This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31991L0533
Council Directive 91/533/EEC of 14 October 1991 on an employer's obligation to inform employees of the conditions applicable to the contract or employment relationship
Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni ta' l-impjieg
Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni ta' l-impjieg
ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32–35
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2022; Imħassar b' 32019L1152
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/533/oj
Official Journal L 288 , 18/10/1991 P. 0032 - 0035
Finnish special edition: Chapter 5 Volume 5 P. 0097
Swedish special edition: Chapter 5 Volume 5 P. 0097
Id-Direttiva tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni ta' l-impjieg (91/533/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu, Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-iżvilupp, fl-Istati Membri, ta' forom ġodda ta' xogħol wassal għall-żieda fin-numru tat-tipi ta' relazzjoni ta' l-impjieg; Billi, affrontati b'dan l-iżvilupp, certi Stati Membri kkunsidraw li huwa meħtieġ li jissoġġettaw ir-relazzjonijiet tax-xogħol għall-ħtiġijiet formali; billi dawn id-dispożizzjonijiet huma maħsuba biex jipprovdu l-ħaddiema bi protezzjoni mtejba kontra kull ksur possibli tad-drittijiet tagħhom u biex joħolqu trasparenza akbar fis-suq tax-xogħol; Billi l-leġislazzjoni relevanti ta' l-Istati Membri hi differenti konsiderevolment fuq punti fundamentali bħall-ħtieġa li wieħed jinforma lill-ħaddiema bil-miktub dwar it-termini prinċipali tal-kuntratt jew tar-relazzjoni tal-impjieg; Billi differenzi fil-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri jista' jkollhom effett dirett fuq it-tħaddim tas-suq komuni; Billi l-Artikolu 117 tat-Trattat jagħmel provvediment għall-qbil bejn l-Istati Membri dwar il-bżonn li jħeġġu kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba u livell imtejjeb ta' għixien għall-ħaddiema, sabiex jagħmel possibbli l-armonizazzjoni tagħhom filwaqt li jiġi miżmum it-titjib; Billi punt 9 tal-Karta Komunitarja tad-Drittijiet Fundamentali Soċjali għall-Ħaddiema, adottata fil-Kunsill Ewropew ta' Strasburgu fid-9 ta' Diċembru 1989 mill-Kapijiet ta' l-Istat u tal-Gvern ta' 11-il Stat Membru, jgħid: "Il-kundizzjonijiet ta' l-impjieg ta' kull ħaddiem/a tal-Komunità Ewropea għandhom ikunu stipulati fil-liġi, ftehim kollettiv jew kuntratt ta' impjieġ, skond l-arranġamenti f'kull pajjiż."; Billi huwa neċessarju li tiġi stabbilita f'livell Kommunitarju l-ħtieġa ġenerali li kull ħaddiem għandu jkun mogħti b'dokument li jkun fih informazzjoni dwar l-elementi essenzjali tal-kuntratt tiegħu jew tar-relazzjoni ta' l-impjieg; Billi, invista tal-bżonn li jiġi miżmum ċertu grad ta' flessiblità fir-relazzjonijiet ta' l-impjieg, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeskludu ċerti każi limitati ta' relazzjoni ta' impjieg mill-iskop ta' applikazzjoni tad-Direttiva; Billi l-obligazzjoni li wieħed jagħti informazzjoni tista' tintlaħaq permezz ta' kuntratt miktub, ittra ta' appuntament jew wieħed jew aktar dokumenti jew, jekk huma neqsin, dikjarazzjoni bil-miktub iffirmat minn dak li jħaddem; Billi, fil-każ ta' l-espatrijazzjoni tal-ħaddiem, dan ta' l-aħħar għandu, minbarra t-termini prinċipali tal-kuntratt jew tar-relazzjoni ta' l-impjieg tiegħu, jingħata