall-informazzjoni online dwar il-protezzjoni tad-data tal-Istati Membri.
SPJEGAZZJONIJIET TAT-TERMINI UŻATI SKONT IR-REGOLAMENT 2018/1672
Munita tfisser karti tal-flus u muniti li huma fiċ-ċirkolazzjoni bħala mezz ta’ skambju jew li kienu fiċ-ċirkolazzjoni bħala mezz ta’ skambju u li għadu possibbli li jiġu skambjati, permezz ta’ istituzzjonijiet finanzjarji jew banek ċentrali, għal karti tal-flus u muniti li huma fiċ-ċirkolazzjoni bħala mezz ta’ skambju.
Strumenti negozjabbli għall-portatur> tfisser strumenti li mhumiex munita, li jagħtu d-dritt lid-detenturi tagħhom li jitolbu ammont finanzjarju meta jippreżentaw l-istrumenti, mingħajr ma jkollhom bżonn jagħtu prova tal-identità tagħhom jew jagħtu prova li huma intitolati għal dak l-ammont. Dawk l-istrumenti huma:
ċekkijiet tal-vjaġġaturi; [u]
ċekkijiet, promissory notes jew money orders li huma jew f’forma għall-portatur, iffirmati iżda mingħajr isem ir-riċevitur, iffirmati mingħajr restrizzjoni, indirizzati lil riċevitur fittizju, jew inkella f’tali forma li t-titoli tagħhom jiġu ttrasferiti mal-għoti tagħhom.
Il-komoditajiet li jintużaw bħala ħażniet likwidi ħafna ta’ valur,
muniti b’kontenut tad-deheb ta’ mill-inqas 90 %; [u]
metall ta’ valur bħal lingotti, biċċiet u ċapep b’kontenut ta’ deheb ta’ mill-inqas 99,5 %.
Taqsima 1: Dieħel fl-UE jew ħiereġ minnha
Immarka l-kaxxa xierqa biex tindika jekk il-flus kontanti humiex deħlin jew ħerġin mill-UE.
Taqsima 2: Dettalji tad-dikjarant
Id-data personali tad-dikjarant trid timtela f’din it-taqsima kif tidher fid-dokument tal-ID tiegħu.
Jekk id-dikjarant mhuwiex legalment kapaċi jiffirma d-divulgazzjoni, id-divulgazzjoni hija ppreżentata mir-rappreżentant legali tad-dikjarant.
Taqsima 3: Dettalji tal-flus kontanti
L-ammont totali ta’ flus kontanti li għalihom intalbet divulgazzjoni jrid jimtela f’din it-taqsima. “Flus kontanti” hija definita taħt “Informazzjoni Ġenerali”. Mill-inqas waħda mill-opzjonijiet [(i) munita; (ii) strumenti negozjabbli għall-portatur jew (iii) komoditajiet użati bħala ħażniet likwidi ħafna ta’ valur] iridu jimtlew.
Jekk ma jkunx hemm spazju biżżejjed fil-formola tad-divulgazzjoni, il-folji addizzjonali jridu jintużaw biex jipprovdu d-dettalji tal-flus kontanti. L-informazzjoni kollha pprovduta tikkostitwixxi divulgazzjoni waħda u l-folji addizzjonali kollha jridu jiġu nnumerati u ffirmati.
Taqsima 4: Relazzjoni ma’ flus kontanti mhux akkumpanjati
Immarka l-kaxxi rilevanti biex tidentifika l-istatus tad-dikjarant u r-relazzjoni tiegħu mal-flus kontanti. Hemm iżjed għażliet possibbli.
Taqsima 5: Sid il-flus kontanti
L-informazzjoni dwar il-mittent tal-flus kontanti trid tiġi inkluża f’din it-taqsima, jekk id-dikjarant ma jkunx il-mittent tal-flus kontanti. Immarka l-kaxxa biex tindika jekk il-mittent huwiex persuna fiżika jew persuna ġuridika. L-informazzjoni dwar il-mittent trid timtela fis-Subtaqsima 5.A (għal persuna fiżika) jew is-Subtaqsima 5.B (għal persuna ġuridika). Jekk il-mittent ikun persuna fiżika, id-dettalji personali jridu jimtlew kif jidhru fid-dokument tal-identità tiegħu.
Taqsima 6: Ir-riċevitur jew ir-riċevitur maħsub tal-flus kontanti
Riċevitur wieħed biss
Meta d-dikjarant ma jkunx l-uniku riċevitur tal-flus kontanti, l-informazzjoni dwar ir-riċevitur jew ir-riċevitur intenzjonat tal-flus kontanti trid tiġi inkluża f’din it-taqsima.
Immarka l-kaxxa xierqa biex tindika jekk hemmx riċevitur uniku tal-flus kontanti u jekk huwiex persuna fiżika jew persuna ġuridika. L-informazzjoni dwar ir-riċevitur uniku trid timtela fis-Subtaqsima 6.A (għal persuna fiżika) jew is-Subtaqsima 6.B (għal persuna ġuridika). Jekk ir-riċevitur jew ir-riċevitur maħsub ikun persuna fiżika, id-dettalji personali jridu jimtlew kif jidhru fid-dokument tal-identità tiegħu.
Aktar minn riċevitur jew riċevitur maħsub wieħed
Jekk ikun hemm aktar minn riċevitur jew riċevitur maħsub wieħed, in-numru totali ta’ riċevituri jew riċevituri maħsuba jrid jimtela fil-kaxxa xierqa. Għal kull riċevitur jew riċevituri maħsub addizzjonali jridu jimtlew folji addizzjonali separati li jagħtu d-dettalji tagħhom, l-ammont ta’ flus li għandhom jirċievu u l-użu maħsub tagħhom. L-informazzjoni kollha pprovduta tikkostitwixxi divulgazzjoni waħda u l-folji addizzjonali kollha jridu jiġu nnumerati u ffirmati.
Taqsima 7: Sid il-flus kontanti
Sid wieħed biss
Jekk is-sid uniku tal-flus kontanti ma jkunx l-ispeditur jew l-uniku riċevitur tal-flus kontanti, id-dettalji tas-sid uniku iridu jiġu inklużi f’din it-taqsima.
Immarka l-kaxxa xierqa biex tindika jekk hemmx sid uniku tal-flus kontanti u jekk is-sid uniku huwiex persuna fiżika jew persuna ġuridika. Id-dettalji tas-sid uniku jridu jimtlew fis-Subtaqsima 7.A (għal persuna fiżika) jew is-Subtaqsima 7.B (għal persuna ġuridika). Jekk is-sid huwa persuna fiżika, id-dettalji personali jridu jimtlew kif jidhru fid-dokument tal-identità tiegħu.
Aktar minn sid wieħed
Jekk ikun hemm aktar minn sid wieħed, in-numru totali ta’ sidien irid jimtela fil-kaxxa xierqa. Għal kull sid addizzjonali, iridu jimtlew folji addizzjonali separati fejn jingħataw id-dettalji tagħhom, l-ammont ta’ flus kontanti fil-pussess tagħhom, il-provenjenza ekonomika tagħhom u l-użu maħsub tagħhom. L-informazzjoni kollha pprovduta tikkostitwixxi divulgazzjoni waħda u l-folji addizzjonali kollha jridu jiġu nnumerati u ffirmati.
Taqsima 8: Il-provenjenza ekonomika u l-użu maħsub tal-flus kontanti
Is-Subtaqsima 8.A trid timtela dejjem, jekk ikun hemm sid uniku li jindika l-provenjenza ekonomika rilevanti.
Is-Subtaqsima 8.B trid timtela dejjem jekk ikun hemm riċevitur uniku li jindika l-użu maħsub tal-flus kontanti.
Huwa possibbli li tintgħażel aktar minn opzjoni waħda f’kull Subtaqsima. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda għażla, immarka l-kaxxa “oħrajn” u speċifika d-dettalji.
Jekk ikun hemm aktar minn sid wieħed jew aktar minn riċevitur (jew riċevitur maħsub) wieħed, l-informazzjoni dwar il-provenjenza ekonomika u l-użu maħsub tal-flus kontanti għas-sidien u/jew ir-riċevituri (jew ir-riċevituri maħsuba) trid timtela fuq folji addizzjonali kif imsemmi hawn taħt. F’dan il-każ, immarka l-kaxxa “oħrajn” u speċifika “folji addizzjonali”.
Taqsima 9: Firma
Daħħal id-data, il-post, l-isem u ffirma d-divulgazzjoni. Indika n-numru totali ta’ folji addizzjonali użati. Jekk ma tkun intużat l-ebda waħda, indika żero (0). Id-dikjarant jista’ jimmarka l-kaxxa xierqa biex jitlob kopja ffirmata tad-divulgazzjoni.
Parti 3
NOTI DWAR KIF GĦANDHA TIMTELA L-FORMOLA
Tagħrif ġenerali
In-noti dwar kif għandha timtela l-formola tad-dikjarazzjoni tal-flus kontanti japplikaw hawnhekk ukoll.
Taqsima A: Numru tal-folji addizzjonali
Il-folji addizzjonali jridu jiġu nnumerati b’numri konsekuttivi (jiġifieri 1 fuq l-ewwel folja addizzjonali użata, 2 fuq it-tieni eċċ.).