informazzjoni relevanti konnessa mas-sekondar tiegħu; Billi, sabiex jiġu protetti l-interessi tal-ħaddiema rigward l-otteniment ta' dokument, kull tibdil fil-termini prinċipali tal-kuntratt jew fir-relazzjoni ta' l-impjieg għandu jkun mgħoddi lilhom bil-miktub; Billi huwa neċessarju għall-Istati Membri li jiggarantixxu li l-ħaddiema jistgħu jfittxu d-drittijiet mogħtija lilhom minn din id-Direttiva; Billi l-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet leġislattivi neċessarji biex jaqblu ma' din id-Direttiva jew għandhom jaċċertaw li ż-żewġ naħat ta' l-industrija li jwaqqfu d-dispożizzjonijiet neċessarji mill-ftehim, filwaqt li l-Istati Membri huma obbligati li jieħdu l-passi neċessarji li jgħinuhom f'kull ħin biex jigarantixxu r-riżultati imposti minn din id-Direttiva. ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-Ikop 1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull impjegat imħallas li għandu kuntratt jew relazzjoni ta' l-impjieg definit mil-liġi fis-seħħ fi Stat Membru u/jew iggvernat mil-liġi fis-seħħ fi Stat Membru. 2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għall-ħaddiema li għandhom kuntratt jew relazzjoni ta' l-impjieg: (a) - b'dewmien totali li ma' jaqbiżx xahar, u/jew - b' ġimgħa ta' ħidma li ma' taqbiżx it-tmien sigħat; jew (b) ta' natura każwali u/jew speċifika sakemm, f'dawn il-każijet, li n-non applikazzjoni tagħha hi ġġustifikata mill-kunsiderazzjonijiet oġġettivi. L-Artikolu 2 L-Obbligazzjoni li wieħed jagħti informazzjoni 1. Min iħaddem għandu jkun obbligat li jgħarraf lill-ħaddiem li għalih tapplika din id-Direttiva, minn hawn il' quddiem imsemmi "il-ħaddiem", bl-aspetti essenzjali tal-kuntratt jew tar-relazzjoni ta' l-impjieg. 2. L-informazzjoni imsemmija f'paragrafu 1 għandha tkopri mill-inqas dan li ġej: (a) l-identitajiet tal-partjiet; (b) il-post tax-xogħol, fejn m'hemmx post tax-xogħol fiss jew prinċipali, il-prinċipju li l-ħaddiem hu impjegat f'numru ta' postijiet u l-post tal-kummerċ irreġistrat jew, fejn hu xieraq, l-indirizz ta' dak li jħaddem; (ċ) (i) it-titolu, grad, natura jew kategorija tax-xogħol li għalih il-ħaddiem hu mpjegat; jew (ii) speċifikazzjoni jew deskrizzjoni qasira tax-xogħol; (d) id-data tal-bidu tal-kuntratt jew ir-relazzjoni ta' l-impjieg; (e) fil-każ ta' kuntratt temporanju jew relazzjoni ta' l-impjieg, id-dewmien mistenni tiegħu; (f) l-ammont tal-frank li għaliħ il-ħaddiem hu intitolat jew, fejn dan ma jistax jkun indikat meta tingħata l-informazzjoni, il-proċeduri għall-allokazzjoni u d-determinazzjoni ta' dan il-frank; (g) it-tul tal-perijodi ta' avviż li għandu jiġi osservat minn dak li jħaddem u l-ħaddiem, kieku l-kuntratt jew ir-relazzjoni ta' l-impjieg tagħhom kellu jintemm jew, fejn dan ma jkunx jista' jiġi indikat meta' tingħata l-informazzjoni, l-metodu għad-determinazzjoni ta' dawn il-perijodi ta' tagħrif; (h) l-ammont bażiku tal-bidu, l-elementi komponenti l-oħra u l-frekwenza tal-pagament tar-remunerazzjoni li għalihom il-ħaddiem hu intitolat; (i) it-tul tal-ġurnata jew ġimgħa tax-xogħol normali tal-ħaddiem; (j) fejn hu xieraq; (i) il-ftehim kollettiv li jiggverna l-kundizzjonijet tax-xogħol tal-ħaddiem; jew (ii) fil-kaz ta' ftehim kollettiv konkluż barra s-settur minn korpi magħquda jew istituzzjonijiet jew, l-isem tal-korp kompetenti jew ta' l-istituzzjoni magħquda li fiha l-ftehim kien konkluż. 