Indika n-numru totali ta’ folji addizzjonali użati fit-tieni paġna tal-formola tad-dikjarazzjoni tal-flus kontanti.
Taqsima B: Dettalji tal-folji addizzjonali
Agħti r-raġuni għaliex imlejt il-folja addizzjonali. Għażla waħda biss trid tiġi mmarkata. Jekk ikunu applikabbli aktar għażliet, uża folja addizzjonali separata għal kull għażla.
Taqsima C: Dettalji tal-flus kontanti
“Flus kontanti” hija spjegata taħt l-“Informazzjoni ġenerali” fin-noti dwar kif għandha timtela d-dikjarazzjoni tal-flus kontanti.
Taqsima D: Il-provenjenza ekonomika u l-użu maħsub tal-flus kontanti
Immarka l-kaxxi biex tindika l-provenjenza ekonomika rilevanti u l-użu maħsub tal-flus kontanti kif indikat fit-Taqsima B. Tista’ tagħżel aktar minn opzjoni waħda. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda għażla, immarka l-kaxxa “oħrajn” u speċifika d-dettalji.
Taqsima E: Il-persuni involuti
Daħħal id-dettalji personali tal-persuni involuti. Dawn il-persuni jistgħu jkunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi. Trid timmarka l-kaxxa adattata u timla d-dettalji.
Taqsima F: Firma
Iddikjara d-data, il-post, l-isem, il-firma u ehmeż il-folja addizzjonali mal-formola prinċipali tad-dikjarazzjoni tal-flus kontanti. L-informazzjoni kollha pprovduta tikkostitwixxi dikjarazzjoni waħda.
Parti 4
NOTI DWAR KIF GĦANDHA TIMTELA L-FORMOLA
Tagħrif ġenerali
In-noti dwar kif għandha timtela l-formola tad-divulgazzjoni tal-flus kontanti japplikaw hawnhekk ukoll.
Taqsima A: Numru tal-folji addizzjonali
Il-folji addizzjonali jridu jiġu nnumerati b’numri konsekuttivi (jiġifieri 1 fuq l-ewwel folja addizzjonali, 2 fuq it-tieni eċċ.).
Indika n-numru totali ta’ folji addizzjonali użati fit-tieni paġna tal-formola tad-dikjarazzjoni tad-divulgazzjoni tal-flus kontanti.
Taqsima B: Dettalji tal-folji addizzjonali
Agħti r-raġuni għaliex imlejt il-folja addizzjonali. Għażla waħda biss trid tiġi mmarkata. Jekk ikunu applikabbli aktar għażliet, uża folja addizzjonali separata għal kull għażla.
Taqsima C: Dettalji tal-flus kontanti
“Flus kontanti” hija spjegata taħt it-Taqsima “Informazzjoni ġenerali” fin-noti dwar kif għandha timtela d-dikjarazzjoni tad-divulgazzjoni tal-flus kontanti.
Taqsima D: Il-provenjenza ekonomika u l-użu maħsub tal-flus kontanti
Immarka l-kaxxi biex tindika l-provenjenza ekonomika rilevanti u l-użu maħsub tal-flus kontanti kif indikat fit-Taqsima B. Tista’ tagħżel aktar minn opzjoni waħda. Jekk ma tkun applikabbli l-ebda għażla, immarka l-kaxxa “oħrajn” u speċifika d-dettalji.
Taqsima E: Il-persuni involuti
Daħħal id-dettalji personali tal-persuni involuti. Dawn il-persuni jistgħu jkunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi. Trid timmarka l-kaxxa adattata u timla d-dettalji.
Taqsima F: Firma
Iddikjara d-data, il-post, l-isem, il-firma u ehmeż il-folja addizzjonali mal-formola prinċipali tad-dikjarazzjoni tad-divulgazzjoni tal-flus kontanti. L-informazzjoni kollha pprovduta tikkostitwixxi dikjarazzjoni ta’ divulgazzjoni waħda.
ANNESS II
PARTI 1
PARTI 2
Formola għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar ir-riskju anonimizzata u r-riżultati tal-analiżi tar-riskju skont l-Artikolu 10(1)(d) tar-Regolament (UE) 2018/1672
NOTI DWAR KIF TIMTELA L-FORMOLA
Din il-formola trid timtela u tiġi trażmessa kull sitt xhur skont l-Artikolu 10(1)(d) u 10(5) tar-Regolament (UE) 2018/1672 dwar kontrolli fuq flus kontanti deħlin jew ħerġin mill-Unjoni Ewropea. Din trid tinkludi informazzjoni li l-Istat Membru jqis li twassal għal konklużjonijiet importanti jew twassal għal valur miżjud sinifikanti għall-ġestjoni tar-riskju u fejn it-theddida tista’ tippreżenta riskju għoli x’imkien ieħor fl-UE.
Parti A
Indika l-Istat Membru li jibgħat l-informazzjoni, l-awtorità kompetenti rilevanti u l-indirizz tal-email.
Ipprovdi n-numru ta’ referenza fil-format li ġej: Stat Membru, sena, A (għall-ewwel semestru) jew B (għat-tieni semestru).
Imla d-data u l-perjodu ta’ referenza.
Indika jekk l-Istat Membru huwiex qed jikkondividi informazzjoni anonimizzata dwar ir-riskju u r-riżultati tal-analiżi tar-riskju għall-perjodu ta’ referenza. Jekk le, allura l-Parti A biss għandha tittella’ fis-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali (CIS).
Daħħal in-numru totali ta’ paġni li qed jintbagħtu (inkluża l-Parti A).
Parti B
L-informazzjoni dwar ir-riskju anonimizzata u r-riżultati tal-analiżi tar-riskju li ma jistgħux jiġu rkuprati direttament permezz tas-CIS fuq il-bażi ta’ każijiet individwali għandhom jiġu pprovduti f’din il-parti.
Indika jekk l-informazzjoni tikkonċernax flus kontanti akkumpanjati jew mhux akkumpanjati.
Indika jekk hemmx xejra ġdida jew xejra ripetittiva osservata u pprovdi aktar informazzjoni.
Xejra ġdida tfisser bidla osservata riċentement jew tendenza ġenerali fil-qasam tal-moviment fiżiku tal-flus kontanti.
Disinn ripetittiv osservat tfisser disinn jew sekwenza li hija rikorrenti. Indika jekk il-każ(ijiet) tar-rapportar kienx ir-riżultat ta’ kontroll ibbażat fuq ir-riskju jew ta’ verifika każwali.
Kontrolli bbażati fuq ir-riskju tfisser kontrolli li huma bbażati fuq il-kriterji tar-riskju tal-movimenti tal-flus kontanti, u speċifikament fuq l-analiżi tar-riskju bl-użu ta’ tekniki ta’ pproċessar ta’ data, bl-iskop li jiġu identifikati u evalwati r-riskji u jiġu żviluppati l-kontromiżuri meħtieġa, fuq il-bażi ta’ kriterji żviluppati fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u, fejn disponibbli, internazzjonali.
Kontrolli każwali tfisser kontrolli mwettqa li mhumiex ibbażati fuq kriterji tar-riskju taċ-ċaqliq ta’ flus kontanti.
Ipprovdi dettalji tal-każ(ijiet) (pereżempju modus operandi speċjali fil-każ ta’ każijiet simili, informazzjoni dettaljata dwar il-ħabi eċċ.) dettalji dwar it-tip ta’ flus kontanti (pereżempju karti tal-flus ta’ denominazzjoni għolja eċċ.) u kwalunkwe informazzjoni oħra mhux nominali meqjusa importanti għall-kondiviżjoni.
Indika jekk hemmx stampi mehmuża u n-numru tagħhom.
Jekk ikun meħtieġ, il-Parti B tista’ timtela diversi drabi għall-istess perjodu ta’ referenza.
Parti C
Il-Parti C trid timtela meta l-Istat Membru jkun wettaq proġett orjentat lejn ir-riskju fil-qasam tal-kontrolli tal-flus kontanti fil-perjodu ta’ referenza.
Iddeskrivi l-proġett li twettaq.
Ipprovdi informazzjoni dwar l-ispeċifiċitajiet tal-każ, il-konklużjonijiet milħuqa u kwalunkwe rimarki possibbli. (pereżempju fuq il-perjodu, mezzi (pereżempju klieb li jxommu, skenn), l-iskala tal-kontrolli tiegħu, eċċ.).
Ipprovdi informazzjoni dwar eżempju ta’ każ jekk jitqies meħtieġ.
Indika jekk l-eżempju kienx ir-riżultat ta’ kontroll ibbażat fuq ir-riskju jew ta’ verifika każwali.
Indika jekk hemmx stampi mehmuża u n-numru tagħhom.
Jekk ikun meħtieġ, il-Parti C tista’ timtela diversi drabi skont l-għadd ta’ proġetti mwettqa għall-istess perjodu ta’ referenza.
Parti D
Ipprovdi informazzjoni li hija meqjusa importanti li tiġi kondiviża, iżda ma tistax tiġi inkluża fil-Partijiet B jew C.
Indika jekk hemmx stampi mehmuża u n-numru tagħhom.