3. L-informazzjoni msemmija f'paragrafu 2(f), (g), (h) u (i) tista', fejn hu xieraq, tingħata fil-forma ta' referenza għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi jew statutorji jew ftehim kollettiv li jiggverna dawk il-punti partikolari. L-Artikolu 3 Il-Mezzi ta' informazzjoni 1. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) tista' tingħata lill-ħaddiem, mhux aktar tard minn xahrejn wara l-bidu ta' l-impjieg, fil-forma ta': (a) kuntratt miktub ta' l-impjieg; u/jew (b) ittra ta' appuntament; u/jew (ċ) dokument miktub wieħed jew aktar, fejn wieħed minn dawn id-dokumenti fih minn ta' l-inqas l-informazzjoni kollha msemmija fl-Artikolu 2(2)(a), (b), (ċ), (d), (h) u (i). 2. Fejn l-ebda mid-dokumenti imsemmiji f'paragrafu 1 ma jingħata lill-ħaddiem fiż-żmien preskritt, min iħaddem għandu jkun obbligat li jagħti lill-ħaddiem, mhux aktar tard minn xahrejn wara l-bidu ta' l-impjieg, dikjarazzjoni bil-miktub iffirmata minn min iħaddem u li fiha mill-inqas l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(2). Fejn id-dokument(i) imsemmi/ja fil-paragrafu 1 fih biss parti mill-informazzjoni meħtieġa, id-dikjarazzjoni bil-miktub li jipprovdi għaliha l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tkopri l-kumplament ta' l-informazzjoni. 3. Fejn il-kuntratt jew ir-relazzjoni ta' l-impjieg jintemm qabel it-tmiem tal-perijodu ta' xahrejn mid-data tal-bidu tax-xogħol, l-informazzjoni pprovduta fl-Aritikolu 2 u f'dan l-Artikolu għandha ssir disponibbli għall-ħaddiem sa mill-inqas l-aħħar ta' dan il-perijodu. L-Artikolu 4 Il-Ħaddiema ekspatriji 1. Fejn ħaddiem hu meħtieġ li jaħdem f'pajjiż jew pajjiżi barra l-Istat Membru li l-liġijiet tagħhom u/jew l-prattika jiggvernaw l-kuntratt jew ir-relazzjoni ta' l-impjieg, id-dokument(i) imsemmi/ja fl-Artikolu 3 għandu jkun fil-pussess tiegħu/tagħha qabel it-tluq tiegħu/tagħha u għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni addizzjonali li ġejja: (a) id-dewmien ta' l-impjieg barra mill-pajjiż; (b) il-munita li għandha tintuża għall-pagament tar-remunerazzjoni; (ċ) fejn xieraq, il-benefiċċju fi flus jew in natura li jiġu ma' impjieg barra mill-pajjiż; (d) fejn hu xieraq, l-kundizzjonijiet li jiggvernaw ir-rimpatrijazzjoni tal-ħaddiem. 2. L-informazzjoni msemmija f'paragrafu 1(b) u (ċ) tista' fejn hu xieraq, tingħata fil-forma ta' referenza għal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi jew statutorji jew ftehim kollettiv li jiggvernaw dawk il-punti partikolari. 3. Il-Paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw jekk z-żmien ta' l-impjieg barra l-pajjiż li l-liġi tiegħu u/jew l-prattika tiggverna l-kuntratt jew ir-relazzjoni ta' l-impjieg hija ta' xahar jew inqas. L-Artikolu 5 Il-bdil ta' aspetti tal-kuntratt jew tar-relazzjoni ta' l-impjieg 1. Kull bidla fid-dettalji imsemmija f'Artikoli 2(2) u 4(1) trid tkun magħmula permezz ta' dokument miktub li għandu jingħata minn min iħaddem lill-ħaddiem mill-ewwel kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn xahar wara d-data tas-seħħa tal-bidla inkwistjoni. 2. Id-dokument miktub imsemmi f'paragrafu 1 m'għandux ikun obbligatorju fil-każ ta' bidla fil-liġijiet, fir-regolamenti u fid-dispożizzjonijiet amministrativi jew statutorji jew ftehimiet kollettivi ċitati fid-dokumenti imsemmija f'Artikolu 3, miżjuda, fejn hu xieraq, skond Artikolu 4(1). L-Artikolu 6 Il-Forma u l-prova ta' l-eżistenza ta' kuntratt jew ir-relazzjoni ta' l-impjieg u r-regoli tal-proċedura Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-liġi u l-prattika nazzjonali li tikkonċerna: - il-forma tal-kuntratt jew tar-relazzjoni ta' l-impjieg, - provi rigward l-eżistenza u l-kontenut ta' kuntratt jew tar-relazzjoni ta' l-impjieg, - ir-regoli ta' proċedura relevanti. L-Artikolu 7 Id-Dispożizzjonijiet aktar favorevoli Din id-Direttiva m'għandhiex taffetwa l-prerogattiva ta' l-Istati Membri li japplikaw jew jintroduċu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrativi li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema jew biex iħeġġu jew iħallu l-applikazzjoni tal-ftehim li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema. L-Artikolu 8 Id-Difiża tad-drittijiet 1. L-Istati Membri għandhom jintroduċu fis-sistemi legali tagħhom il-miżuri meħtieġa biex il-ħaddiema li jikkunsidraw lilhom infushom ittrattati ħażin permezz ta' nuqqas li jaqblu ma' l-obligazzjonijiet li joħorġu minn din id-Direttiva jkunu jistgħu jfittxu d-drittijiet tagħhom permezz ta' proċess ġuridiku wara rikors possibbli għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra. 2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu l-aċċess għall-mezzi ta' rimedju msemmija f'paragrafu 1 lill-ħaddiem meta jkun hemm nuqqas ta' risposta fi żmien 15-il jum min-notifika. Madankollu, l-formalità tan-notifika minn qabel, ma tista' fl-ebda każ tkun meħtieġa fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 4, u la għall-ħaddiema b'kuntratt temporanju jew b'relazzjoni ta' l-impjieg, u lanqas għall-ħaddiema mhux koperti minn ftehim kollettiv jew minn ftehim kollettiv li jirrelataw mar-relazzjoni ta' l-impjieg. L-Artikolu 9 Id-dispożizzjonijiet finali 1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet finali meħtieġa biex jaqblu ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 1992 jew għandhom jaċċertaw li sa din id-data r-rappreżentanti ta' min iħaddem u tal-ħaddiema jintroduċu d-dispożizzjonijiet meħtieġa permezz ta' ftehim, filwaqt li l-Istati Membri huma obbligati li jieħdu l-passi neċessarji sabiex f'kull ħin jkunu jistgħu jigarantixxu ir-riżultati imposti minn din id-Direttiva. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom minnufih. 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jaċċertaw li, fil-każ ta' relazzjonijiet ta' l-impjieg li jeżistu hekk kif jidħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet li huma jadottaw, min iħaddem jagħti lill-ħaddiem, fuq talba, fi żmien xahrejn minn meta jirċievi dik it-talba; kull wieħed mid-dokumenti imsemmija fl-Artikolu 3, supplimentati, fejn hu xieraq, skond l-Artikolu 4(1). 3. Meta Stat Membru jadotta dawn il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, dawn il-miżuri għandhom ikollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikollhom magħhom din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-riferenza għandhom jiġu preskritti mill-Istati Membri. 4. L-Istati Membri għandhom mill-ewwel jinformaw lill-Kummissjoni bil-miżuri li huma jieħdu biex jimplimentaw din id-Direttiva. L-Artikolu 10 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fl-14 ta' Ottubru 1991. Għall-Kunsill Il-President B. De Vries [1] ĠU C 24, tal-31.1.1991, p. 3. [2] ĠU C 240, tas-16.9.1991, p. 21. [3] ĠU C 159, tas-17.6.1991, p. 32. --------------------------------------------------